Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379
10 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum opinjoni Ivan Castillo W ara li fl-1985 twaqqfet grain silo f 'Kordin b'viżjoni għall-ħazna tal-qamħ u ċere- ali, kemm għal-lokal kif ukoll għat-trasbord, il-Ministru Silvio Schembri ddeċieda li jonfoq €4 miljun mill-fondi pubbliċi biex jixtri pompa tas-silo ġdid. Dan jippompja inqas minn ta' qablu, wara li dan ma baqax jiffunzjona u baqa' mitluq għal erba' snin sħaħ, fost it-telf għall-kumpanija Grain Terminal ta' 3 miljuni ewro fit-trasbord. Dan mhux qed ngħidu jien, imma qalu l-Ministru stess waqt konferenza stampa li għamel f 'Ġunju tas-sena l-oħra. Fl-istqarrija tal-1 ta' Settembru, il- Partit Nazzjonalista qal li l-pompa tas-silo il-ġdid tat-terminal tal- qamħ jaħdem b'nofs il-kapaċità li kien jaħdem qabel għaliex għandu kapaċità ta' ppumpjar ta' nofs l-ammont tal-qamħ, jiġifieri ta' 600 tunnellata fis-siegħa. Dan kuntrarju għal dak li kien hemm qabel li kellu kapaċita' ta' 1100 tunnellata fis-siegħa. B'hekk, ifisser li l-operazzjonijiet fit-terminal qegħdin idumu d-doppju tal-ħin u bir-riżultat li jkollu effett negattiv fuq l-attrazzjoni ta' Malta fit- trasbord tal-qamħ. Hekk inħolqot sitwazzjoni fejn il-prezzijiet jistgħu jkunu instabbli u aktar għoljin. Għall-kuntrarju ta' li qal il- Ministru, il-pompa tas-silo il-ġdid mhux effiċjenti u mhux produttiva kemm kienet il-pompa tas-silo ta' qabilha. Dan peress li l-pompa l-ġdid jippompja 500 tunnellata inqas fis-siegha. Il-Ministru Silvio Schembri kkonferma dan hu stess fl-istqarrija ministerjali tiegħu b'risposta għall-istqarija tal-Partit Nazzjonalista Infatti fl-istqarrija tiegħu tal-1 ta' Settembru, il-Ministru Silvio Schembri qal li, "inutli jkollok krejn li jħott massimu ta' 1,100 tunnellata fis-siegħa biex imbagħad jinħattu vapuri b'medja ta' 3,000 tunellata"! Allura l-Ministru Schembri ma ndunax li hu, jew min kitiblu l-istqarrija, qiegħed imeri l-prinċipji bażiċi matematiċi, jiġifieri li vapuri b'medja ta' 3,000 tunellata u pompa tas-silo li jħott massimu ta' 1,100 tunnellata fis- siegħa idum inqas minn 3 siegħat biex jinħatt, filwaqt li bil- pompa tas-silo il-ġdid u li jħott massimu ta' 600 tunnellata fis-siegħa) idum 5 siegħat? Donnu l-Ministru Silvio Schembri nesa kif jaħdem somma sempliċi Matematika. Però mhux hekk biss qal. Araw x'qal ukoll. ''Billi l-krejn huwa ta' 600 tunnellata fis-siegħa ma jfissirx li ma jinħattux vapuri kbar bħal, per eżempju, vapur ta' 60,000 tunellata (Panemax)''. Mur obsor Ministru, anki jekk tħottu waħda waħda wkoll jinħatt! Madankollu, bil-pompa tas- silo li ghandna issa, l-operat se jdum id-doppju, filwaqt li l-firxa tal- pompa tas-silo il-ġdid hija ristretta. B'hekk pajjiżna ma jibqax attraenti għat-trasbord tal-qamħ u ċ-ċereali. Hawnhekk il-gvern qed juri biċ- ċar li m'għandux viżjoni għall-grain terminal fejn qed jillimita dan għal-lokal biss. Il-grain terminal huwa maħluq biex jattira x-xoghol tal-lokal kif ukoll tat-trasbord. Dan ifisser li dak li bnew fil-passat, dal- gvern qed ikissru. Dan ifisser ukoll li dan il-gvern, wara 