MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 • illum GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU ◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €270,000,000 fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa MALTA GOVERNMENT STOCKS STOCK TAL-GVERN Il-prezz għal kull Stock elenkat f' (i) u (ii) li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal- pubbliku għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, il-15 ta' Frar 2024 u jkun ibbażat bejn wieħed u ieħor fuq il- prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mid-Dipartiment tal- Informazzjoni (DOI). _______ Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €270,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks: Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €130,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill- ammont offrut. Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks li qegħdin jiġu offruti, jiftħu it-Tnejn, id-19 ta' Frar 2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, il-21 ta' Frar 2024. Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, it-23 ta' Frar 2024 u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid- diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt mill- Ġimgħa, is-16 ta' Frar 2024. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e- mail fl-indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni. (i) 3.15% Stock tal-Gvern ta' Malta (VII) li jimmatura fl-2027; u (ii) 3.35% Stock tal-Gvern ta' Malta (V) li jimmatura fl-2029. IKOMPLI MINN PAĠNA 1 L-aġenzija kienet qed twieġeb għall-mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM b'rabta ma' filmati li ċċirkolaw fuq il-media soċjali it tal-jiem ilu. Ikkonfermat li qed tagħmel investigazzjonijiet interni, apparti dawk li diġà qed isiru mill- Kummissjoni tal-Benesseri tal- Annimali. Snoops, kelb abjad b'marki suwed, kien instab ferut mimli ċomb, sparati minn arma tan-nar. Huwa kien it-tieni kelb li nstab f 'din il-qagħda, f 'inqas minn ħmistax-il ġurnata. Il-filmat, li ġera fuq il- pjattaformi soċjali, juru żewġ uffiċjali tad-Direttorat għall- Ħarsien tal-Annimali jużaw arblu tal-qbid fuq il-kelb ferut. Aktar tard jidher b'saqajh marbutin u għonqu mgħannaq b'ħabel. B'risposta għaliex l-operazzjoni twettqet b'tali mod fuq kelb imweġġa' u muġugħ, id-Direttorat spjega li l-uffiċjali kollha minn żmien għal żmien, jerġgħu jingħataw taħriġ skont kif mitlub minnhom fir-riforma tad- Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. L-ewwel kelb ferut, dam ġurnata biex inġabar Sorsi qalu lill-gazzetta ILLUM li fil-każ tal-ewwel kelb, vittma wkoll ta' sparatura, il-kelb dam iktar minn ġurnata biex inġabar. Mistoqsija dwar dan, id- Direttorat qal li inizjalment daħal rapport fit-18 ta' Jannar fuq kelb miżmum f 'kundizzjonijiet ħżiena u li kien jinsab fi propjetà ta' terzi. "Dan il-każ ma kienx irrappurtat bħala każ ta' salvataġġ ta' annimal li hu ferut," id-Direttorat qal. Id-Direttorat spjega li Bobby imbagħad kien tneħħa mid-dar jum wara li saret l-ispezzjoni, filwaqt li l-investigazzjonijiet fuq il-każ għadhom għaddejjin ukoll. 'Il-filmat juri biċ-ċar li l-uffiċjali m'għandhomx taħriġ' – Alison Bezzina Titkellem mal-ILLUM, il- Kummissarju tal-Benesseri tal- Annimali Alison Bezzina, qalet li "mill-filmat jidher biċ-ċar li l-uffiċjali għandhom nuqqas ta' esperjenza u ta' taħriġ." Meta mistoqsija dwar x'hemm bżonn isir biex każijiet bħal dawn ma jseħħux, jew tal-inqas jitnaqqsu, Bezzina sostniet li bħala Kummissarju ilha tagħfas fuq direttivi għal riżorsi umani aħjar fid-Direttorat għall-Ħarsien tal- Annimali. Hija kompliet tispjega li qed tinvestiga l-każ sabiex tikseb aktar dettall tas-sitwazzjoni u għaliex l-operazzjoni tmexxiet b'tali mod. Bezzina kompliet tgħid li dan il- filmat jixħet stampa kerha, u huwa għalhekk li ssir investigazzjoni sabiex tiniehem aktar x'kienet is-sitwazzjoni waqt l-operazzjoni tas-salvataġġ u mid-dettalji tal-każ ikunu jistgħu jinħarġu l-konklużjonijiet neċessarji. 'L-uffiċjali m'għandhomx taħriġ' – Alison Bezzina Bobby kien dam iktar minn ġurnata biex inġabar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024