Illum previous editions

ILLUM 5 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510992

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' NOVEMBRU 2023 • illum aħbarijiet AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt. Prijorità 3: PO 4 - Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali RSO4.6 – It-tisħiħ tal-irwol tal-kultura u t-turiżmu sostenibbli fl-iżvilupp ekonomiku, l-in- klużjoni soċjali u l-innovazzjoni soċjali (FEŻR) Din is-sejħa ser tkun miftuħa għal Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet tas-Settur Pubbliku u ser tiffoka speċifikament fuq il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u servizzi kulturali. Is-sejħa se tagħlaq fis-16 ta' Frar 2024, f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti għall-proġetti u d-dokumentazz- joni ta' appoġġ huma disponibbli fuq h ps://fondi.eu/what-funding-is-available/. Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġ- jonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Linji Gwida tal-Eliġibilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall-proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll sejħiet oħra, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku h ps:// fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser ġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar il-Ġimgħa, 12 ta' Jannar fl-14:30, fl-uffiċini tas- Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valle a. Għal aktar de alji żur is-sit ele roniku indikat hawn fuq li jinkludi wkoll id-dokumentazzjoni kollha relatata mas-sejħa Miċħuda talba biex isir gwardjan privat wara li kien wettaq diversi reati Raġel li kien nstab ħati li wettaq diversi reati, fosthom serq aggravat bil-vjolenza, diversi snin ilu tilef appell minn sentenza tat-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva rigward deċiżjoni tal- Kummissarju tal-Pulizija li kien irriutalu applikazzjoni għal liċenzja ta' gwardjan privat. Fir-rikors tal-appell li ressaq quddiem it-Tribunal, Fenech spjega li huwa kien applika għal liċenzja ta' gwardjan privat fis-sena 2022, iżda din kienet ġiet miċħuda fi-Frar ta din is-sena. Ir-raġuni mogħtija għaċ-ċaħda kienet għaliex hu kien ikkommetta reat fis-sena 2007. Fl-ittra ta'riut, il-Kummissarju tal-Pulizija kien infurmah li peress li jirriżulta li Fenech kien instab ħati ta' delitt kontra l-proprjetà, aggravat bl- ammont, permezz ta' sentenza tal- Qorti tal-Maġistrati, l-applikazzjoni tiegħu kienet qiegħda tiġi riutata. Fenech saħaq li bejn dak ir-reat u l-ġurnata li fiha applika għal-liċenzja ta' gwardjan privat, kien għadda ħafna żmien, u minn dakinhar 'il quddiem huwa qatt ma kkommetta reat ieħor. Hu spjega li kien applika għal liċenzja ta' gwardjan sabiex ikun jista' jtejjeb il-pożizzjoni tax-xogħol tiegħu billi jagħmel xogħol part- time u żied jgħid li huwa qatt aktar ma kellu problemi mal-ġustizzja wara dak l-episodju tal-2007. Agumenta li mhuwiex raġonevoli li bniedem li jkun ikkommetta reat meta jkun għadu tifel, jibqa' jbati l-konsegwenzi ta' dak id-delitt matul ħajtu kollha, u li din hija riflessa anke f 'l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta li tippermetti li l-kondotta toħroġ netta, sabiex dan ma jkollux tfixkil meta jiġi biex isib xogħol. Fenech qal li però f 'każijiet ta' din ix-xorta l-Kummissarju tal- Pulizija għandu aċċess għall-fedina penali tiegħu, u l-benefiċċju konċess mill-Ordinanza ġie imxejjen, bi preġudizzju għalih meta jiġi biex isib impjieg "minħabba f 'inċident li jmur lura ħafna snin." Iżda fir-risposta tiegħu, l-Kummissarju spjega li Fenech kien instab ħati li wettaq diversi reati matul is-snin, fosthom li ikkommetta serq ikkwalifikat bil-vjolenza, u bil-valur fit-28 