18-il sena ta' avvanz teknoloġiku, irnexxielu jonfoq 4 miljuni u jinstalla pompa tas-silo li huwa inqas effiċjenti, inqas produttiv u aktar ristrett milli kien 18-il sena ilu! Ricentament, il-Ministru qal li nħadmu żewġ vapuri żgħar u li l-operazzjonijiet li saru fuq żewġ vapuri li nħattu kienu bla xkiel. Imma li ma qalx il-ministru kien li l-operat tal-vapuri ħadu d-doppju tal-ħin. Dan juri li għal darb'oħra l-Oppożizzjoni qalet il-verità filwaqt li dan il-gvern qed jiprova jgħaddi l-poplu biż-żmien. Għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista vera għandu għal qalbu dan is- settur u jarah essenzjali għal pajjiżna,. Konferma ta' dan narawh meta gvern Laburista dam erba' snin biex jibda jsewwi l-pompa tas-silo il-ġdid wara li ġabuh agħar min qabel. Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja l-ħaddiema kollha tal- Grain Terminal tax-xogħol siewi li jagħmlu. Dawn il-ħaddiema jixraqilhom l-aħjar għodda u makkinarji biex jaħdmu. Ta' min iffakar lill-Ministru Schembri li nesa li l-ħaddiema tax-xatt ukoll jaħdmu fuq il-vapuri tas-silo. Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lilhom ukoll tax- xoghol siewi li jagħmlu. Ta' min iffakkar lill-Ministru wkoll li dawn l-ħaddiema tax-xatt jitħallsu bit- tunnellaġġ u mhux bil-ħin. Dan iffiser li dawn il-ħaddiema qed jibqgħu maqbudin fuq il-vapuri d-doppju tal-ħin minħabba li l-Gvern Laburista investa f 'pompa tas-silo inqas effiċjenti mill-pompa tas silo ta' qablu. Infakkar ukoll li t-tarrifa tal- ħaddiema tax-xatt kif ukoll tal- foreman tax-xatt ilha ma tinbidel snin twal. Din biex tkun issussidjata mill-ħaddiema tax-xatt u l-foreman stess u ma jogħlewx il-prezzijiet taċ-ċereali u l-ġwies hawn Malta. Infakkar lill-Ministru li t-tarrifa nbidlet biss wara li l-pompa tas silo waqaf jaħdem u ntużat il-grappa meta l-pompa kien bil-ħsara u peress li l-operazzjonijiet damu aktar. Issa l-operazzjonijiet b'dan il- pompa tas-silo inqas produttiv qed jieħdu aktar minn dak tal- grappa. Alllura issa x'se jagħmel il-Ministru? Jerġa' jibdel ir-rati? Minn fejn se tiġi din l-ispiża? Jekk il-bastimenti jkunu rmiġġati għad- doppju biex jitgħabbew u jinħattu, kif taħseb li dan jagħmel lil Malta aktar attraenti għat-trasbord? Min se jagħmel tajjeb għall-ispiża tal-operat addizzjonali kemm tal- Grain Terminal kif ukoll għall- ħaddiema tax-xatt? U dan kif huwa aktar effiċjenti, aktar produttiv, u l-aktar avvanzat? Huwa ċar li dan il-gvern għeja jigverna dan il-pajjiż u ħalla kollox għal riħu. Jidher ċar meta stqarrija għall-istampa Ministerjali kkonfermat dak kollu li qal il- Partit Nazzjonalista. Il-Ministru Schembri nqabad waħdu; jew jgħid li nesa fejn jaqbillu jew li ma jafx jaħdem sempliċi somma matematika biex verament jinvesti fl-effiċjenza tal-istess terminal. Silvio Schembri jikkonferma li l-Gvern ta' Robert Abela m'għandux viżjoni għall-Kordin Grain Terminal Ivan Castillo huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għax-xogħol u Marittimu Il-ġimgħa l-oħra, rajna l-Ministru Silvio Schembri jinqbad f'paniku wara li ma kienx jafx kif kien jaħdem il-grain silo f 'Malta u l-uzu.