Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508266
08 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' SETTEMBRU 2023 • illum aħbarijiet Malta b'rebħa kontra l-Latvja SHABAN BEN TAHER It-tim nazzjonali Malti tan- Nisa kellu debutt memorabbli fin-Nations League, hekk kif beda l-kampjonat b'rebħa ta' 1-0 kontra l-Latvja. Il- logħba ntlagħbet il-Ġimgħa 22 ta' Settembru f 'Jurmala, u kienet immexxija mir-referee Belġjana Jana Van Leare. Bdew għall-Latvja: E. Vaivode, S. Garanca, A. Flakse, A. Rocane, P. Linina, V. Zaicikova, A. Gornela, D. Suvitra, K. Miksone, O. Sevcova, A. Poluhovica Bdew għal Malta: J. Xuereb, A.M. Said, E. Lipman, C. Zammit, E. Xuereb, R. Cuschieri, N. Sciberras, S. Zammit, M. Farrugia, H. Bugeja, R. Giusti It-tim Malti ħareġ bi grinta u seta' ħa l-vantaġġ kmieni, hekk kif xutt ta' Shona Zammit fis- seba' minuta wara li għamlet ġirja fl-ispazzju ġie milqugħ mill-goalkeeper oppost. Il-Latvja ġew viċin li jmorru fil-vantaġġ it minuti wara, meta xutt mill-viċin ta' Zaikcikova rrikjeda save brillanti minn Janice Xuereb sabiex tinżamm il-parita. Minn hemm, it-tim Malti deher xi it inferjuri ħdejn l-oppożizzjoni, b'Zaikcikova u Miksone jkunu perikolużi diversi drabi. Madankollu, it- timijiet daħlu għall-ħin tal- mistrieħ bl-iskor ta' 0-0. Mat-tisfira li indikat il-bidu tat-tieni taqsima, il-Latvja reġgħu bdew bir-ritmu li spiċċaw bih. Fis-57 minuta, kellhom jieħdu l-vantaġġ meta xutt ta' Sevcova għeleb għalkollox lil Xuereb iżda ħabbar mal-lasta. L-ewwel ċans tajjeb ta' Malta ġie fil-71 minuta, meta Emma Xuereb sabet lill-attakkanta ta' Inter Haley Bugeja, iżda x-xutt ta' Bugeja mar barra minn it metri bogħod. Fis-76 minuta, Xuereb reġgħet kienet impenjata minn xutt ta' Sevcova, iżda irnexxielha żżomm it-tim tagħha milli jmur minn taħt. It-tim Malti skurja l-gowl tar-rebħa fit-83 minuta, meta kross ta' Rachel Cuschieri sab lil Haley Bugeja, li din id-darba ma ħafrithiex lill-oppożizzjoni u tefgħet il-ballun fix-xibka. Malta b'rata Tibdiliet fir-regolamenti tal-MFA Ir-regolamenti tal- kumpens tat-taħriġ tal-MFA esperjenzaw tibdil, fejn issa tim m'hu se jkun intitolat l-ebda kumpens jekk plejer li tħarreġ miegħu meta kien iżgħar jiffirma kuntratt professjonali wara li jagħlaq 26 sena. Sabiex tikkumpensa l-klabbs li jkunu ħarrġu plejer tul iż- żgħożija tiegħu, l-MFA għandha mekkaniżmu ta' kumpens, fejn meta plejer jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma' klabb, il-klabbs kollha li jkun tħarreġ magħhom bejn l-etajiet ta' 12 u 21 sena jkunu intitolati għal kumpens mill-klabb li jkun iffirma l-kuntratt miegħu. L-ammont ta' kumpens ivarja, b'klabbs f 'livelli aktar baxxi entitolati għal ammonti akbar, filwaqt li klabbs f 'livelli għoljin obbligatu li jħallsu aktar ukoll. Din id-deċiżjoni kienet milqugħa mill-Malta Football Players' Association (MFPA), li kienet ilha tissielet sabiex tidħol fis-seħħ. Dan minħabba li, qabel l-emendi, il-kumpens kien ikun obbligat anke jekk plejer jingħata kuntratt professjonali għall-ewwel darba meta jkun viċin li jirtira. Dan il-kumpens sikwit jostakola li plejer jingħata kuntratt, minħabba li klabb ikollu jħallas eluf lill-klabbs li jkunu ħarrġuħ, jew inkella jitlef iċ-ċans li jirċievi eluf hu f 'każ li jkun tħarreġ mal-klabb stess. Meta plejer ikun mingħajr kuntratt, dan ma jkollux dritt għal paga u ma jkunx protett jekk dan iweġġa'. Issa, ir-regolamenti tal-MFA ġew aktar viċin dawk tal-FIFA, li jgħidu li l-kumpens għat- tħarriġ huwa dovut biss jekk il- plejer jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali qabel jagħlaq 23 sena.