Illum previous editions

ILLUM 2 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 analiżi illum • IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 tal-assi u xogħol part time... għad-Deputati tagħna? ikun il-każ ta' Keith Schembri - eks Chief of Staff f 'Kastilja - hekk kif missieru Alfio kien iffirma diversi dokumenti li ma kienx jaf eżattament x'kien fihom. Kienu dokumenti b'tranżazzjonijiet, statements tal-bank u pagi. Biex iżda tirrispondi għal din il-kritika l-Kamra tal- Kummerċ sostniet illi filwaqt li d-dikjarazzjoni tal-assi ta' Ministru għandha tkun pubblika - dik tal-familja, qraba, tfal u aħwa ma għandhiex tkun fid-dominju pubbliku. Minflok ikun biss l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall- Istandards li jkollu aċċess għal din l-informazzjoni. 24 siegħa ċans biex tiddikjara kunflitt ta' interess! Ir-rapport in kwistjoni jidħol ukoll fuq il-kwistjoni ta' kunflitt ta' interess, xi ħaġa li mhux l-ewwel darba illi smajniha fejn jirrigwarda politiċi. Il- mistoqsija, kważi eterna, ta' jekk impjieg oltrè mill- ħidma parlamentari jaffetwax id-deċiżjoni u l-imġieba ta' Deputat. Dan l-aħħar tqajmu mistoqsijiet dwar id-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio li kien l-avukat tal-Bank Pilatus kontra Maria Efimova, il-mara wara l-allegazzjoni Egrant. Giglio għadda ġudizzju dwarha, għall- ilmenti u kritika ta' bosta li hu kellu kunflitt ta' interess favur il-Pilatus u kontra Efimova u allura mhuwiex kredibbli fuq dan il-punt. Ir-rapport isemmi wkoll lill- eks PM Joseph Muscat u l-fatt li wara li rriżenja minn Prim Ministru - imma meta kien għadu xorta Deputat - kien daħal f 'xogħol ta' konsulenza ma' Accutor AG, liema kumpanija kienet irċeviet miljuni mingħand il-VGH/Steward Healthcare, meta hu kien Prim Ministru. Imma allura Deputat x'jista' jaħdem? Kif se jkollu impjieg - f 'dan il-pajiż hekk żgħir - li jaċċerta illi ma jkollux, jew inaqqas mill-possibilità ta' kunflitt? I r - r a p p o r t j i b d a billi jgħid li l - K u m m i s s a r j u tal-Istandards għandu jippermetti elenku ta' impjiegi għal Deputati, fosthom, ta' lekċerer f 'istituzzjoni edukattiva, li jirċievi dħul minn royalties li jkunu ġejjinn minn xogħol letterarju (mhux ġurnalistiku), pożizzjonijiet part time f 'istituzzjonijiet ta' xjenza jew inkella li jkunu parti minn panels ta' għażla. Minn naħa l-oħra l-Kamra tal- Kummerċ tisħaq li hemm elenku ta' impjiegi li d-Deputati ma għandhomx jokkupaw jekk ma jridux li jkun hemm kunflitt ta' interess jew inkella l-perċezzjoni pubblika ta' dan il-kunflitt. Deputati ma għandhomx jokkupaw pożizzjonijiet, ikunu konsulenti jew imexxu entitajiet tal-Gvern - xi ħaġa li fil-fatt ġiet ikkritikata minn bosta bnadi hekk kif deputati spiċċaw imexxu awtoritajiet tal-Gvern. Fost dawn kien il-Kummissarju t a l - I s t a n d a r d s stess li f 'rapport fl-2019 sostna illi ħatriet bħal dawn iwasslu għal kunflitt ta' interess u ksur etiku minħabba li dawn il- ħatriet "jdgħajjfu l-irwol tal- Parlament, imorru kontra l-prinċipji tal- Kostituzzjoni, jiksru l-kodiċi