Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768
08 FIFA World Cup Qatar 2022 IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Qatar 2022 | Qed tikser ħafna rekords, kisret ħafna Kontroversji u Korruzzjoni. Ħaddiema b'kundizzjonijiet diżumani, logħob mixtri u udjenzi mixtrija wkoll. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-iskandli tal-Qatar u dak li ħafna ġurnalisti internazzjonali qed jiddiskrivu bħala sportwashing ANTHEA CACHIA Wasalna issa għall-bidu tat-tieni ġimgħa tal-Tazza tad-Dinja u sa issa rajna ħafna logħob u magħhom, ħafna riżultati sorprendenti. Fost ir-riżultati rajna l-Arabja Sawdija li rebħet lill-Arġentina - tim favorit li jirbaħ dan il-kamjonat, il- Ġermanja tilfet kontra l-Ġappun, il-Qatar, fl-ewwel logħba li fetħet il-kampjonat, tilfet kontra l-Ekwador u Spanja tat tkaxkira nobis lill-Kosta Rika. Jitilfu ħajjithom biex jaqilgħu lira… 6,500 imutu fi sħana kbira Kif diġà għamlet referenza għaliha l-ILLUM il-ġimgħa li għaddiet, dan il-kampjonat qed isir għall-ewwel darba f 'Novembru u f 'Diċembru meta s-soltu dan ikun f 'Mejju, Ġunju u Lulju. Dan minħabba t-temperaturi esaġerati li jkollu l-pajjiż ospitant. Il-plejers u s-segwaċi ngħataw l-għażla li jiffrankaw is-sħana taqli l-ankri iżda l-immigranti li kienu qed jibnu dawn l-istadiums biex jaqilgħu lira, ma kellhomx din l-għażla. Aktar minn 6,500 ħaddiem mill- Indja, mill-Pakistan, min-Nepal, mill-Bangladesh u minn Sri Lanka tilfu ħajjithom fi żmien 10 snin. Għaldaqstant, kien hemm madwar 12-il mewt ta' immigrant kull ġimgħa minn Diċembru tal-2010 sal-2020. Agħar minn hekk dan in-numru ta' imwiet mhuwiex finali hekk kif diversi pajjiżi jibagħtu persuni biss biex jaħdmu fuq proġetti speċifiċi, inkluż il-Filippini u l-Kenja. In- numru ma jinkludix ukoll l-imwiet kollha li seħħew minn wara l-2020. Fi żmien 12-il sena il-Qatar nieda programm estensiv ta' bini infrastrutturali biex jilqa' lit-turisti minn madwar id-dinja, inkluż: Ajruport ġdid, toroq aħjar, sistemi ġodda ta' trasport pubbliku, lukandi u belt ġdida. Id-direttur ta' FairSquare Projects, grupp ta' attivisti li jitkellmu favur id-drittijiet tal-ħaddiema Nick McGeehan qal li filwaqt li ma ikkategorizzawx l-impjiegi ta' dawn il-ħaddiema, "porzjon sinjifikanti ta' dawn il-ħaddiema kienu fil-pajjiż biss għaliex il-Qatar intagħżel bħala destinazzjoni għall-kampjonat." Tajjeb li nfakkru li fil-Qatar hemm madwar żewġ miljun ħaddiem li huma barranin, 1.5% tal-ħaddiema kollha tal-Qatar. Inkjesti fi ħdan il- pajjiż sabu li qiegħed isir nuqqas serju magħhom għaliex mhux qed jiġu investigati r-raġunijiet għaliex hemm rata ta' imwiet kbira ta' ħaddiema żgħażagħ. Il-ħaddiem Nepaliż Ghal Singh Rai ħallas €1,162 fi spejjeż biex jingħata impjieg bħala cleaner f 'kamp li kien iddedikat għall- ħaddiema. Mohammed Shahid Miah mill-Bangladesh ħa xokk fl-akkomodazzjoni tal-ħaddiema meta cables mikxufin ġew milquta mill-ilma. Dawn huma biss it mis- Ħaddiema tal- Qatar waqt il-bini ta' wieħed mill- istadiums