Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 Stefan Zrinzo Azzopardi Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi opinjoni IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Tirranka l-kultura … fi żmien il-festi tal-Milied D alwaqt l-Istrina. Il-Mal- tin u l-Għawdxin jikkon- tribwixxu bi ħġarhom. Jinġabru flejjes kbar, għal kawża ġusta. Meta titħabbar somma sabiħa, kif dejjem ikun il-każ, kulħadd kelma waħda: Aħna poplu li joffri solidarjetà ma' ħutna l-aktar fil-bżonn. Hemm bżonn, madankollu, li minn żmien għal żmien, nirriflettu dwar jekk aħniex solidali s-sena kollha – u b'solidali ma nimux biss fil-ġbir ta' flus għal kawżi ġusti. Solidali fir-rispett, u l-mogħdrija li noffru u nesprimu ma' xulxin. Dinja mgħaġġla Il-pressjonijiet tal-ħajja jpoġġu fuq il-bniedem stress u ansjetà. Id-dinja nbidlet. L-aspettattivi tal-bniedem żdiedu – u dan huwa riżultat tal-progress qawwi li seħħ fil-livell tal-għixien tagħna. Dak li sa it snin ilu kien meqjus bhala lussu, jew kapriċċ, illum sar meħtieġ. Ftit ħin ta' mistrieħ b'xi safra mal-familja, l-użu ta' mezzi tat-teknoloġija li mingħajrhom qajla nistgħu naħdmu, jew nikkomunikaw ma' xulxin. U elf ħtieġa oħra. Ħwejjeġ essenzjali, li iżda biex insostnuhom irridu naħdmu għalihom. Sew jekk int impjegat, jew taħdem għal rasek, l-isfidi huma dejjem kbar. Il-ħin mal-familja, u l-għeżież tagħna, irridu niżguraw li nsibuh. Sibniha tassew stramba s-sitwazzjoni meta, minħabba l-pandemija, kellna nbiddlu r-rutina li kienet ħakmitna. Ir-rispett, jew in-nuqqas tiegħu Ngħiduha kif inhi, l-paċenzja tagħna ma' xulxin, f 'bosta drabi naqset ukoll. Forsi riżultat tal- pressjonijiet tal-ħajja, iżda neħħi r-rispett u l-mogħdrija lejn xulxin u jkollna sitwazzjonijiet xejn feliċi. Kull wieħed, u waħda minna, għandna l-limitazzjonijiet tagħna – inkluż fejn tidħol il-paċenżja u l-mogħdrija. Illum sirna soċjetà ta' nies li taqbżilna malajr. Ta' sikwit, inkunu pronti niġġudikaw. 'Qis mitt darba, u aqta' darba' jgħid il-Malti – iżda ta' spiss iż-żarda naqtgħuha malajr wisq. U l-midja soċjali mimlija b'ġudizzji u kummenti xejn sbieħ fuq l-oħrajn. Sfidi soċjali Kultant tkun traġedja li ddaħħalna f 'qoxortna. Iġġegħlna nistaqsu ħafna mistqosijiet dwar xi stajna għamilna aħjar biex ċerti sitwazzjonijiet ma jseħħux. Ħares it lejn il-midja soċjali. Kemm inkunu pronti biex niġġudikaw, biex nattakkaw, personalment, lil min ma jaqbilx magħna. Kemm inkunu pronti biex nagħtu aġġettivi, li jweġġgħu, lil ħaddiehor. Forsi, mingħajr ma nintebħu, nkunu qegħdin inkissru individwi u familji. Forsi, mingħajr ma rridu, nkunu qegħdin nagħtu lok għal kultura li tkattar il-mibgħeda. Dan iwassal għal antagoniżmu, nuqqas ta' rispett u fil-proċess it- tkasbir tad-dinjità tal-bniedem. Dan iseħħ fil-familja, fejn id-dar, minflok il-post tat-trankwilità u sigurtà, issir post ta' tensjoni u biża'. Dan iseħħ ukoll fis-soċjetà, fejn membri tagħha jingħataw il-ġenb u jintrifsu minn għajrhom stess. Imbagħad, isseħħ traġedja, u nintebħu li, bħala soċjetà nkunu fallejna bil-kbir. L-Edukazzjoni It-tisħiħ tat-tessut soċjali, li jdakkar is-solidarjetà u l-wens, ma jseħħx f 'iżolament. L-edukazzjoni hi l-ingredjent ċentrali biex dan iseħħ. L-edukazzjoni mhux biss fil-klassi iżda kullimkien. Fuq il-post tax-xogħol, fil-familja u fl-għaqdiet li nipparteċipaw fihom. L-edukazzjoni trawwem l-ispirtu