Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817
SHABAN BEN TAHER Għalkemm ir-riformi li saru L-inċentivi li kienet qed toffri Ċipru fis-settur tal-produzzjoni tal-films kienu paripassu ma' dawk Maltin, b'40% tal-ispiża totali tal-produzzjoni. Issa, Ċipru qed joffri incentive għola. Minkejja dan, in-nefqa ta' miljin ewro minn Ċipru kienet ferm iżgħar minn dik ta' Malta, li tqarreb il-€144 miljun, b'nefq annwali li qed ikun għola minn dak allokat lill-Kummissjoni Maltija tal-Films. Il-Ministru tal-Finanzi ta' Ċipru Makis Keravnos ħabbar li l-Gvern Ċiprijott se jkun qed jgħolli r-rata tal-inċentivi ta' flus mogħtija lura lil min jiġbed produzzjonijiet ta' films ġewwa l-pajjiż minn 40% għal 45%. Għall-kuntrast, Malta attwalment toffri l-istess incentivi fuq rata ta' 40%. Dan filwaqt li ħabbar li dan il-programm, il-programm Olivewood, li jservi bħala incentiva sabiex aktar produzzjonijiet barranin jinġibdu fil-pajjiż, se jkompli għal tliet snin oħra. Keravnos żied ukoll li meta ġiet eżaminata d-data li nġabret b'rabta ma' da nil-programm, instab li kien hemm numru sinifikanti ta' benefiċċji, fosthom li għoliet ir-rata ta' nies li huma impjegati f 'dan is-settur. Finanzjarjament, il-Gvern Ċiprijott kellu nefqa totali ta' miljun ewro, u daħħal lura €5.5 miljuni. Dan hekk kif l-aġenzija tal-investiment nazzjonali Invest Cyprus kienet bdiet tippromovi dan il-programm lura fl- 2019, kemm sabiex tattratta produzzjonijiet barranin, kif ukoll sabiex tgħin produzzjonijiet lokali. Sabiex waslu għal dawn il-figuri, kienet inkarigata kumpanija tal-awditjar esterna, "li jagħmlu analiżi tal-operazzjonijiet kollha." Minn naħa l-oħra, huwa rrappurtat li Kummissjoni Maltija tal-Films nefqet somma ferm akbar tul perjodu simili. Bejn l-2018 u l-2023, in-nefqa totali tagħha kienet ta' €144 miljun. Ħafna lmentaw kif dan huwa ammont enormi, hekk kif €14- il miljun biss kien allokat lill- Kummissjoni għas-sena 2023, figura li tidher li inqabżet sew. Barra minn hekk, ħafna lmentaw ukoll kif il-Kummissjoni mhix tagħmel biżżejjed sabiex tgħin produzzjonijiet lokali. Infatti, €7 miljun biss minn dawn intefqu favur benefiċċjajri lokali. Għadu mhux magħruf kemm daħħal lura flus il-Gvern Malti minn dan l-infiq. Huwa kemmxejn diffiċli li wieħed jagħti stima, għax dan ma jkunx dħul tanġibli, iżda bbażat fuq kemm ġew iġġenerati flus fl-ekonomija permezz ta' varjetà ta' elementi fost xogħlijiet. Madankollu aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) laqa' t-talba sabiex in-nefqa tal-Kummissjoni tkun investigata minnu. 08 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • illum aħbarijiet Biex tirriserva post ibgħat id-dettalji tiegħek fuq budget.mfe@gov.mt finanzi Tnedija tad-Dokument ta' Konsultazzjoni ta' qabel il-Budget 2024 Nhar l-Erbgħa 27 ta' Settembru 2023 fit-8.30am Xara Lodge, Rabat Ċipru b'rata ta' incentiva għola minn Malta fl- industija tal-Films Madankollu, kellha nefqa ta' 144 darba inqas minn Malta meta kienet qed topera bl-istess rata