tal-ħaddiema fis-settur pubbliku u jpoġġu l-irwol ta' Deputat Parlamentari f 'sitwazzjoni illi fiha jiddependi mill-Gvern għad-dħul. Dan inaqqas mill-indipendenza tad- Deputat, jippolitiċizza l-entitajiet governattivi u jimmina mill- i n d i p e n d e n z a t a l - G v e r n ," kien sostna l-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler. Il-proposti jgħidu wkoll li Deputati ma għandhomx ikunu Segretarji Parlamentari, f 'eku wkoll ta' deċiżjoni li kienet ittieħdet mil- eks PM Lawrence Gonzi meta kien ħatar numru ta' backbenchers tiegħu bħala Assistenti Parlamentari fi ħdan Ministeri differenti - xi ħaġa li kien akkużat illi għamel sabiex jikkalma ir- ribelljoni interna li kien hemm speċjalment mid-Deputati Jeffrey Pullicino Orlando, Franco Debono u b'inqas intensità imma xorta minn Jean Pierre Farrugia u Jesmond Mugliette. L-istess intqal dwar tmexxija ta' awtoritajiet governattivi, bil-Kamra tal-Kummerċ tgħid li deputati ma għandhomx jokkupaw tali pożizzjonijiet, xi ħaġa li mill-ġdid rajna f 'diversi okkażjonijiet (Gonzi ħatar lil Pullicino Orlando bħala Chairman tal-Kunsill Malti għax- Xjenza u t-Teknoloġija u Muscat ħatar lid-Deputat u eks Ministru Manuel Mallia Chairman tal- OHSA). Naturalment ma' dan kollu tqum il-mistoqsija li ilha tkun mistoqsija iżda li sa issa għadu ma sar xejn dwarha: Id-Deputati Maltin għandhom ikunu full- time? Jew inkella għandu jkollhom l-għażla jekk ikunu full time jew part time? Hu x'inhu, il-Kamra tal- Kummerċ qed tesiġi li Deputat għandu dejjem jiddikjara kunflitt ta' interess fuq suġġett sa 24 siegħa wara li titħabbar l-aġenda Parlamentari jew inkella f 'każ ta' dibattitu li ma jkunx ippjanat għandu jiddikjara dak il-kunflitt mill-ewwel fi Standing Order. Jekk dan ma jsirx il-proposta tgħid li d-Deputat għandu jkun issanzjonat bl-eħrex mod possibbli. Ma' min iltqajt? Lobbying... U finalment il-Kamra tal- Kummerċ fil-proposti tagħha qed tisħaq li għandu jkun hemm trasparenza sħiħa f 'dak li jinvolvi l-lobbying - jiġifieri l-eżerċizzju li permezz tiegħu organizzazzjoni, assoċjazzjoni, għaqda jew kwalunkwe grupp ta' nies jipprovaw jikkonvinċu lil politiku biex jilleġiżla favur jew kontra xi ħaġa. Filwaqt li l-lobbying huwa eżerċizzju normali, demokratiku u leġittimu ġieli intuża għal skopijiet ħżiena, kif rajna sew fil-każ tal-allegat tixħim fil- projbizzjoni tat-tabakk snus u li fiċ-ċentru tiegħu kien hemm l-eks Ministru u eks Kummissarju Ewropew John Dalli. Ir-rapport isemmi wkoll il- preżenza tal-eks PM Joseph Muscat f 'laqgħa bejn Steward Healthcare u l-PM Robert Abela kif ukoll l-istqarrija tal- iżviluppatur Joe Portelli li qal illi jiltaqa' ma' diversi politiċi sabiex jipproponi proġetti ta' ċerta kobor. Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi li jsir Reġistru li fih kull Deputat u anke Ministru jikteb l-isem ta' kull persuna jew għaqda li jkun iltaqa' magħha għal skopijiet ta' lobbying. Dan għandu jsir 24 siegħa wara l-laqgħa innifisha, bir-reġistru jkun faċilment aċċessibbli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2022