Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Din il-ġimgħa il-Parlament Ewropew jippremja l-kuraġġ tal-poplu Ukren fi Strasburgu ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Kien aktar kmieni din is-sena stess li l-Membri Parlamentari Ewropej ħabbru li l-Premju Sakharov 2022 għal-Libertà tal-Ħsieb se jingħata lill- poplu kuraġġuż tal-Ukrajna, irrappreżentat mill-President tiegħu, il-mexxejja eletti u s-soċjetà ċivili tagħhom. U propju nhar il-Erbgħa fi Strasburgu se jkun qed jingħata dan il-premju hekk prestiġġjuż tal-Parlament Ewropew li ngħata lil bosta personaġġi magħrufin mad-dinja għal ħidmiethom u l-attiviżmu tagħhom, f 'pajjiżi li jirrestrinġu l-libertà tal-kelma u tal-ħsieb, xi kultant b'mod mill-aktar vjolenti. Kienet il-President tal- Parlament Ewropew Roberta Metsola li lura f 'Ottubru ħabbret ir-rebbieħ tal-2022 fil- Plenarja ta' Strasburgu l-Erbgħa wara nofsinhar, wara deċiżjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament (il-President u l-mexxejja tal-gruppi politiċi). "Dan il-premju huwa għal dawk l-Ukreni li qed jiġġieldu fuq il-post. Għal dawk li ġew sfurzati jaħarbu. Għal dawk li tilfu qraba u ħbieb. Għal dawk kollha li qed jipprotestaw u jiġġieldu għal dak li jemmnu fih. Naf li l-poplu kuraġġuż tal- Ukrajna mhux se jaqta' qalbu, u lanqas aħna m'aħna se nagħmlu hekk," qalet Metsola. Il-poplu Ukren qed jiffaċċja gwerra illegali mir-Russja u minn Vladimir Putin sabiex dan jagħmel l-Ukrajna tiegħu, anke jekk fl-aħħar ġimgħat ir-Russja sofriet minn telf ta' bliet li kienet ħatfet permezz ta' referenda finta. L-Ukreni dawn l-aħħar ġimgħat, apparti t-tkissir, l-imwiet u l-attakki kellhom ukoll jiffaċċjaw sitwazzjoni ta' sigħat u ġranet mingħajr provvista tad-dawl. Il-Parlament Ewropew - li ħa pożizzjoni mill-aktar b'saħħitha kontra din l-invażjoni illegali - fakkar li din il-gwerra qed tikkawża spejjeż enormi fuq il- poplu Ukren. Huma mhux biss qed jiġġieldu biex jipproteġu djarhom, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tagħhom, iżda qed jiddefendu wkoll il-libertà, id- demokrazija, l-istat tad-dritt u l-valuri Ewropej fil-battalji "kontra reġim brutali li jfittex li jimmina d-demokrazija tagħna, idgħajjef u jaqsam l-Unjoni tagħna". In-nominazzjoni temfasizza l-isforzi tal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy flimkien mar-rwol tal-individwi, ir- rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, u l-istituzzjonijiet statali u pubbliċi inklużi s-Servizzi ta' Emerġenza tal-Istat tal-Ukrajna, Yulia Pajevska, il-fundatriċi tal- unità medika ta' evakwazzjoni Angels of Taira, Oleksandra Matviychuk, avukata tad- drittijiet tal-bniedem u president tal-organizzazzjoni Ċentru għal-Libertajiet Ċivili, il-Moviment ta' Reżistenza Ċivili Yellow Ribbon, u Ivan Fedorov, is-Sindku tal-belt ta' Melitopol, li bħalissa tinsab taħt okkupazzjoni Russa. Min kien innominat? Kien il-Partit Popolari Ewropew li nnomina lill-Poplu Kuraġġuż tal- Ukrajna mmexxi mill-President Volodymir Zelenskyy, li fil-fatt huwa r-rebbieħ ta' dan il-premju. Minkejja dan kemm is-Soċjalisti u anke l-Konservattivi nnominaw lil poplu Ukren u lil Zelenskyy rispettivament Intant il-Ħodor innominaw lil Sônia Guajajara - attivista ambjentalista Brażiljana, li kienet ukoll membru tal- Partido Socialismo e Liberdade u anke