Illum previous editions

ILLUM 2 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 Pink October IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 • illum 'Jiġu tard wisq għall-kura... Ħafna mhumiex infurmati fuq il-kanċer ikkawżat mill-HPV' ANTHEA CACHIA "Qed naraw aktar każi ta' kanċer fl-għonq tal-utru, f 'individwi barranin li ma jafux li għandhom is-servizzi u l-kura għad-dispożizzjoni tagħhom." Hekk qalet il- Professur Jean Calleja-Agius, ostetriku u ġinekologa, għalliema fl-Università ta' Malta u riċerkatriċi fuq it-tipi ta' kanċer rari. Ilbieraħ uffiċjalment beda x-xhar li fih infakkru, nedukaw u noħolqu kuxjenza fuq il-kanċer tas-sider, il-Pink October. Bid-differenza li din is-sena l-kampanja hija konġunta mal-Movember, iddedikata għall-kanċer tal-prostata u tat- testikoli. Ta' kull sena dawn il-kampanji jkunu mimlijin daqs bajda b'attivitajiet li jkomplu jqajmu kuxjenza fis-soċjetà Maltija. Din is-sena b'attenzjoni partikolari fuq il-kanċer tal- ovarji u tal-għonq tal-utru (cervical cancer). Kien għalhekk li l-ILLUM tkellmet ma' Calleja-Agius li spjegat x'inhu l-kanċer tal- għonq tal-utru, għaliex is- sintomi ma jinħassux, faxxex fis-soċjetà l-aktar milquta u fuq kollox għaliex hu importanti li wieħed ikun edukat fuq is- suġġett. 'Minkejja li sa' issa hu meqjus rari, qiegħed jiżdied' Qabel xejn, Calleja Agius spjegat li 80% tal-każi tal- kanċer tal-għonq tal-utru huwa kkawżat mill-Human Papillomavirus (HPV), li normalment jiġi trażmess mis- sess. Dan il- virus "jinħeba" m i s - s i s t e m a immunit ar j a tal-ġisem u dan iwassal b i e x ma jiġix t r a ċ ċ a t u peress li l-ġisem m a jiġġildux, jibqa' m o ħ b i għal żmien twil - f 'ċertu każi anke snin - mingħajr sintomi. Dan iwassal biex jibda' jaffettwa ċelloli oħra u li jekk ma jiġix traċċat fi ftit żmien, jaf iwassal għall-kanċer serju. Madankollu hemm xaqq ta' tama u din hija t-tilqima. Minkejja li ilha fis-suq għal dawn l-aħħar 20 sena, Calleja- Agius tirrimarka li mhux kulħadd għandu aċċess għaliha. "Hemm pajjiżi, siegħa 'il bogħod minnha, li għandhom ħafna każijiet ta' kanċer tal- għonq tal-utru u dan minħabba diversi raġunijiet, inkluż in- nuqqas ta' edukazzjoni u mediċina, fosthom it-tilqima," żiedet tgħid Calleja-Agius. Qalet ukoll li f 'pajjiżi aktar żviluppati u li joffru t-tilqima, inkluż Malta, il-kanċer tal- għonq tal-utru hu meqjus rari. Hawn l-ILLUM staqsiet "x'jagħmel tip ta' marda, jew f 'dan il-każ kanċer, rari?" "Id-definizzjoni korretta ta' kanċer rari huwa meta jkun hemm daqs jew inqas minn sitt persuni minn 100,000 tal-popolazzjoni tal-pajjiż, reġistrati li għandhom minn dak it-tip ta' kanċer rispettiv," wieġbet Calleja-Agius. Minkejja dan, għalkemm is- sitwazzjoni ta' Malta sa' issa hija ferm aktar pożittiva meta mqabbla ma' pajjiżi oħra, tgħid li qed tistenna li fil-futur dan mhux se jibqa' rari, anzi se naraw aktar każi. "Sfortunatament qed naraw żieda f 'tipi ta' kanċer, inkluż dak tal-għonq tal-utru, f 'nisa li għadhom żgħar li emigraw lejn Malta u li meta jmorru għand il-professjonisti, ikunu diġà tard," qalet