Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt F orsi ftit huma dawk li jifhmu kif ġrat ir-riforma fil-kamp ta' dawk il-persuni ta' orjen- tazzjoni sesswali differenti f 'pajjiżna. Fl-2013, il-Partit Laburista ma kellu l-ebda aġenda ddikjarata biex jagħmel bidliet fil-liġijiet li jagħtu drittijiet lil persuni gay jew inkella ta' orjentazzjoni sesswali differenti. Kien mument sorprendenti għalhekk li Joseph Muscat – dakinhar Prim Ministru – għażel li jniedi numru ta' riformi. Kienu radikali. Radikali wkoll għax il-pajjiż u l-partit politiku li kien qed imexxi ma kienx lest għal dawn ir-riformi. Bis-saħħa ta' maġġoranza assoluta, b'Oppożizzjoni dgħajfa u bi Knisja bi tmexxija kemxejn kawta (anke wara d-disfatta tagħha fir-referendum tad-divorzju), Muscat kien jaf li kellu mixja mingħajr wisq xkiel. Dawk li jafu l-istorja politika u kienu osservaturi politiċi jafu li kien hemm persuna partikolari strumentali biex tinbidel il-fehma ta' Muscat. Cyrus Engerer, illum deputat parlamentari f 'isem il-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew, kien magħruf li jqatta' ħinijiet twal ma' Muscat jargumenta u jfissirlu r-riformi li kien hemm bżonn jiġu introdotti. Muscat, magħruf illum ukoll għall- iskandli politiċi li seħħew meta kien Prim Ministru, ċertament jixtieq jiġi mfakkar bħala r-riformista li nieda litanija ta' riformi liberali, kif ukoll kuraġġużi. L-istorja trid tinkiteb u wieħed irid jara xi jkunu l-istejjer li jibqgħu mfakkra. Li huwa ċert hu li Engerer, li kien ġej mill-kamp politiku Nazzjonalista qabel ma daħal mal-PL, irnexxielu jikkonvinċi lil Muscat dwar dawn ir- riformi. Muscat, ta' annimal politiku li hu, għaraf l-importanza tal-vot ta' dan is-settur, tant hu hekk li kien kapaċi jisraq eluf ta' voti minn dan il-kamp mill-Partit Nazzjonalista. Fil-ġranet li ġejjin Malta tilqa' l-Europride. Ċelebrazzjonijiet li jagħtu l-opportunità li jkun hemm mumenti ta' espressjoni unika. Avveniment li għandu jikkonferma kemm is-soċjetà Maltija trid u tixtieq turi t-tolleranza għal min fuq medda ta' sekli u snin safa' mwarrab u ma kienx integrat. Irid jiġi żmien meta dawn l-isfidi ma jibqgħux sfidi imma jkunu meqjusa bħala parti minn ħajjitna, fejn il-kelma "differenza" tispiċċa u tidħol biss il-kelma diversità. Europride – Il-kisbiet kbar fl-ugwaljanza