Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724
02 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • illum TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Taurus għalik l-istess Taurus se jagħtik iċ-ċans sabiex bir- ritmu tiegħek tkun tista' tanalizza aħjar il-karriera tiegħek, kif qed titkattar , u tkun dejjem iffokkat. Taurus huma magħrufin għall-abbilita' organizzata tagħhom. Namaste. CANCER (IL-QABRU) MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Taurus għalik Cancer se ikun mument li taħtaf aktar dawk l-oppurtunitajiet li forsi ma kontx qed tagħti wisq kashom, opportunitajiet li jistgħu jipprovdu aktar stabbilità fil-ħajja tiegħek. Cancer huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN) MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Taurus għalik Libra ser iwasslek aktar lejn ir-realtà, għalkemm xi kultant tipprova taħrab minnha. Issa dan ma għandux jibqa' aktar. Libra huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT) MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Taurus għalik Capricorn huwa mument dwar kif ser tkompli ssaħħaħ id-dehra tiegħek. Kompli bir-ritmu li qbadt għax ir-riżultat ser ikun miksub żgur. Capricorn huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste. PISCES (IL-ĦUT) MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Taurus għalik Pisces huwa mument li int trid tagħraf tanalizza liema direzzjoni hi l-aktar vantaġġjuża għalik. Għalhekk ara li tkun iffokat. Pisces huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Taurus MILL-ĦADD 28 TA' APRIL SAS-SIBT 4 TA' MEJJU SEJĦA MIFTUĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI Estensjoni tad-data tal-għeluq għas-Sottomissjoni ta' Proposti B'referenza għall-pubblikazzjoni tas-sejħa IV taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali mħabbra fit-22 ta' Ottubru 2023, l-Awtorità ta' Ġestjoni responsabbli għall-programm ERDF/CF/JTF 2021-2027 qed tkompli testendi d-data tal- għeluq għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti taħt Prijorità 3. PO 4 - Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, RSO4.5 – L-iżgurar ta' aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u t- trawwim tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluża l-kura primarja, u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fuq il-familja u l-komunità (FEŻR). Id-data tal-għeluq ser tkun il-Ħamis 6 ta' Ġunju 2024 f'nofsinhar. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' posta elettronika fuq fondi.eu@gov.mt. IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Fost il-kandidati l-oħra l-iktar wieħed prominenti huwa Arnold Cassola li kien assoċjat mal-AD (issa ADPD) iżda telaq għax ma qabilx mal-pożizzjoni dwar l-abort. Mill-kandidati kollha barra l-partiti l-kbar, huwa l-iktar wieħed effettiv u magħruf. Imma l-bażi tiegħu hija fost in- Nazzjonalisti li mhux qed jaraw tama ma' Bernard Grech u jridu politika bil-bajd. Imbgħad hemm lista twila ta' indipendenti. Minn eks deputati Nazzjonalisti bħal Edwin Vassallo li huma konservattivi u stranament jikkritika lill-PN li huwa liberali. Il-blogger Simon Mercieca, li kien jappoġġja Adrian Delia l-eks Kap tal-PN u llum huwa magħruf l-aktar għall-blogg tiegħu fejn jikteb b'mod dirett ħafna drabi mingħajr il-fatti kollha. Hemm ukoll ABBA u Volt. ABBA, rappreżentat minn Ivan Grech Mintoff, ipinġi lilu nnifsu bħala kristjan u patrijott Malti. Fl-aħħar iżda mhux l-aħħar hemm il-personalitajiet l-oħra, il-kummidjanti u t-Tiktokers, u oħrajn xprunati minn teoriji bħal kontra l-vaċċin tal-COVID. Dawn tal-aħħar aktarx iktar jieħdu voti mill-kamp Nazzjonalista milli mill-kamp Laburista. Arnold Cassola u kandidati oħra mistennija jieħdu l-voti tal-PN