Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 Is-silenzjużi, il-ftit liberali li għad fadal Wara li tajna ħarsa estensiva lejn il-Partit Laburista u kif l-għeruq tiegħu jista' qed jirreaġixxu fid-dawl tal- emenda li titratta l-abort f'każ li ħajjet jew saħħet il-mara tkun f'periklu, illum imissna nagħtu ħarsa lejn il-PN, dawk li mhumiex jitkellmu u li forsi qed jissottovaluta u l-pożizzjoni ta' Metsola favur l-abort... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-ġimgħa l-oħra din il-gazzetta bdiet tanalizza l-effetti politiċi tad- diskussjoni dwar l-emenda li titratta t-tqala u li qed titqies bħala abort f 'każ fejn ħajjet jew saħħet il-mara tkun fil- periklu. Bdejna billi spjegajna għaliex - minkejja l-ħafna diskors li din mhux kwistjoni politika, fil-fatt hija kwistjoni politika għax 1) Huwa l-politiku li jrid jiddeċiedi u 2) Għaliex din hija kwistjoni li ideoloġikament tifred partiti kbar mhux biss hawn imma wkoll fl-Istati Uniti, fost oħrajn, fejn it-twemmin tal-partiti dwar meta tibda l-ħajja hija differenti. Wara li tajna ħarsa lejn kif il-Partit Laburista jista' jkun li qed jissottovaluta l-votanti konservattivi tiegħu u wara li analizzajna x'inhu ċ-ċans li dawn ma jivvotawx Labour jew saħansitra jaqilbu l-vot, illum inħarsu lejn il-PN. L-issottovalutar ta' eluf li qed iżommu s-silenzju sforz it-tabù Waqt il-kampanja elettorali fl-Istati Uniti nħolqot l-espressjoni 'Trump- Shy Voters'. Dawn huma votanti li għal xi raġuni jew oħra ħassew li Donald Trump għamel biċċa xogħol tajba bħala President jew inkella jħossu li huma marru aħjar, imma sforz stqarrijiet razzisti jew sessisti li għadda Trump, kif ukloll sforz il-kontroversji li ċċirkondaw lilu u l-Presidenza tiegħu, jagħżlu li jimmutaw l-appoġġ tagħhom lejn Trump biex ma jkollhomx għaliex jiġġustifikaw l-għażla tagħhom. Ma mmorrux 'il bogħod. Hawn Malta fl-aħħar snin, speċjalment meta Joseph Muscat kien imexxi lill-Partit Laburista u l-Gvern, kien ċar illi kien hawn eluf kbar ta' nies - inkluż votanti tradizzjonalment nazzjonalisti - li vvotaw lil Muscat fl-2017 jew lil Robert Abela din is- sena - għax ħassew illi l-Gvern mexxa tajjeb waqt il-pandemija, jew inkella li għandhom negozju li irċieva ħafna għajnuna li għenet biex jibqa' fil-wiċċ jew inkella għax jemmnu li l-Labour aktar kompetenti jew għax kellhom bżonn pjaċir u ħaduh. Imma konxji ta' ċerti akkużi serji ta' korruzzjoni jew saħansitra l-fatt li għad hemm imdendel fuq il-pajjiż l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, ma xtaqux illi jagħmlu l-appoġġ tagħhom wieħed pubbliku biex ma jkollhomx għaliex jiġġustifikaw l-għażla tagħhom u fil-proċess jiġu mgħajjra "ġaħan" jew "korrott." Fuq l-abort dan il-fenomenu jiżdied waħda sew għax minkejja d-diskussjoni u minkejja li l-Gvern daħħal ħafna drittijiet ċivili f 'oqsma oħrajn, l-abort jibqa' suġġett tabù. Huwa rari jekk mhux kważi impossibbli li ssib mara li lesta illi turi wiċċha meta tisħaq li għamlet abort, anke jekk ir-raġunijiet tagħha kienu ġġustifikati u dan għaliex dan is- suġġett lokalment għadu jġorr stigma qawwija u negattiva ħafna. Ħafna drabi nisa li jagħmlu l-abort huma ffuċillati u insulentati virtwalment u b'mod kontinwu, huma mgħajjrin "qattelin" u fil-verità, kif inhi l-liġi bħalissa - u kif ippjanata li tibqa' minkejja din l-emenda - mara tkun qed tesponi lilha nnifisha għal azzjoni kriminali kontriha li ġġorr piena ta' ħabs, jekk tgħid illi fil-fatt wettqet abort. Biżżejjed naraw il-mod kif Andrea Prudente kienet redikolata fil-Parlament Malti stess, mill-Kap tal-Opożizzjoni u minn numru ta' Deputati tal-PN. Għalhekk il-klima hija perfetta biex dawk li jaqblu mal-abort - u mhumiex attivisti - u speċjalment dawk li għaddew minn jew għamlu abort iżommu s-silenzju. Ħadd, li mhuwiex politiku jew attivist, ma jrid joqgħod jġġustifika lilu nnifsu quddiem folla li qed tittimbra lil kull min huwa favur l-abort bħala "qattiel". U aktar kemm jissaħħu l-vuċijiet estremi fil-kamp kontra l-abort b'tgħajjir u paralleli bibbliċi u tbassir apokolaptiku, aktar dawk li huma favur l-emenda tal- Gvern jew favur l-abort in ġenerali se jippreferu s-silenzju, mill-opinjoni fil- pubbliku. Imma dawn l-opinjonijiet ma għandhomx ikunu ssottovalutati mill- Partit Nazzjonalista u minkejja li dan il-partit irid jibqa' fidil lejn dak li jgħid l-istatut tiegħu stess irid joqgħod attent li 1) Juża narrattiva kontra l-abort imma li mhux estrema u li 2) Jallinea ruħu ma' setturi aktar ċentristi u razzjonali - bħal analiżi IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022