Illum previous editions

ILLUM 17 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

aħbarijiet 09 IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Swieqi United fin-Niġerja Il-Parlamentari l-ġodda. JULIE ZAHRA 1. X'ħajrek tidħol għall- politika u xi tfisser il-politika għalik? Dejjem kelli interess fil- politika. Dan l-interess kompla jikber meta kont qiegħda nistudja s-soċjoloġija u l-filosofija l-Universita' iżda dak iż-żmien il-ħajja ħaditni f 'karriera differenti. Wara li kont għamilt żmien ngħix u naħdem barra minn Malta, filwaqt li bqajt insegwi b'interess kbir il- politika Maltija, iddeċidejt li kont wasalt f 'punt f 'ħajti fejn ridt nikkontribwixxi b'mod dirett fil-politika. Kienu diversi dawk li kienu jinkoraġġuni u wara ħafna ħsieb ressaqt ismi bħala kandidata m a l - P a r t i t N a z z j o n a l i s t a . Ngħid ħafna ħsieb għaliex kont konxja li l-politika hi missjoni, u mhux k a r r i e r a kwalunkwe. Missjoni fejn tagħti servizz lin-nies, fejn tifhem u tisma' u tagħti kontribut kemm għall-kwalita' ta' ħajja aħjar għal dawn il-persuni kif ukoll għall- pajjiżna. Fil-politika wieħed jitgħallem ta' kuljum, għax huma n-nies li jgħallmuk fuq l-aspirazzjonijiet u l-bżonnijiet tagħhom. 2. Kif issib il-bilanċ bejn il-karriera politika u l-ħajja personali? Din mhix ħaġa faċli. Il-ħajja personali tinbidel, u l-karriera politika tieħu ħafna mill-ħin tal-ġurnata. Fil-każ tiegħi, it-tifla għadha żgħira u għalhekk għandi wkoll l - o b b l i g u u d-dmir li ntiha l - ħ i n t a g ħ h a u k o l l . Allura li tippjana h u fundamentali, u naturalment bl-għajnuna ta' persuni viċin tiegħi jagħmlu dan kollu ftit aħjar. Ġurnata fil-politika hi twila u xi kultant ikollok tbiddel u ddawwar kollox minħabba neċessitajiet jew laqgħat li jseħħu minn ħin għal ħin. Jien inħobb inqatta' ħafna ħin f 'kuntatt man nies. U għalhekk dan ta' spiss ifisser li niltaqa' ma' persuni mingħajr ma tkun pjanata. Iżda dan hu s-sabiħ tal-politika wkoll u dak li jtini l-motivazzjoni ta' kuljum. Jiena persuna metikoluża u allura li nippjana huwa mportanti biex inkun nista' nwettaq dak li nkun irrid nilħaq matul il-ġurnata, bejn id-doveri Parlamentari, l-appuntamenti, il-laqgħat man-nies, it- telefonati, il-familja u x-xogħol tad-dar. Fuq kollox nemmen fil- bilanċ, u s'issa dejjem irnexxieli nsibu. 3. F'xogħolok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar? Jinteressawni ħafna aspetti. L-ambjent, is-saħħa mentali, l-edukazzjoni, it-turiżmu u oħrajn. Naturalment, d-dekasteru li jien naħdem fuqu bħala l-kelliema tal-arti, l-kultura, wirt nazzjonali u l-industrija tal-films, huma lkoll suġġetti għal qalbi u nagħti kemm nagħti qatt mhu biżżejjed. Peress li jien kont u għadni immiss b'mod dirett il- kamp artistiku allura dak jgħinni fil-ħsibijiet u d-deċiżjonijet tiegħi u għandi ideat għal dawn is-setturi. Jiena għandi l-professjoni ta' għalliema, u allura kif spiss tkellimt, kemm fill- u barra l-Parlament, l-edukazzjoni hija l-bażi ta' kollox u allura nemmen li kollox irid jibda min hemm. I s-saħħa mentali hi suġġett għal qalbi u kont voċifera fuqha, għaliex nemmen li s-saħħa tal-bniedem hija ħolistika u rridu naħdmu fejn tidħol din, u nittama li pajjiżna qiegħed isir aktar konxju fuq dan il-bżonn. 4. Rigward il-wirt kulturali, tkellimt diversi drabi dwar elementi li jagħmlu ħsara jew anke jgħeddu dan il-wirt. Fi it kliem tista' tispjega kif dan qiegħed isir? Il-wirt kulturali huwa dak li jagħtina l-identita' tagħna bħala Maltin u Għawdxin u għalhekk huwa importanti li nissalvalgwardajaw dak li għandna sabiex ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna. F'pajjiżna jeħtieġ jinstab bilanċ qabel ma nħarsu lura u nirrealiżżaw li kien tard wisq. Nemmen li huwa importanti li nieħdu ħsieb il-karatteristiċi fl- irħula u l-ibliet tagħna, u nimu kemm hi importanti li l-estetika tal-bini ġdid tikkumplimenta l-qadim. Anki hawn, l-edukazzjoni hi fundamentali biex nedukaw u nramwu il-ġenerazzjonijiet li telgħin jimu u japprezzaw l-istorja ta' pajjiżna u biex iħossuhom kburin bl-identita' tagħhom bħala poplu Malti u Għawdxi. Il-lingwa Maltija hija waħda mill-aspetti li rridu nieħdu ħsieb, għaliex il-lingwa hija aspett li jagħtina identita' unika bħala pajjiż u għandna nkunu kburin biha. 5. X'tikkummenta dwar ċertu botti lejk b'rabta mal-karriera mużikali tiegħek, u dawn il- botti x'jgħidu fuq l-istat tal-arti f 'pajjiżna? Nitbissem. La tkun persuna pubblika trid taċċetta li dak li tagħmel jew tgħid iġib reazzjonijiet differenti. Dan normali f 'soċjeta' diversa fejn hemm diversi opinjonijiet. Dan ukoll hu l-aspett ta' demokrazija. Naturalment, ikun hemm kummenti li, anki f 'każijiet oħra, jaqbżu ċertu diċenza, u dan hu l-fenomenu tas-midja soċjali fejn persuni jħossuhom li jistgħu jgħidu li jridu u kif iridu. U dan japplika mhux biss għalija, iżda għal kull persuna pubblika, partikolarment aħna l-politiċi. Li tikkumenta hu tajjeb, iżda nemmen li rridu nkunu aktar kostruttivi lejn xulxin, u nirrispettaw il-valuri ta' xulxin ukoll. Jiena kburija li jiena artista, li ħdimt u stinkajt f 'dan il- qasam, li rrapreżentajt lil Malta fil-Eurovision Song u f 'diversi okkażżjonijet oħra. L-artist huwa persuna importanti għas-soċjeta' għaliex artist dejjem kien hemm biex iġiegħel wieħed jaħseb permezz tax-xogħol tiegħu. L-arti mhiex biss rilassament jew biex tferraħ, iżda hi messaġġ soċjali wkoll. Għalhekk għandna nuru l-apprezzament tagħna lil kull min qiegħed fis-settur u mhux nużawh fejn ikun hemm bżonn biss. Għalhekk nappella lil kull artist u lil kull min jitħajjar għal din il-karriera biex ma jaqtax qalbu u l-ħolma tiegħu jew tagħha iwettaqha. Lili żgur li ser isibuni ta' sostenn, inkoraġġiment u għajnuna. 6. Tappella lil iktar artisti jibdew karriera fil-politika? Ma naħsibx li din hi kwistjoni li iktar artisti jibdew karriera fil-politika, iżda li kull persuna li tħoss li tista' tagħti kontribut lil pajjiżha, tkun ġejja minn kwalunkwe qasam, tagħmel dan. Sfortunatament dak li seħħ fil-politika mill-gvern preżenti, fejn nisimgħu bi skandlu politiku kuljum, biegħed lil nies mill-politika. Iżda l-politika m'għandiex tkun hekk għaliex l-iskop tagħha hu ferm aktar nobbli. Il-politika għandha tkun magħmula minn nies li ġejjin minn oqsma u professjonijiet differenti, irrelevanti minn liema ideoloġija jew twemmin politiku wieħed iħaddan. Għalhekk inħeġġeġ lil kull persuna biex jieħdu interess fil-politika għax wara kollox huwa fid-dmir ta' kulħadd li jkun parteċipi fid- diskussjoni, ħsieb u deċiżjonijiet nazzjonali li nieħdu aħna l-politiċi. Għalliema, artista u omm; Zahra titkellem dwar l-imħabba lejn il-politika, l-imporanza tal-wirt kulturali, u l-valur soċjali tal-artist, fost oħrajn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 September 2023