Illum previous editions

ILLUM 2 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 kummerċjali IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar tiffinanzja Diversi niċeċ reliġjużi u storiċi ta' diversi qaddisin, f 'toroq ġewwa l-lokalità ta' Tas-Sliema, ser jiġu rrestawrati permezz tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF) fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-proġett li qiegħed isir mir-Rotary Club La Valette u l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema ser iwassal għar-restawr ta' 15- il niċċa u statwa f'diversi toroq madwar Tas-Sliema. Ħafna minn dawn in-niċeċ juru de- vozzjoni lejn San Pawl, il-Ma- donna tal-Karmnu u Sant'Ant- nin. Matul is-snin, ħafna minn dawn in-niċeċ u l-istatwi li hemm fihom kienu miżbugħa diversi drabi jew tħallew espos- ti għall-elementi, b'hekk bdew juru sinjali ta' deterjorament. Għal dan il-proġett l-Awtorità ser tkun qed tiffinanzja ftit ak- tar minn €34,000. Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi qal li huwa dmir tagħna bħala Gvern li nutilizzaw fondi pubbliċi bħal Fond għall-Ippjanar tal-Iżvi- lupp biex nikkonservaw il- wirt storiku fil-qalba tal-bliet u l-irħula tagħna. Il-Ministru Zrinzo Azzopardi kompla billi irringrazzja lill-Aworità tal-Ip- pjanar li tħaddem dan il-Fond kif ukoll lir-Rotary Club Mal- ta u l-Kunsill Lokali ta' Tas- Sliema ta' din l-inizjattiva, waqt li ħeġġeġ aktar organiz- zazzjonijiet biex isegwu l-istess eżempju. Il-Perit Vincent Cassar, Chairperson tal-Kumitat tad- DPF qal li "in-niċeċ huma si- nonimi mal-pajsaġġi storiċi tat-toroq tal-ibliet u l-irħula tagħna. Missirijietna wrew bil- miftuħ id-devozzjoni tagħhom lejn qaddisin partikolari billi żejnu x-xbieha tagħhom f'niċċa fuq il-faċċata jew kantuniera ta' darhom. Għalkemm illum huwa ferm aktar rari li nsibu żvilupp ġdid li jinkorpora dan l-element arkitettoniku fil-bini, aħna fid-dmir li nissalvagward- jaw u nipproteġu l-bosta statwi u niċeċ li jżidu mal-karattru tal-bliet u l-irħula tradizzjonali tagħna." Il-Perit Cassar temm jgħid li "irridu nirringrazzjaw lir-Rota- ry Club La Vallette talli ħa din l-inizjattiva nobbli b'kollabo- razzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema. Inħeġġu organ- izzazzjonijiet oħra simili biex isegwu l-istess passi u jwettqu proġetti oħra li jservu biex ite- jbu l-kwalità tal-ħajja għall-ko- munità tal-lokalità." In-niċeċ tat-toroq ġew intro- dotti f'Malta fi żmien il-Kav- allieri meta, fl-1569, il-Gran Mastru Pietro del Monte daħħal regolamenti ġodda dwar dak li kien meħtieġ li jinbena fil-kantunieri tad-djar. Is-sidi- en tal-proprjetajiet kienu ob- bligati jżejnu l-kantunieri b'or- namenti bħal statwi, niċeċ jew inkella bl-armi tal-familji ris- pettivi. Fil-fatt dawn il-karat- teristiċi reliġjużi arkitettoniċi dehru għall-ewwel darba fil- Belt Valletta u fit-Tliet Ibliet, iżda bliet u rħula iżgħar malajr qabdu t-tradizzjoni. L-Awtorità qablet ukoll li tif- finanzja l-produzzjoni artistika ta' monument li ser ikun idded- ikat lill-eks leġġenda tal-fut- bol ta' Sliema Wanders Tony Nicholl. Il-monument qed jiġi kkummissjonat mis-Sliema Ritratt: L-Awtorità qablet ukoll li tiffinanzja l-produzzjoni artistika ta' monument li ser ikun iddedikat lill-eks leġġenda tal- futbol ta' Sliema Wanders Tony Nicholl 15-IL NIĊĊA U STATWA SE JIĠU RRESTAWRATI FIX-XHUR LI ĠEJJIN...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2022