Illum previous editions

ILLUM 27 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 23

17 opinjoni illum • IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 Carmel Cacopardo Proposta nejja tal-Labour dwar l-abort N har it-Tnejn, il-Parla- ment approva fl-istadju tal-ewwel qari, l-abbozz ta' liġi numru 28. Dan l-abbozz hu intenzjonat biex jik- kjarifika l-provedimenti tal-Kodiċi Kriminali dwar l-abort terapew- tiku. B'mod speċifiku l-għanijiet u r-raġunijiet tal-abbozz huma biex "jipprovdu kjarifika dwar il-parametri fil-Kodiċi Krimi- nali li għandhom japplikaw għal cirkostanzi ta' neċessità fejn ikun meħtieġ intervent mediku biex tkun protetta l-ħajja u s-saħħa ta' mara tqila li tkun qegħda tbati minn kumplikazzjoni medika." Uħud jikkunsidraw li l-abbozz numru 28 hu pass żgħir 'il quddiem f 'pajjiż li kontinwament ipprova jevita li jiddibatti l-abort. Sfortunatament, imma, l-proposta li ġiet ippreżentata hi waħda nejja. Wara snin jevita dibattitu nazzjonali, kien ikun ferm iktar għaqli għall-Gvern li jippubblika White Paper fejn jispjega b'mod ċar u dettaljat dak li jrid jagħmel dwar l-abort kif ukoll dwar dak kollu relatat miegħu. Tajjeb li nirrealizzaw li l-leġiżlazzjoni dwar l-abort tal-pajjiż ma hi tal- ebda siwi. Wara li ġiet injorata għal 160 sena l-liġi teħtieġ li tkun aġġornata għaż-żminijiet u li tkun tirrifletti l-avvanzi fix- xjenza u l-mediċina tul dawn is-snin kollha. Hemm bżonn li tinkiteb mill-ġdid u dan fid- dawl tal-fatt li tul dawn l-aħħar għaxar snin il-pajjiż ħaddan il-pluraliżmu etiku. Hu ċar li l-Gvern qed jipprova jindirizza l-impatt politiku li rriżulta mill-każ riċenti tat- turista Amerikana Andrea Prudente, f 'liema każ Malta naqset milli tipprovdi l-kura medika li kienet mistennija. M'għandniex ħtieġa ta' proposta reattiva, proposta nejja, imma għandna bżonn proposta li tindirizza ir-realtà tas-seklu wieħed u għoxrin. L-abort hu parti integrali mill-ħajja Maltija, rridu jew ma irridux! L-indikazzjonijiet huma ta' medja ta' 400 abort li jsiru kull sena fost il-Maltin. Il-parti l-kbira jseħħu bl-użu ta' pilloli li jinkisbu bil-posta. Oħrajn iseħħu f 'pajjiżi oħra, primarjament fir-Renju Unit kif jidher fir-rapporti mediċi annwali ippubblikati. Il-Partit Laburista jidher li hu xott mill-ideat għax naqas ukoll milli jindirizza l-abort fil- manifest elettorali tiegħu għall- elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2022. Dan it-tkaxkir tas-saqajn mill- Partit Laburista jikkuntrasta mal-proposti tal-partit immexxi minni li tul ix-xhur li għaddew ippreżentajna proposti diversi biex apparti iktar ċarezza fil-liġi nimxu lejn id-dikriminalizzazzjoni kif ukoll lejn l-introduzzjoni speċifika tal-abort limitat għal tlett ċirkustanzi partikolari u straordinarji. Il-proposta tagħna hi li l-abort ikun permissibli meta l-ħajja jew is-saħħa tal- mara tqila tkun mhedda, fil-każ ta' tqala li isseħħ riżultat ta' vjolenza (stupru u incest) kif ukoll fil-kaz ta' tqala li ma tkunx vijabbli. Uħud jikkunsidraw li dak propost hu ftit wisq, oħrajn li hu wisq. Fil-fehma tagħna l-proposta hi addattata għaċ- ċirkustanzi partikolari lokali. Hi proposta li mhux biss hi ferm aħjar mill-proposta nejja tal- Gvern, imma twassal ukoll biex il-liġi tkun aġġornata għal dak mistenni fi żmienna! Hemm ukoll materji oħra li huma relatati u li jeħtieġ li jkunu diskussi. Matul din il-ġimgħa grupp ta' akkademiċi lokali u oħrajn ippubblikaw dokument għad-diskussjoni in konnessjoni mal-proposta tal-Gvern dwar l-abort. Il-proposti fid-dokument ippubblikat għad-diskussjoni jfittxu li jissikkaw id- definizzjonijiet dwar iċ- ċirkustanzi li fihom ikun ġġustifikat l-intervent mediku biex ikun possibli li tkun protetta l-ħajja u s-saħħa tal- mara tqila. Jeskludi ukoll kull xorta ta' abort. Il-punti mqajjma f 'dan id- dokument hu dejjem utlli li jkunu diskussi. Għalhekk ilna ngħidu li hemm ħtieġa għal diskussjoni pubblika matura, diskussjoni li l-Gvern ilu żmien jevita. Imma nistenna ukoll li jkun hemm akkademiċi oħra b'veduti u opinjonijiet differenti li anke huma jsemmgħu leħinhom. Għandhom bżonn joħorġu mill-friża. Irridu nħarsu lil hinn mill- proposti restrittivi li dan id-dokument għad-diskussjoni jippreżenta. Sa mill-2011, meta kien approvat ir-referendum dwar id-divorzju, Malta għażlet it-triq tal-pluraliżmu etiku: Rispett lejn il-pluralità ta' opinjonijiet u valuri etiċi. Id- dokument li qed nirreferi għalih hu ċaħda ta' dan u effettivament hu proposta biex naqbdu triq oħra u differenti. Għandna nirreżistu dan l-attentat. Fl-aħħar għandu jkun ċar li din mhix diskussjoni dwar x'inhu tajjeb jew ħażin, imma dwar min għandu jieħu d-deċiżjoni kif ukoll dwar il- parametri li jiddeterminaw kif u safejn nistgħu naġixxu. M'aħniex qed ngħixu f 'teokrazija: Hu dritt li naffermaw illi hu possibli li jeżistu veduti u valuri differenti. B'hekk beda d-dibattitu li ilu żmien maħnuq. Carmel Cacopardi huwa ċ-Chairperson tal-ADPD

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2022