Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675
10 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum 'Se nibqa' inħobbu għal dejjem, aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • illum intervista ANTHEA CACHIA L-istorja hija waħda sempliċi u tibda hawn: Żagħżugħ ta' 15-il sena jibgħat messaġġ lil tfajla, jiftehmu li jiltaqgħu ħdejn l-ajruport, isiru jinħabbu u kif jgħid l-Ingliż, the rest is history. Hekk bdiet l-ewwel imħabba ta' Matthew Bartolo u Maria Micallef, relazzjoni li għalkemm intemmet traġikament, l-imħabba li nibtet minnha baqgħet ħajja f 'qalb Maria. Matthew Bartolo huwa ż-żagħżugħ ta' 17-il sena li fl- 2015 tilef ħajtu traġikament waqt li kien qiegħed jaħdem f 'fabbrika tal-għamara, waqt li kien qiegħed jaqla lira bil-pjan li xi darba hu u l-maħbuba tiegħu Maria, jibnu futur flimkien. Iżda dakinhar tal-4 ta' Ġunju, tmien snin ilu eżatt, id-destin urihom li ma kellux ikun, għax inċident b'magna tal-injam kellha toħodlu ħajtu. Għadda ħafna żmien, kważi deċenju, iżda għal Maria qisu għadu lbieraħ u xi kultant lanqas temmen li Matthew m'għadux magħna. Il-gazzetta ILLUM kellmet lil Maria fl-anniversarju ta' l-agħar esperjenza ta' ħajjitha u taqsam mal-gazzetta li minkejja t-tbatija, qatt ma tixba' titkellem fuq l-għażiż Matthew. Hija tirrakkonta mal-ILLUM dwar l-avventuri li kellhom flimkien, il-praspar li kien jagħmel Matthew, kif għexet dik il-ġurnata orribbli u kif kienet, għadha u se tibqa' tħobbu għal dejjem. 'Kien lest li jimxiha mill- Gudja sa Ħal Kirkop fix-xita biex ma jħallinix nimxi waħdi' L-ILLUM, b'kumbinazzjoni, iltaqgħet proprju ftit 'il bogħod minn fejn Maria iltaqgħet ma' Matthew għall-ewwel darba, ħdejn l-ajruport. B'daħqa fuq wiċċha qalet li, "propjament kien hemm ġuvni ieħor li ġie jkellimni meta kellimni Matthew. L-ieħor kien aktar it-tip tiegħi u meta għidt lil ommi bihom malajr qaltli li Matthew kien gustuż. Ħadt il-parir tagħha u ma jiddispjaċinix." Hija marret lura għal dak il-jum li tefgħet ħarsitha fuq Matthew għall-ewwel darba u qalet li dakinhar iddeċidew li jiltaqgħu f 'dak il-post proprju għaliex hija kienet toqgħod il-Gudja u hu Ħal Kirkop u għaldaqstant kien viċin għat- tnejn li huma. "Dak iż-żmien kienet il-festa ta' Ħal Għaxaq, ta' San Ġużepp u jien kien mingħalija li se nibqgħu hemm u hu staqsieni biex immorru l-festa minflok. Sadanittant qed nimxu mill- ajruport sa' Ħal Għaxaq u qalli li jħobb ħafna l-festi u n-nar," qalet Maria. Kompliet tgħid li l-ewwel bewsa tagħhom kien propju fuq il-bejt tal-Każin ta' San Ġużepp, waqt li bdew jaraw in-nar tal-ajru. Maria tgħid illi waħda mill- karatterstiċi ta' Matthew kienet illi kien ġentlom u meta qabdet nieżla x-xita, ma ridhiex timxi waħidha u minflok ried li jimxi magħha sal-Gudja u mbagħad jimxiha lura sa Ħal Kirkop. Kompliet tirrakkonta li l-karattru tiegħu impossibli biex wieħed isib bħalu. Qalet li tant kien imur tajjeb man-nies li kull fejn imorru dejjem jispiċċa jgħin jew ikellem lil xi ħadd. Qalet li għalkemm iltaqgħu ta' età żgħira ħafna kienu ippjanaw ħafna l-futur tagħhom u li xtaqu li jkollhom familja flimkien. Qalet ukoll li kien bniedem romantiku ħafna. Fil-fatt f 'Jum San Valentinu kien ħadha fuq ajruplan miż-żgħar bħala dawra. Tirrakkonta li hi ma kinitx taf b'din is-sorpriża u meta marret ħdejn l-ajruplan kienet sabet fjura u soft-toy żgħir. 'Kont nibża' ħafna meta kien jgħidli li jrid iġib il-liċenzja tan-nar, mur għidli li kont se nitilfu xorta' Mistoqsija x'kienu l-ħolm ta' Matthew hija qalet li kien artistiku u kreattiv ħafna u l-fotografija kienet xi ħaġa għal qalbu. Żiedet li bla dubju ta' xejn kien ħerqan biex ikollu l-liċenzja tan-nar għax kien dilettant ħafna tal-festi. Minkejja dan, tgħid li dak iż-żmien kienet tibża' ħafna għax in-nar perikoluż, "mur għidli li kont se nitilfu xorta waħda." Tenniet li Matthew kien jibża' li sforz id-delizzju tiegħu ma kienx qiegħed jagħtiha l-attenzjoni iżda dik qatt ma waqqfithom għax hi kienet tmur tgħinhom. Ċajtana qalet li missierha kien qalilha biex jarmaw ibigħu l-qubbajt, "kieku sinjuri sirna! Daqs kemm konnha nduru festi madwar Malta." Tgħid mal-ILLUM li kienu ilhom biss sentejn flimkien u li xtaqet li kellhom ħafna aktar. "Meta nara r-ritratti tiegħu online, taqbadni rabja għax li kieku nista', nidħol ġol-mobile. Xi kultant nibda ngħid imma għaliex ħaduli daqshekk kmieni, x'għamilt ħażin?" Fakkret ukoll li ftit ġimgħat qabel ma miet Matthew kien tilef ħajtu żagħżugħ ieħor u kien qalilha fuqu. "Konnha għidna lil xulxin: Minjaf il-familja u l-għarusa tiegħu imsieken. Min qatt kellu jgħidli li kien se jkolli nġarrab l-istess weġgħa," saħqet Maria. Timmaġinak ta' 16-il sena titlef l-ewwel imħabba tiegħek? Sfortunatament hekk ġralha Maria Micallef, dak iż-żmien kienet l-għarusa ta' Matthew Bartolo. L-ILLUM tiltaqa' ma' Micallef u tirrakkonta dwar l-isbaħ memorji flimkien, il-karattru tiegħu, għaliex hi u s-sieħeb tagħha semmew lil binhom għalih u kif saret taf li l-maħbub tagħha tilef ħajtu fil-fabbrika tal-għamara bħal-lum tmien snin Matthew kien dilettant tal-festa u tan-nar Maria u Matthew kienu ilhom biss sentejn flimkien qabel ma tilef ħajtu traġikament Ritratt tal-koppja żagħżugħa fuq il-vjaġġ sorpriża