Illum previous editions

ILLUM 10 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Libra ser tkun dik il- ġimgħa li int għandek tesprimi dak li int ilek tant iżżomm ġewwa fik. Din hija ġimgħa fejn għandek ċans tajjeb li dak li int għandek ġewwa fik tesprimih bil-galbu u b'hekk int ser issaħħaħ aktar l-imħabba tiegħek. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Pisces. Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l- Quartz. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Scorpio ser tkun dik il-ġimgħa li int għandek timtela' b'kuraġġ. Għalkemm jista' jkun hemm ċerta ntoppi fl-imħabba tiegħek int tista' trażżan dawn l-intoppi, iżda mhux bi sforz. Qatt twettaq soluzzjoni bi sforz għax din taf toħloq aktar kumplikazzjonijiet. Wettaq soluzzjoni bil-għaqal. Iż- żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Leo. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Lemon Quartz. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Sagittraius ser tkun dik il-ġimgħa li ser tħoss dik is- sensittività u dan mhux għax int iżda għax iż-żodjaku ta' Virgo ikkombinat maż-żodjaku ta' Sagittarius joħloq din is-sensittività, u grazzi għal dan, din tista' tkun mezz kif int iżżomm l-imħabba tiegħek motivata u ħajja. Analizza. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa dak ta' Aquarius. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Tiger's Eye. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa fejn int trid tikkontrolla dik l-aggressjoni ta' ġewwa fik. Żomm il-bogħod milli tesprimi. Dan mhux il- waqt li int tesprimi ċerta negattivita'. Huwa vera li dan ilek iżommu ġewwa fik, iżda dan mhux il-mument. Ser jasal il-waqt biex tesprimi iżda mhux issa. Iż-Żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Aries. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Aquarius ser tkun dik il-ġimgħa fejn, grazzi għal dan iż-żodjaku, int għandek tanalizza l-madwar tiegħek. Ovvjament, fejn jidħol l-aspett tal-imħabba, int trid tieqaf sabiex tanalizza x'tista' tagħmel sabiex tkun aħjar, u sabiex issib bilanċ aħjar biex l-imħabba tiegħek tkompli titkattar. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Libra. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste L-IMĦABBA GĦALIK WAQT IŻ-ŻODJAKU TA' VIRGO MILL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU SAS -SIBT 16 TA' SETTEMBRU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Aries ser tkun dik il- ġimgħa li għandek tagħraf aħjar kif se tanalizza l-imħabba tiegħek. Int trid issib mezz sabiex l-imħabba li għandek tkun kapaċi żżomma motivata sabiex b'hekk dejjem tagħraf is-sabiħ u kemm huwa importanti li jkun hemm dak in- nar bejnietkom.Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Cancer. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Labradorite. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Taurus ser tkun dik il- ġimgħa li toffri sorpriża lill-maħbub tiegħek. Dan għandek tippjanaħ tajjeb sabiex din is-sorpriża li se twettaq tkun mezz li tixgħel dik il-amma profonda ta' bejnietkom. Għalhekk għaraf ippjana tajjeb għal dan. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Virgo. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste Gemini mill-28 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa fejn int triq tieqaf it mill ħajja mgħaġġla ta' madwarek u tagħraf taħseb it kif int fl-imħabba tiegħek bħal x'hemm tajjeb kif ukoll x'hemm li jista' jkun aħjar. F'dan iż-żodjaku ta' Virgo żgur li int tista' ssaħħaħ aktar l-imħabba tiegħek. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Capricorn. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-21 Ta' Lulju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Cancer ser tkun dik il- ġimgħa fejn int żgur trid tħares lejn l-imħabba tiegħek bħala sitwazzjoni li dejjem għandha bżonn tiġġedded. Għalkemm int persuna li toffri dak kollu sabiex l-imħabba tiegħek iżżomma bħal amma dejjem mixgħula, int trid iż żomm lilek innifsek iffokat. Irrifletti. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Taurus. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarine. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Leo ser tkun dik il-ġimgħa fejn trid tikkombina l-esperjenzi li int esperjenzajt fil- passat ma' dawk li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Hekk l-imħabba tiegħek tkun waħda aktar stabbli u tkun waħda aktar kompluta. Dejjem irrifletti dwar kull pass li twettaq. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Scorpio. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste L-ERBA KRISTALLI GĦAŻ-ŻODJAKU TA' VIRGO Kull żodjaku għandu l-fażi tiegħu f'dawk l-erba ġimgħat fejn kull ġimgħa jkollha dik il- kombinazzjoni partikolari bħal eżempju l-bidu taż-żodjaku, l-fażi taż-żewġ qmura, hemm ukoll dawk id-dati partikolari , hemm ix-xemgħat ikkombinati, hemm il-kombinazzjonijiet kif ukoll il-kristalli kkombinati ma' dak iż-żodjaku partikolari u propju f'dan l-artiklu ser inkun qiegħed inwassal il-kombinazzjoni tal-KRISTALLI waqt dan is-sitt żodjaku ta' Virgo. Bħal dejjem f'Malta, indumu ftit ma nimxu ma' xi aspett li jkun għad m'hawnx ħafna informazzjoni dwaru, pero' nieħu gost li qiegħed ikun hawn aktar għarfien dwar il-vera benefiċċju ta' dawn il-kristalli. Issa qegħdin naraw ħafna ħwienet imferxin ma' Malta li huma biss bil-kristalli, u anke minn żmien għal żmien qegħdin jitwaqqfu Seminars dwar dan is-suġġett u dan juri li l-interess dejjem qiegħed jiżdied ! F'dan l-artiklu ser ikun qiegħed inwassal l-erba kristalli kkombinati ma' dan is-sitt żodjaku ta' Virgo. Ikun tajjeb li nagħrfu kemm nistaw nibbenefikaw enerġija pożittiva minn dan is- sors naturali ta' dawn il-kristalli, iżda rridu nagħrfu li kull kristalla waqt kull żodjaku għandha sors differenti u għalhekk tajjeb li int tkun taf tajjeb il-benefiċċju dwar dik il-kristalli kkombinata ma' dak iż-żodjaku partikolari ! Hawn ser inkun qiegħed inwassal dik l-informazzjoni bażika dwar dawk l-ERBA kristalli meqjusa ta' benefiċċju f'diversi aspetti waqt dan is-sitt żodjaku ta' Virgo. L-Erba kristalli kkombinati ma' dan iż-żodjaku huma dawn : SAPPHIRE : PERIDOT : MALACHITE : AMBER Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik Pisces ser tkun dik il- ġimgħa fejn issa int tinsab f 'qagħda tajba dwar il-pass 'l quddiem. F'dawn l-aħħar ġimgħat wettaq analiżi tajba tas- sitwazzjoni preżenti ta' din l-imħabba u għalhekk issa huwa l-waqt li twettaq dak il-pass li jmiss. Għaraf sew sabiex tkompli s-saħħaħ dak li verament tixtieq. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Sagittarius. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Cats Eye. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Virgo għalik l-istess Virgo ser tkun dik il-ġimgħa fejn int għandek tħossok ferm magħqud fl-imħabba tiegħek. Din hiia ġimgħa partikolari li l-istess żodjaku tiegħek jagħmlek aktar konxju ta' kemm l-imħabba li għandek hija dak il- pedament li jorbod lilek mal-kumplament tal-ħajja tiegħek. Għalhekk għaraf b'għaqal. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Gemini. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Onyx. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 September 2023