Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867
14 ĦAMES SNIN DAPHNE CARUANA GALIZIA 'Ma neskludix li hemm terzi persuni li jafu li għandhom responsabbilità kriminali xi jġorru għall-mewt ta' Daphne' YENDRICK CIOFFI L-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li ma jeskludix li hemm terzi persuni li b'xi mod jew ieħor jafu li għandhom "responsabbilità kriminali" xi jġorru għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, bħal- lum ħames snin. Mistoqsi jekk jaħsibx li ħames snin wara, kull min kien involut fl-assassinju, tressaq il-Qorti, Azzopardi insista li filwaqt li l-atturi ewlenin tressqu, jemmen li hemm nies li "jafu aktar" u hemm bżonn li joħorġu l-fatti kollha biex tkun saret ġustizzja. "L-atturi ewlenin hemm qegħdin. Jekk kienx hemm oħrajn li kienu qed jgħinu minn wara l-kwinti, direttament jew indirettament għad irridu nsiru nafu. Jiena nemmen li hemm nies li jafu aktar u nitlob li jasal il-jum biex joħorġu l-fatti kollha biex nimu vera l-entità kriminali li ħolqot il-klima tal- impunità li qatlet lil Daphne." Iżda minn dan l-assassinju tgħallimna xi ħaġa jew Daphne nqatlet għalxejn? X'jaħseb l-Avukat tal-familja Caruana Galizia? 'Tgħallimna li l-korruzzjoni toqtol u li hawn il-maa' "L-assassinju ta' Daphne għallimna li l-korruzzjoni toqtol, li l-korruzzjoni għandha prezz, li l-impunità għandha konsegwenzi u li teżisti l-maa f 'Malta," saħaq Azzopardi anke jekk qal li hemm affarijiet oħra li l-pajjiż baqa' ma tgħallimx, inkluż għax fi kliemu għad ma hemmx biżżejjed protezzjoni għall-ġurnalisti u għax l-istituzzjonijiet għadhom mhux jimxu l-istess ma' kulħadd. Qal li ħames snin wara dan l-assassinju għad hemm istituzzjonijiet li għandhom nuqqasijiet kbar u fost dawn semma dawk li sejħilhom "il- pudini" tal-Avukat Ġenerali. Fi kliemu, anke Pulizija "ġenwini" jitkellmu miegħu dwar kif dan l-Uffiċċju, fi kliemu, qed jiskredita x-xogħol li jkunu għamlu huma. "Baqalna ħafna x'nitgħallmu. Nieħdu l-kummenti. Li taqra kummenti fuq il-midja soċjali b'nuqqas ta' rispett lejn familja li tilfet mara, omm u bint, jew inkella attakki jew theddid lili, lil Robert Aquilina u oħrajn fis- soċjetà ċivili, sempliċiment għax qed nagħmlu xogħolna, juri kemm għadna lura. Ma hemm xejn ħażin li ma taqbilx. Imma hemm mod u mod kif tesprimi ruħek. " 'Biex naslu għall-verità kollha ma jistax jibqa' jkun hemm indħil...' Komplejna nitkellmu dwar l-għadd ta' nies li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dan l-assassinju. L-ILLUM tfakkar lil Azzopardi li dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, għal kuntrarju tal-qtil ta' Karin Grech u Raymond Caruana, tressqu ħafna nies il-Qorti. Sa issa tlett persuni ammettew il-ħtija. Tressaq l-allegat mandant u min issupplixxa l-bomba. Kif jista' jgħid li l-ġustizzja għadha ma saritx? "Le ma saritx. Biex ikun hemm il-ġustizzja jrid ikun hemm il- verità," wieġeb. Insista li kull familja li titlef lil xi ħadd għażiż, ikollha bżonn 'closure' aktar u aktar jekk il- mewta ma tkunx naturali. "F'dan il-każ hemm bżonn 'closure' għas-soċjetà kollha. Biex naslu hemm irridu l-verità. Il-verità ma naslux għaliha jekk jibqa' l-indħil ta' terzi persuni biex il-Pulizija ma tiħux ċertu deċiżjonijiet. Wara l-inkjesta tal-Bank Pilatus, li swiet lill- pajjiż €7.5 miljuni, il-mandati ta' arrest iffirmati mill-Maġistrat Ian Farrugia, intilfu ... għaliex wara sena u nofs għadu ma sar xejn? Għaliex l-Avukat Ġenerali, waħedha, ħadet deċiżjoni biex taħfer l-akkużi lil żewġ min-nies li skont il-Maġistrat Farrugia kellhom ikunu akkużati fuq ħasil ta' flus?" 'Hemm affarijiet ta' ċertu entità li għadhom ma ħarġux u hemm bżonn joħorġu' Fi kliemu, il-ġustizzja ssir biss meta joħorġu l-fatti kollha u biex dan isir iridu jkunu konklużi l-proċeduri kollha. Għal dan, fadal xhur. "Għad għandna sistema fejn il- ġuri jsir darbtejn. L-ewwel meta ssir il-kumpilazzjoni tal-evidenza li ddum sentejn u mbagħad sentejn wara li tintemm, jibda l-ġuri u nispiċċaw nisimgħu l-istess xhieda. Fejn hi r-riforma mwiegħda? Mhux ġust għall-familja tal-vittma u lanqas għall-akkużati u l-familja tagħhom, ikunu min ikunu." Insista li qabel il-pajjiż ikollu għarfien tal-fatti kollha, il-ġustizzja mhux se ssir u qal li hu jaf "b'affarijiet ta' ċertu entità li għadhom ma ħarġux u hemm bżonn joħorġu." 'Chris Cardona taħt stress u ansjetà kbira...' Tkellimna dwar il-jum li fih inqatlet Daphne. Azzopardi rrakkonta li kien id-dar, fit-3:05pm meta rċieva telefonata mingħand Spettur jibki u jgħidlu: "qatluha, qatluha." Jiakar li kellu bżonn ipoġġi bilqiegħda u għal xi ħin ma kienx jaf x'għandu jagħmel. L-ewwel nies li tkellem magħhom kienu Karol Aquilina, Simon Busuttil u David Casa. Madanakollu qal ukoll li minkejja x-xokk u r-rabja kbira li kellu, fil-fond ta' qalbu, il-qtil ta' Daphne ma kienx sorpriża assoluta għax, fi kliemu, kienu ilhom xhur jgħidu li "Daphne tħalliet waħedha." "Għadna sal-lum. Meta xi ħadd jagħmel kritika li ma tkunx togħġob lil min hu fil-poter, jiġi iżolat," kompla Azzopardi. Dakinhar filgħaxija, Azzopardi kien mar il-Qorti ma' Peter Caruana Galizia u ma' iben Daphne, Matthew Caruana Galizia, biex jitolbu r-rikuża tal- Maġistrat tal-Għassa li bdiet tmexxi l-inkjesta dwar l-assassinju fl-ewwel sinjal, talba bla preċedent. "Ix-xena mudlama għadha quddiemi. Ftit dawl fil-kurituri tal- Qorti. Niakar lil Chris Cardona dieħel biex jiġi mitkellem mill- Maġistrat. Innutajna kemm-il darba Cardona daħal it-toilet. Kien jidher li kien taħt stress u ansjetà kbira," temm jgħid Azzopardi. Jiena nemmen li hemm nies li jafu aktar u nitlob li jasal il-jum biex joħorġu l-fatti kollha biex nifhmu vera l-entità kriminali li ħolqot il-klima tal-impunità li qatlet lil Daphne Jason Azzopardi Ritratt ta' James Bianchi