Calleja-Agius. Stqarret li f 'każijiet bħal dawn, kawża ta' nuqqas ta' edukazzjoni u kuxjenza, jiżdiedu l-każijiet meta dan jista' jkun evitat. Calleja-Agius saħqet li din ir-realtà tkompli tixhed kemm huma importanti kampanji edukattivi bħalma huma dawk ta' Pink October u Movember biex il-pubbliku jkun informat fuq x'inhuma s-sintomi, x'kura jistgħu jingħataw u x'mediċina hija offruta. "B'mod speċjali dawk il-barranin li jgħixu, jaħdmu u għandhom familthom Malta, li jaf ma jkunux konxji tas-servizzi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom fl- Isptarijiet ta' Malta u Għawdex." 'Jekk nieħu t-tilqima, inkun protetta għal ħajti kollha? Le' Din il-gazzetta staqsiet lil Calleja-Agius dwar x'inhu r-riskju ta' persuna li jkollha l-kanċer tal-għonq tal-utru, jekk din tkun diġà tlaqqmet kontra l-HPV. Fi kliem sempliċi hija qabblet dan it-tip ta' l-HPV mal-Covid 19. Spjegat li tul dawn is-sentejn u nofs il-Covid 19 irreplika ruħu u ħoloq diversi varjanti u l-istess jiġri fil-każ tal-HPV. Hija qalet li hemm aktar minn 65 tip ta' varjanti reġistrati. Dawn mhux kollha jattakkaw lill-ġisem l-istess, fil-fatt persentaġġ minnhom biss joħolqu riskju ogħla. Spjegat li fl-aħħar snin inħolqu diversi verżjonijiet ta' tilqim kontra l-HPV u dan biex ikun hemm aktar avvanz fil- mediċina. "Il-vaċċini l-ġodda jiġġieldu erba' varjanti differenti filwaqt li l-ewwel tnejn kienu jiġġieldu żewġ varjanti biss. Minkejja dan, għad m'hemmx tilqima li tolqot il-varjanti riskużji kollha. Irridu nkunu konxji li l-virus b'hekk jimmultiplika u joħloq varjanti oħra, biex "jevadi" il- tilqim diġà eżistenti," kompliet tgħid Calleja-Agius. 'Hawn ir-riżorsi u l-għajnuna, fittxuhom' Żiedet tgħid li ħafna drabi raġel ikun carrier mingħajr ma' jkun jaf u dan għaliex ma jkollux sintomi. Hija irrimarkat li minkejja r-rata tajba ta' tilqim kontra dan il-virus fost it-tfajliet u nisa Maltin, sa' issa l-irġiel ma jingħatawx tilqima. Apparti minn hekk qalet li, kuntrarju għan-nisa, ma hemm l-ebda mod ta' kif raġel jagħmel test biex jara għandux il-virus, ħlief meta joħorġu sintomi indikaturi, bħal pereżempju fellul fuq il-parti ġenitali tiegħu. Hawn tajjeb li nirrimarkaw li fil-manifest elettorali l-Partit Laburista wiegħed li fil-Gvern se jintroduċi din it-tilqima għall-ġuvintur u l-irġiel, b'xejn. Hija sostniet li huwa importanti li wieħed dejjem ikun kawt. "L-ewwel arma hija l-edukazzjoni. Ġismek inti trid tikkontrollah u int trid tieħu ħsiebu. B'hekk huwa importanti li dejjem tipproteġi ruħek waqt is-sess, anke oralment." Fl-aħħar ta' din l-intervista hija temmet tgħid li l-appell tagħha għall-pubbliku hu wieħed, "hu importanti ħafna li tiċċekkja lilek innifsek regolarment u li ma tinjorax sintomi, anke jekk ma jkunux persistenti. Hawn ir-riżorsi u l-għajnuna, fittixhom." X'inhu l-Human Papillomavirus? Jekk trażmess mis-sess, għaliex joħloq kanċer? Għaliex huwa previst li jiżdied il-kanċer tal-għonq tal-utru? It-tilqima tipproteġik għal kollox? L-ILLUM titkellem ma' Professur Jean Calleja-Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2022