Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750
08 analiżi IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 • illum Rigali, lobbying, dikjarazzjoni x'inhu meqjus etiku u x'mhux ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Hekk kif din il-ġimgħa jerġa' jiaħ mill-ġdid il-Parlament, din il-gazzetta tat ħarsa estensiva lejn numru ta' proposti magħmulin minn entitajiet differenti li jitrattaw lid- Deputati li teleġġu intom. Kemm il-Kamra tal-Kummerċ u anke l-Kummissarju tal-Istandards, din il-ġimgħa, għamlu numru ta' proposti li jitrattaw l-etika, trasparenza u kontabilità tad- Deputati Maltin. Persuni li jiddeċiedu illi jkunu kandidati għall-elezzjoni għandhom ikunu mħarrġin fl-imġieba etika, filwaqt li l-Parlament għandu jintroduċi taħriġ etiku strutturat u li jkun mandatorju b'mod annwali. Hekk qed tipproponi l-Kamra tal-Kummerċ li tisħaq illi hemm bżonn li l-Parlament jieħu pass 'il quddiem sabiex jintroduċi "kultura ta' integrità u professjonaliżmu fost dawk in- nies li jixtiequ illi jirrealizzaw il- vokazzjoni politika tagħhom." Il-Kamra tal-Kummerċ ipproponiet ukoll li l-partiti jirċievu iffinanzjar mill-Istat sabiex ikun jista' jsir dan it-taħriġ partikolari. "Meta d-Deputati jżommu ma' standards għoljin etiċi l-pubbliku jkun jista' jara kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet u min u x'inhu dak li qed jinfluwenza l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Aktar kontabilità tfisser demokrazija aktar b'saħħitha u parteċipattiva," tfakkar il-Kamra tal-Kummerċ, fir-rapport li sar minn David Spiteri Gingell. Iddikjara dawk l-assi, dħul u tmexxija ta' kumpaniji! Imma r-rapport ma jiqafx biss ma' taħriġ dwar imġieba etika għall-Membri Parlamentari u jagħmel proposti dwar oqsma u relatajiet oħrajn li jitrattaw id- Deputati, fosthom dwar il-famuża dikjarazzjoni tal-assi. Id-Deputati huma obbligati li jiddikjaraw l-assi, id-dħul, il-proprjetajiet u aktar li huwa tagħhom u l-għan prinċipali mhuwiex biex ikun hemm min jaqta' l-kurżità ta' x'għandu dak u x'għandha l-oħra, iżda sabiex il- ġid li jkollu politiku jkun spjegat u trasparenti sabiex imbagħad ikun il-poplu u l-Parlament li jiddeċiedu d-dħul ta' politiku jirriflettix fl-assi li għandu u anke f 'dak li għandu mġemma l-bank. Jew inkella jekk politiku għandux djun kbar, li ma jħalluhx jopera finanzjarjament. Matul is-snin kellna diversi każi ta' Deputati li spiċċaw f 'kontroversji għax ma ddikjarawx dħul li kellhom fid- Dikjarazzjoni tal-Assi. Fost l-aktar każi magħrufin hemm dak tal-Kontijiet f 'banek Żvizzeri ta' tliet eks Ministri Nazzjonalisti: Austin Gatt (li qal li "nesa" dan il-kont), Michael Falzon u Ninu Zammit u magħhom jingħaqdu - iktar riċentement - Konrad Mizzi, li "nesa" jiddikjara l-kont tal-kumpanija fil-Panama li kien fetaħ! Kellna wkoll il-każ riċenti tad-Deputat kurrenti Rosianne Cutajar u dħul minn senserija ta' proprjetà li kienet se tinbigħ lil Yorgen Fenech, li kienet akkużata illi ma inkludietx fid-dikjarazzjoni tal-Assi. Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi li jkun hemm sistema ġdida ta' kif id-Deputati jikxfu x'assi għandhom u qed tipproponi li dan ikun juri kull proprjetà, kull ass li għandu deputat inkluż karozzi jew dgħajjes, dħul minn salarji u benefiċċji, kirjiet, dividends, konsulenzi u dħul ieħor, kif ukoll kull pożizzjoni li jista' jkollu bħala direttur, segretarju ta' bord jew konsulent legali tal-kumpanija fejn huwa impjegat jew inkella fejn huwa shareholder. F'eku tal-każ riċenti ta' artefatt storiku minn żmien meta Malta kienet taħt l-Imperu Brittaniku fid-dar tal-Ministru Anton Refalo, il-Kamra tal-Kummerċ qalet illi assi bħal oġġetti ta' kollezzjonijiet u wirt storiku, flimkien ma' metalli prezzjużi li jkollu deputat ukoll iridu jkunu ddikjarati. Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi wkoll li jkunu iddikjarati rigali li deputat ikun irċieva, mingħand min u stima tal-valur ta' dak l-istess rigal. F'dawn l-aħħar snin smajna u ddiskutejna diversi istanzi ta' rigali lill-politiċi. Fost l-aktar "ċelebri" kellna l-każ tal-inbid Petrus mingħand Yorgen Fenech lill-eks PM Joseph Muscat. Il- Kummissarju tal-Istandards kien sab li dan il-każ kien ksur tal-etika parlamentari. Lura għal qabel l-2013 kien hemm il-każ tal-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech li kien ingħata arloġġ magħruf bħala tal- Lira mingħand George Farrugia, li kien imdaħħal fil-kontroverja tax- xiri taż-żejt. Fenech kien spiċċa f 'kontroversja wkoll wara li kien mar jara logħba taċ-Champions League ma' George Fenech u Joe Gasan. Naturalment dawn huma l-każi li għamlu l-aktar ħoss, għax min jaf kemm hemm iktar każi li baqgħu dejjem taħt it-tapit. 'Ikxef, imbarazza... u mmulta' Ma nużawhiex wisq fil-Malti, imma bl-Ingliż ngħiduha: 'Name and shame!' Hekk qed tipproponi li għandu jagħmel il-Kummissarju tal-Istandards il-Kamra tal- Kummerċ lil dawk id-Deputati li ma jiddikjarawx l-assi tagħhom fl-ewwel erba' xhur tas-sena. Aktar minn hekk, qed tipproponi wkoll li jekk Deputat jibqa' ma jiddikjarax għandu jiġi ssanzjonat permezz ta' multa, liema multa tiżdied b'1% fl-aħħar ta' kull xahar. Anke l-familja u t-tfal iridu jiddikjaraw l-assi... Imma mhux biss. Il-Kamra tal- Kummerċ qalet illi ma taqbilx ma' bidla fil-liġi sabiex membri tal-familja ma jkollhomx għalfejn jiddikjaraw l-assi tagħhom u qed tinsisti li l-mara/raġel jew sieħeb/ sieħba - kemm jekk koabitati jew anke jekk f 'unjoni ċivili, tfal, ġenitur u aħwa tal-politiku għandhom jiddikjaraw l-assi wkoll! Naturalment u probabbilment din tidher bħala l-aktar proposta kontroversjali u radikali fir- rapport - hekk kif ħafna jistgħu jikkonkludu li miżura bħal din twassal biex tikser id-drittijiet tal-privatezza ta' persuna, speċjalment ta' xi ħadd li ma għażilx li jkun persuna pubblika. Din il-proposta tiġi fid- dawl ukoll ta' każi differenti ta' politiċi jew persuni esposti politikament li tefgħu negozji jew applikazzjonijiet għal permessi fuq isem qarib jew membru tal- familja tagħhom. L-aktar riċenti Din il-ġimgħa jiftaħ mill-ġdid il- Parlament. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-rapport tal-Kamra tal- Kummerċ illi fih, b'mod estensiv, tevalwa, tidduskuti u tipproponi dak li tħoss illi għandu jsir biex il-Parlament isir aktar kontabbli, trasparenti u etiku...