tat-tolleranza imma mhux biss. Għandha tħeġġiġna nimu li aħna lkoll differenti minn xulxin iżda, minflok naraw din id-differenza bħala ostaklu, nqisuha bħala opportunità – biex nitgħallmu minn xulxin u biex infittxu l-għaqda fid- diversità. Irridu nimu u nirrispettaw aktar lil xulxin. Id-diversità tagħna hi dik li tagħmilna soċjetà. Soċjetà iżda li tkun aktar ħanina u li lesta toffri spalla lil xulxin dejjem. Il-Politika Bhala politiku, nħossni f 'paċi miegħi nnifsi li, permezz tal-Partit Laburista, ħdimna biex f 'pajjiżna individwi jingħataw id-dinjità li tixirqilhom. Għax hadd ma huwa ċittadin tat- tieni klassi. Konna aħna, li kontra oppożiżżjoni qalila, tajna ċ-ċans biex persuna li ż-żwieg tagħha ma jirnexxix, tibda kapitlu ġdid; biex persuni tal-istess sess ikollhom id- dritt li jiffurmaw familja u biex aktar persuni jingħata lilhom r-rigal, tant sabiħ, tal-ulied permezz ta' riformi kbar fil-liġi tal-IVF. Konna u għadna fuq in-naħa t-tajba tal-istorja fejn jidħlu riformi li jseddqu d-dinjità tal-bniedem. Iżda fadlilna aktar x'nagħmlu. Permezz tal-politika tal- mogħdrija se nkomplu naħdmu kemm nifilhu biex inkattru l-wens u l-gustizzja soċjali f 'pajjiżna. Bhala politiċi se nkomplu nfittxu dak li jgħaqqadna u nibnu fuqu. Irridu nkomplu nkunu kuraggużi biex nagħmlu aktar bidliet, biex nibnu fuq it-tajjeb tas-soċjetà tagħna u niżguraw li ħadd ma jħossu mwarrab. Soċjetà li tħobb u tagħder Il-ħidma ta' kull wieħed u waħda minna trid tkun li jkollna soċjetà li taf tħobb u tagħder aktar. Soċjetà fejn l-individwu mhux numru iżda persuna bid- dinjità tiegħu u tagħha. Mhix faċli, iżda b'ħafna rieda tajba minn kulħadd, naslu. Il-festi li se jibdew f 'dawn il-jiem għandhom ifakkruna li r-rispett u s-solidarjeta' m'humiex xi haga staġjonali, imma tas-sena kollha. 17 opinjoni illum • IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 Il-Festa Maltija I t-tiżjin u ċelebrazzjonijiet fil-knejjes, toroq imlibbsa b'armar mill-ifjen, il-baned, il-brijju, l-ispettakli tan- nar. Dawn huma wħud mill-ele- menti ewlenin li jsawwru l-festa Maltija. Festi li huma tradizzjoni kbira fl-istorja u fil-kultura tagħna. Tul is-snin, il-kalendarju ta' pajjiżna tista' tgħid li dejjem kien imfassal fuq il-festi. Kull festa ġġib magħha drawwiet partikolari li tista' tgħid tiddistingwi waħda mill-oħra. Tradizzjonijiet li bdew snin twal ilu li tista' tgħid issaħħew matul is-snin u komplew jiġbdu aktar nies lejhom. Wara żewg sjuf li fihom, minħabba l-pandemija konna imċahhda mill-festi kif nafuhom u kif bosta jiehdu sehem fihom, din is-sena reġa' kellna sajf mimli b'attività, kulur u dak kollu li jġibu magħhom dawn il-festi. Minn dak li segwejt, il-festi reġgħu ġibdu lin-nies u l-attendenza kienet mill-ġdid numeruża. Iżda wara kull festa, x'hemm? Xi jwassal biex f 'raħal jew belt ikollok għal festa, tnejn jew aktar? Huwa ċar li l-festi jiddependu mir-rieda u d-determinazzjoni ta' nies li għal sena sħiħa jagħtu ħafna mill- enerġija u l-ħin tagħhom b'risq avveniment li jiġbed lil tant u joffri spettaklu u okkażjoni mill- aqwa lil bosta. Il-festi isiru għaliex in- nies għadhom iridu li din it-tradizzjoni tibqa' tgħix. Interessanti li matul is-snin kien hemm min f 'teżi tiegħu kien ta x'jifhem li l-festi f 'pajjiżna għad jispiċċaw. Għaddew aktar minn ħamsin sena minn meta dan ġie mistqarr iżda naħseb li din it- tradizzjoni kompliet tissaħħaħ. Interessanti wkoll li matul is-snin il-kultura tal-festi mhux biss kompliet tikber fejn diġa kien hemm tradizzjoni qawwija ta' festi iżda anke f 'lokalitajiet relattivament ġodda li kibru riċentement, festi li kienu meqjusa żgħar, ħadu xejra differenti u kibru fl-attività li titwettaq. Biex wieħed jagħmel dak kollu meħtieġ, jeħtieġ finanzjament sostanzjali. Dan ħafna minnu jseħħ grazzi għall-ġenerożita' ta' ħafna li jsostnu lil dawn il-festi finanzjarjament. Ta' min wieħed jgħid, li l-organizazzjonijiet marbuta mal-festi, l-aktar il-baned, fl-aħħar snin bdew jibbenefikaw minn bosta skemi maħruga minn entitajiet varji tal-gvern li lkoll tawhom sostenn b'saħħtu u ġew finanzjati bosta proġetti fejjieda. Fil-festi jibqa' fundamentali il-volontarjat. Il-kumitati kollha marbuta mal-festa huma mmexxija minn persuni li b'mod altruist jagħtu l-ħin tagħhom fit- tmexxija tal-organizazzjonijiet kif wkoll għat-tħejjijiet kollha meħtieġa għall-festa. Naħseb li diffiċli tagħti valur monetarju għax-xogħol kollu li jsir biex jitlestew it-tħhejjiet kollha marbuta ma' festa. Ngħid għalija, il- parteċipazzjoni fl-organizazzjoni tal-festi sservi mhux biex bħala lok fejn wieħed jgħin fil- komunità fejn jgħix iżda mezz biex wieħed jitgħallem ħiliet ġodda. Insemmi it-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-baned. Kemm ilhom jeżistu l-każini tal-baned f 'Malta, it-tagħlim tal- mużika ingħata b'xejn lil dawk kollha li jagħżlu li jitgħallmu l-mużika. Dan serva mhux biss biex ikollhok bandisti tajbin iżda wkoll kien mezz kif jiġi popolizzat it-tagħlim tal-mużika u aktar setgħu jitgħallmu anke fiż-żminijijet meta t-tagħlim f 'pajjiżna kien għadu limitat. Minkejja dak kollu li rajna f 'dan is-sajf wara n-nuqqas ta' festi minħabba l-pandemija, bosta involuti fl-organizazzjoni tal-festi jgħiduli li hemm bosta sfidi li jridu jiġu ffaċċjati biex inżommu ħajja din it- tradizzjoni. Bosta jgħiduli li wara l-covid, kien hemm tnaqqis fin-numru ta' bandisti. Dan qed iħalli effett li jista' jigi rimedjat jekk aktar jitħeġġu jitgħallmu l-mużika u jkunu parti mill- baned. Sfida ohra li jirrimarkawli hija l-ispiża tal-materjali marbut mal-pirotekonika li qed tiżdied sostanzjalment. Bħall-bqija ta' affarijiet oħra li qed jogħlew minhabba kriżijiet internazzjonali, dan il-fatt wkoll iħalli impatt. Is-sagrifiċċji ta' dawk li jaħdmu n-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja, qed jaraw kif dan se jkun qed jaffettwa fil- manifattura fiż-żmien li ġej. Il-ħidma għall-festi, l-aktar fil- preparamenti kollha, tiddependi minn kemm persuni jagħżlu li jkunu parti mill-organizazzjoni tagħhom u jagħtu mill-ħin tagħhom biex isir ix-xogħol kollu meħtieġ. Nemmen li għandu jingħata messaġġ b'saħħtu favur is-sostenn ta' dawn it-tradizzjonijiet u jibqgħu jitħeġġu nies ta' etaijiet differenti biex ikunu parti mill-ħidma marbuta ma' din it-tradizzjoni Maltija. Dak li qed naraw matul dan is-sajf huwa riżultat ta' xogħol kbir li jsir hafna minnu wara l-kwinti. Huwa xieraq li nirringrazzjaw lil dawk kollha involuti tal-kontribut b'saħħtu li jagħtu biex din it-tradizzjoni Maltija tibqa' ħajja. Minkejja l-isfidi, għandna nħarsu b'ottimiżmu u b'għaqal isir xogħol biex jingħelbu l-isfidi u b'hekk niżguraw li din it- tradizzjoni ma tintitilifx. Stefan Zrinzo Azzopardi – Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022