ta' Settembru, 2007. Iżda mhux biss. Minbarra din- kundanna, Fenech kien instab ħati wkoll li fis-sena 2009 kien ħebb għal persuna, li fis-sena 2011 evada t-taxxa, u li fl-2012 kien inġurja jew hedded jew għamel offiża fuq il-persuna ta' kuntistabbli waqt ix- xogħol tiegħu. Dawn ir-reati jinsabu kollha elenkati fil-fedina penali ta Fenech, spjega l-Kummissarju, li żied jgħid li wieħed mir-reati mwettqa mir-rikorrent jikkostitwixxi delitt kontra l-proprjetà, aggravat b'l- ammont jew bil-vjolenza u li għalhekk kien ikkonsidra li dan ir-reat mhux kompatibbli mal- mestjier ta' gwardjan privat, għaliex dan ix-xogħol jirrikjedi kondotta eżemplari u mhux li jagħmel atti li suppost qiegħed jipprevjeni hu stess bħala gwardjan privat. Lanqas ma kellu triq oħra, qal li Kummissarju, għaliex il-liġi tobligaħ li jirriuta li joħroġ jew iġedded liċenzja f 'każijiet bħal dawn. Żied jgħid ukoll li ċ-ċaħda tal-applikazzjoni ma tfissirx li r-rikorrent huwa prekluż milli jagħmel kull tip ta' xogħol, iżda biss li ma jistax jagħmel xogħol ta' gwardjan privat. Fil-kontro-eżami ta Fenech quddiem it-Tribunal, dan kien ġie mistoqsi jekk hux minnu li fis-sena 2009 huwa kien ħebb għal persuna, li fl-2011 instab ħati li evada t-taxxa u li fl-2012 kien inġurja jew hedded kuntistabbli tal-Pulizija. Għal dawn id-domandi, Fenech kien wieġeb li ma jiakarx. It-Tribunal ma laqgħatx it-talbiet ta-Fenech, li sussegwentament ressaq l-appell tiegħu minn din is- sentenza fl-14 ta' Marzu, 2023 u argumenta li it-Tribunal ma kienx għamel stħarriġ ġudizzjarju dwar il-kunċett ta' dak li huwa raġonevoli. Huwa argumenta li r-reat addebitat lilu sar għoxrin sena ilu, u għalhekk ma jagħmilx sens li huwa jibqa' jbati tali konsegwenzi għal dawn is-snin kollha u matul il-bqija ta' ħajtu. Fir-risposta tal-appell, il- Kummissarju qal li l-leġislatur ried li persuni li jkunu nstabu ħatja ta' delitt kontra l-proprjetà, aggravat bl-ammont, m'għandhomx jitħallew jagħmlu xogħol ta' gwardjan privat, u dan minħabba n-natura sensittiva ta' dan ix-xogħol. Bħala Kummissarju tal-Pulizija hu kellu dmir li jiċħad l-applikazzjoni ta' Fenech sabiex jaġixxi f 'l-interess ġenerali, kompla jgħid l-appellat, u żied li d-deċiżjoni tiegħu tant kienet waħda raġonevoli, li mill- fedina penali tal-appellant jirriżulta li dan ma kienx tgħallem mill-iżbalji tiegħu, u saħansitra kien nstab ħati ta' reati oħrajn wara l-2009. Lanqas ma ġab prova li b'xi mod huwa kien irriforma ruħhu Fid-deċiżjoni tiegħu, l-imħallef Lawrence Mintoff ma sab xejn x'jikkritika fid-deċiżjoni tat- Tribunal. L-imħallef qies li huwa "raġonevoli u mistenni, li persuna li tinstab ħatja ta' reat ta' serq ikkwalifikat bil-vjolenza, ma tingħatax liċenzja biex taħdem bħala gwardjan privat, meta wieħed jikkunsidra l-livell għoli ta' responsabbilità li persuni li jikkwalifikaw għal din illiċenzja jridu jġorru fil-qadi ta' dmirijiethom." "Il-Qorti tinsab moralment konvinta li l-appellant tassew kien ingħata sentenza sospiża għar-reat ta' serq aggravat bil-vjolenza, hekk kif jirriżulta mill-kopja, anki jekk informali, tas-sentenza esebita. Il- Qorti ma tistax tiem għal liema raġuni l-appellant stenna proprju sa dan l-istadju tal-proċeduri sabiex iqanqal dubju dwar jekk huwiex l-istess persuna msemmija fil-kopja tas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati esebita… meta l-fatti spjegati fis- sentenza esebita jaqblu perfettament mal-mod kif l-appellant iddeskriva li seħħet is-serqa waqt id-depożizzjoni tiegħu quddiem it-Tribunal." Għaldaqstant, il-Qorti ċaħdet l-appell, u ikkonfermat s-sentenza appellata fl-intier tagħha, b' l-ispejjeż tal-appell jitħallsu mill-appellant, Fenech.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 November 2023