Illum previous editions

ILLUM 10 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum aħbarijiet Il-konsumaturi id-data tagħhom 14/09/2023 Transport Malta will be accepting offers per tow truck, for standby hours. An additional fee will be paid for each callout/tow. Additional towing may also be requested at the same additional fee. Fiż-żmien li ġej, kull individwu għandu l-leħen u s-setgħa li jiddeċiedi xi jsir mid-data tiegħu permezz ta' liġi li għaddiet mill-Unjoni Ewropea aktar kmieni dan is-sajf, magħrufa bħala l-Att tad-Data. Permezz tagħha, il-konsumaturi se jkollhom aktar setgħa dwar min għandu aċċess għad-data tagħhom, u din id-data tista' twassal għal prodotti aktar personalizzati, fost effetti oħra. Dwar din il-liġi li se taffettwa wkoll numru ta' kumpaniji kbar u anke negozji żgħar fi ħdan l-Unjoni Ewropea, l-ILLUM tkellmet ma' Alexiei Dingli, iċ-Chairman tal-Kumitat tat- Teknoloġija tan-Negozji fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ, li huwa wkoll professur tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan l-Università ta' Malta. Dingli spjega li l-Unjoni Ewropea ħasset il-bżonn ta' din il-liġi minħabba diversi fatturi, bl-ewwel wieħed ikun il-volum kbir ta' data li tiġi ġġenerata minn kull konsumatur u l-prodotti tagħhom li kulma jmur qed jiżdied b'mod esponenzjali. "Sfortunatament, il-biċċa l-kbira ta' din id-data tibqa' mhux użata jew tinġabar minn ftit kumpaniji kbar. Dan ħoloq sitwazzjoni fejn nuqqas ta' fiduċja, inċentivi ekonomiċi konfliġġenti, u ostakli teknoloġiċi jimpedixxu r-realizzazzjoni sħiħa tal- potenzjal tal-innovazzjoni," stqarr Dingli. Huwa nnota li din il-liġi se tisfrutta Liġi ġdida li għaddiet mill-Unjoni Ewropea se twassal għal aktar poter f'idejn il-konsumaturi b'rabta mad-data li jiġġeneraw. Alexiei Dingli spjega xi jfisser dan u kif permezz tal- liġi tista' titjieb l-esperjenza tagħna mat-teknoloġija moderna Alexiei Dingli huwa professur tal-Intelliġenza l-Università ta' Malta Zammit Lewis fost il-Maltin fil- Marokk waqt it-terrimot Id-Deputat Parlamentari Laburist u eks-Ministru tal- Ġustizzja Edward Zammit Lewis tkellem ma' din- il-gazzetta rigward esperjenza li kellu fil- Marokk it tal-jiem ilu. Dan fejn terrimot b'qawwa ta' 6.8 fuq l-iskala Richter heżżeż lill-Marokk il-ġimgħa filgħaxija, liema theżżiża nħasset għal numru ta' sekondi u ġabet ħerba fil- belt ta' Marakexx. L-awtoritajiet Marokkini jemmnu li mijiet ta' persuni nqatlu hekk kif bosta binjiet iġġarrfu mal-lejl. Fil-fatt, huwa maħsub li minn tal-inqas 632 persuna nqatlu u madwar 329 persuna weġġgħu skont il-Ministeru għall-Intern t a l - Marokk. Apparti dan, numru ta' karozzi fit-toroq 'il barra minn Marakexx spiċċaw imwaqqfin minħabba ġebel li spiċċa fit-triq, li wassal għal trafffiku kbir, u aktar problemi biex l-awtoritajiet jaslu fuq il-post u jsalvaw lil dawk maqbuda. Intant, Zammit Lewis ikkumenta li kien proprju f 'Marakexx it tal-jiem ilu. Huwa stqarr li numru ta' binjiet storiċi u anke lukandi raw ħsara kbira minħabba t-terrimot. Qal ukoll li huwa kkuntattja familja li jaf li kienu fiż-żona milquta, u dawn qalu li min-naħa tagħhom, huma jinsabu siguri. Zammit Lewis stqarr ukoll li huwa bħalissa jinsab f 'Tanġier fin-naħa l-oħra tal-pajjiż, u li jistenna li bosta turisti li kienu f 'Marakexx se jivvjaġġaw lejn Tanġier biex jitilqu mill- Marokk.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 September 2023