kandidat għall-kariga Presidenzjali fl- 2018. Ix-Xellug ippropona lill- Kummissjoni tal-Verità fil-Kolombja li nħolqot bħala parti minn qbil li kien jinkludi l-iżvilupp rurali, il- parteċipazzjoni politika u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi. Din il-Kummissjoni hija ffukata fuq il- vittmi, id-dritt tagħhom tal-verità u l-mod kif nies differenti huma trattati fis-soċjetà Kolombjana. Julian Assange kien innominat minn 41 MEP. Assange huwa Editur u pubblikatur Awstraljan illi beda dawk l'hekk magħrufin WikiLeaks, li fl-2010 ippubblikaw informazzjoni mill-Intelliġenza tal-Armata tal- Istati Uniti, li kienu jinkludu informazzjoni dwar l-attakk fuq Baghdad, telefonati u dettalji marbuta mal-gwerra fl-Afganistan u l-Iraq u dak magħruf bħala Cablegate, meta l-istess Wikileaks żvelaw fil-pubbliku komunikati li kienu għaddejjin bejn 274 konsulat, ambaxxata u missjoni diplomatika minn madwar id-dinja u d-Dipartiment tal-Istat Amerikan. L-Istati Uniti kienu bdew investigazzjoni kriminali kontra Assange bil-Gvern tal-Izvezja joħroġ mandat ta' arrest fuq allegazzjonijiet ta' abbuż sesswali, xi ħaġa li Assange qal illi kien biss attentat biex l-Iżvezja jestradixxih lejn l-Istati Uniti. Minn hemmhekk imbagħad bdiet storja sħiħa ta' talbiet għall-estradizzjoni mill-Istati Uniti, ażil mill-Ekwador fl-2012 li mbagħad tneħħa fl-2019 u l-arrest u ż-żamma f 'ħabs f 'Londra, fejn Assange għadu jappella kontra l-estradizzjoni. L-Istati Uniti qed takkuża lil Assange bi spjunaġġ, fost oħrajn. Intant 43 MEP oħra innomnaw lil Shireen Abu Akleh - ġurnalista Palestinjana-Amerikana li kienet tispeċjalizza fir-rappurtaġġ tagħha ta' dak li qed iseħħ fil-Lvant Nofsani. Hija kienet ġurnalista mal-istazzjon Al Jazeera għal 25 sena. F'Mejju ta' din is-sena Abu Akleh inqatlet waqt il-qadi ta' dmirijietha fix-Xatt tal-Punent. Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb jingħata kull sena mill- Parlament Ewropew. Ġie stabbilit fl-1988 biex jonora individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa msemmi f 'ġieħ il-fiżiku u d-dissident politiku Sovjetiku Andrei Sakharov. Lil min ingħata dan il-Premju? Is-sena l-oħra, il-Parlament ta l-premju lill-politiku tal- oppożizzjoni Russu u attivist kontra l-korruzzjoni, Alexei Navalny. Matul is-snin dan il-premju ingħata lil nies oħrajn fosthom Kofi Annan li kien is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda (UN) u li waqt it-tmexxija tiegħu ħadem biex isaħħaħ rabtiet aktar b'saħħithom mas-soċjetà ċivili fit-tfittxija għall-għanijiet tagħha ta' paċi, ġustizzja u drittijiet tal-bniedem. Ingħata wkoll lil Malala Yusafzai li fl-età ta' 11-il sena bdiet il- ġlieda tagħha għad-drittijiet tal-bniet għall-edukazzjoni u kontra l-estremiżmu Taliban fil-Pakistan. U ngħata wkoll lil Nelson Mandela, deskritt bħala l-ikona fil-ġlieda kontra r-razziżmu li mexxa t-tranżizzjoni storika tal-Afrika ta' Isfel li waslet għal demokrazija razzjali inklużiva filwaqt li ppromwova opportunitajiet indaqs u paċi għal kulħadd. X'inhu l-Premju Sakharov? Il-Premju Sakharov jingħata lill-poplu Ukren u lill-President Zelenskyy wara li jħabbtuha għal dan l-unur ma' ambjentalista Brażiljana, ġurnalista Palestinjana li nqatlet waqt dmirijietha u l-fundatur tal-WikiLeaks...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022