Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379
aħbarijiet 09 IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Il-konsumaturi se jkollhom aktar poter fuq tagħhom permezz ta' liġi ġdida Swieqi United fin-Niġerja l-potenzjal tad-data billi jagħti aktar aċċess għaliha u fl-istess waqt ineħħi ċerti ostakli għall- iżvilupp fi ħdan l-ekonomija tal- Unjoni Ewropea. Dan, jispjega Dingli, isir permezz ta' aċċess aktar miftuħ għall-konsumaturi fuq id-data tagħhom stess. "Pereżempju, ikkunsidra karozza b'sistema intelliġenti installata. Fil-passat, id-data ġġenerata minn tali karozza kienet tinġabar u tintuża esklussivament mill-manifattur tal-karozza. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tagħti lill-individwi u lin-negozji aktar kontroll fuq id-data tagħhom, u tippermettilhom jaqsmuha ma' fornituri oħra, bħal kumpaniji tal-assigurazzjoni, li jista' jwassal għal servizzi aktar personalizzati u jagħtu aktar valur lill-konsumatur," spjega Dingli. Apparti l-konsumaturi, Dingli nnota li n-negozji u l-korporazzjonijiet internazzjonali ġganti se jiġu wkoll affettwati minn din il- liġi. Huwa sostna li waħda mill-abbilitajiet li se jkollhom il-konsumaturi, huwa li jikkupjaw u jittrasferixxu d-data tagħhom b'mod faċli ħafna għal servizzi differenti. Għalhekk, għan-negozji dan ifisser li se jkollhom jadattaw sistemi tal- immaniġġjar tad-data tagħhom sabiex ikunu konformi ma' dawn il-ħtiġijiet ġodda. Apparti dan, Dingli tkellem dwar kif, "l-att fih miżuri biex jipprevjeni l-abbuż ta' żbilanċi," b'rabta ma' kif tipi maqsuma d-data. Dan minħabba l-fatt li mingħajr din il-liġi, id-data ta' prodott bħal kompjuter kienet tgħaddi għand il-manifattur, u b'hekk kien hemm żbilanċ b'rabta ma' min kellu l-aktar data. "L-Att jipprovdi wkoll gwida addizzjonali rigward il-kumpens raġonevoli tan-negozji biex jagħmlu d-dejta disponibbli, kif ukoll mekkaniżmi adegwati għas-soluzzjoni ta' diżgwidi," jinnota Dingli. Dan, skontu, jista' jwassal għal distribuzzjoni aktar ġusta tad-data. Eżempju ta' dan huwa "kumpanija tal-manifattura li tuża makkinarju industrijali intelliġenti issa se jkollha l-abbiltà li taqsam id-data ġġenerata minn dawn il-magni ma' fornituri ta' servizzi simili, li potenzjalment twassal għal produzzjoni aktar effiċjenti u spejjeż imnaqqsa." Dingli tkellem ukoll fuq l-impatt ta' din il-liġi fuq kull min jagħmel użu minn xi forma ta' teknoloġija moderna jew oħra. Innota li biex wieħed jifhem x'tista' tfisser għall- konsumaturi, jista' jerġa' jieħu l-eżempju tad-data tal-karozza. "Tali data, meta tingħaqad mad-data ta' diversi persuni oħra, tista' tgħin ukoll biex jiġu żviluppati jew imtejba servizzi diġitali oħra, bħal sistemi ta' maniġġjar tat-traffiku," jispjega Dingli. Apparti dan, huwa stqarr li meta negozji żgħar u medji jibdew jipparteċipaw f 'din "l-ekonomija tad-data," dan jista' jwassal għal prezzijiet aktar kompetittivi u servizzi aħjar għall-konsumaturi. "Pereżempju, kull min għandu prodotti konnessi bħal friġġ intelliġenti, jistgħu jagħżlu fornitur irħas ta' tiswija u manutenzjoni, li jibbenefika minn prezzijiet irħas fis-suq," temm jgħid Dingli. tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan