Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817
10 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • illum opinjoni Keith Azzopardi Tanti I r-riżultati ma jistgħux jiġu mkejla fuq kemm wieħed jagħmel kjass fuqhom, bi aħir jew eloġji sabiex juri x'qiegħed isir. Ir-riżultati jiġu mke- jla biż-żmien wara l-ħidma li tkun saret minn dawk kollha involuti. Ikun żball kbir jekk naħsbu jew nemmnu li r-riżultati jistgħu jidh- ru fil-beraħ f 'ħakka t'għajn għaliex xejn tajjeb ma jsir jekk ma jkunx hemm proġett maħsub għalih b'viżjoni fit-tul. Meta nisma' jew naqra artikli dwar kif mhemmx viżjoni għaż- żgħażagħ f 'pajjiżna, speċjalment minn min qatt ma ħadem jew poġġa liż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal- ħidma tiegħu, jaqbadni d-daħk. Meta nara esponenti politiċi li jpoġġu liż-żgħażagħ fiċ-ċentru ta' kontroversja u jagħmluhom ballun politiku fejn jisfruttawhom sabiex jiksbu s-simpatija tan-nies u jiksbu l-voti, jaqbadni l-biki. Dan juri biss kemm min jitkellem b'dan il-mod mhuwiex isegwi dak kollu li għaddej f 'Malta fejn jidħlu ż-żgħażagħ. Il-Partit Laburista minn dejjem kien fuq quddiem fejn jidħlu ż-żgħażagħ. Mit-twaqqif tiegħu dejjem emmen li ż-żgħażagħ huma l-pijunieri tal-bidla u li kapaċi jagħtu nifs ġdid lill-pajjiż. Dan li qiegħed ngħid jidher ċar mill-mexxejja li l-Partit kellu tul iż-żmien tiegħu, b'bosta minnhom jiġu eletti kapijiet ta' età żgħira. Għaliex? Għaliex il-progress jista' jsir biss jekk wieħed iwarrab dak kollu li jżommu lura b'mentalità tradizzjonali sabiex jagħmel spazju għal dak li hu ġdid. Il-bidla ġġib il-progress, u l-progress iġib ir- riżultati. Ir-riżultati jistgħu jitkejlu biss b'viżjoni fit-tul. Ma jfissirx li żbalji ma jsirux tul it-triq, iżda li wieħed jitgħallem minn dawk l-iżbalji sabiex ikompli jimxi 'l quddiem. Hekk ġara u qiegħed jipri f 'pajjiżna bħalissa. Il-Gvern qiegħed hemm b'viżjoni ewlenija li jkompli jtejjeb il-qagħda f 'Malta għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin. Żbalji saru u jibqgħu jsiru, iżda dawn li jpoġġuna f 'pożizzjoni aktar komda sabiex nitgħallmu minnhom, inbiddlu d-direzzjoni jekk ma tkunx waħda tajba, u nkomplu nħarsu 'l quddiem. Sabiex inwettqu dan kollu qegħdin inpoġġu liż-żgħażagħ fiċ- ċentru tal-viżjoni progressiva ta' pajjiżna. Tant hu hekk li l-Gvern ħareġ bil-proposta ta' Forum Konsultattiv taż-Żgħażagħ li se jibda jopera fi żmien qarib. Forum li se jkollu l-kapaċità li jisma' l-vuċi taż-żgħażagħ u jħeġġiġhom sabiex ikunu involuti aktar fil-politika u t-tmexxija ta' pajjiżna. B'dan il-Forum, iż-żgħażagħ se jkunu f 'pożizzjoni ideali sabiex ikunu pijunieri tal-bidla u tal-viżjoni tal- pajjiż, b'kuntatt dirett mal-Prim Ministru li se jkun qiegħed jokkupa l-kariga ta' Chairman tal-istess Forum. Ma nistax insemmi liż-żgħażagħ u ma nagħmilx aċċenn għall- Aġenzija li ilha tieħu ħsieb l-isfera żagħżugħa għal dawn l-aħħar għaxar snin, Aġenzija Żgħażagħ. Din l-Aġenzija kibret mhux it mit-twaqqif tagħha. Taħt it- tmexxija għaqlija tal-Kap Eżekuttiv Miriam Teuma li qiegħda twettaq xogħol impekkabbli, l-Aġenzija rnexxielha tgħin diversi żgħażagħ, għaqdiet u entitajiet, sabiex ikomplu jwettqu x-xogħol tagħhom fil-komunità. Kull min kien jew hu involut mal-Aġenzija Żgħażagħ jista' jixhed l-impenn u d-dedikazzjoni li l-ħaddiema għandhom għax-xogħol tagħhom, bil-għan li jkomplu jgħinu liż- żgħażagħ ikollhom parti attiva fil- pajjiż. Forsi l-ġid li jsir miż-żgħażagħ ma tantx jidher, iżda jintħass mhux it l-effett tiegħu. Minn sempliċiment għaqdiet volontarji bħal dawk tal-festa, reliġjużi, filantropiċi, u oħrajn li jagħtu servizz komunitarju, wieħed jista' jara l-importanza li għandhom f 'pajjiżna. Jekk wieħed ma japprezzax jew jiċħad dan il- fatt, ikun qiegħed juri kemm huwa għami mir-realtà li teżisti f 'pajjiżna, u kemm m'għandux fiduċja fiż-żgħażagħ tagħna u l-ħidma taħghom. Nistieden lil kull min jixtieq jagħti aktar leħen u importanza liż-żgħażagħ sabiex minflok ifittex il-ħażin li jista' jkun hemm, isib soluzzjonijiet pożittivi sabiex in- negattiv inbiddluh favur tagħna. Iż-żgħażagħ tawna u għad jagħtu ħafna lill-pajjiżna, u grazzi għalihom li nistgħu nserrħu rasna għall-futur sabiħ. Infakkar imma li r-riżultati ma jiġux bid-daqq tat- trombi, iżda billi wieħed ixammar il-kmiem u jaħdem sabiex iwitti t-triq għas-suċċess. Biż-żmien, ir- riżultati jitkellmu weħidhom. Ir-riżultati ma jiġux bid-daqq tat-trombi Keith Azzopardi Tanti huwa s-Segretarju Parlamentari taż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni Ir-riżultati jistgħu jitkejlu biss b'viżjoni fit-tul. Ma jfissirx li żbalji ma jsirux tul it-triq, iżda li wieħed jitgħallem minn dawk l-iżbalji sabiex ikompli jimxi 'l quddiem