Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 OPPORTUNITAJIET GĦAL KARRIERA Sottomissjoni tal-Applikazzjoni JobsPlus Permit No. 337/2021 Il-kandidati prospettivi jrid ikollhom standard ta' edukazzjoni fil-livell tal-'O' Level u jridu jkunu għaddew mill- moduli 2, 3 u 4 tal-ECDL/ICDL. Is-salarju għall-kariga ta' Skrivan tal-Qorti huwa fi Grad 7 tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati. Abbażi tar- rati tal-2024, dan huwa ekwivalenti għal €15,487 fis-sena, li jiżdied b'inkrementi annwali ta' €350 sa massimu ta' €18,637. L-Iskrivani tal-Qorti li jkunu għadhom kif bdew jaħdmu jibdew mil-livell numru 3 ta' dan il-Grad, jiġifieri €16,187 fis-sena. Din il-kariga hija fuq bażi full-time indefinita u hija soġġetta għal perjodu ta' prova ta' sitt xhur. Il-kandidati jridu jkunu profiċjenti wkoll kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll dik Ingliża. Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati Tista' tikseb aktar informazzjoni u deskrizzjoni tal-impjieg komprensiva billi tikkuntattja lill-Aġenzija dwar is-Servizzi tal- Qrati fuq recruitment.courts@courtservices.mt. Il-kandidati għandhom jissottomettu l-ittra ta' applikazzjoni tagħhom, il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom f'Format tal- Europass Curriculum Vitae, kopja taċ-ċertifikati skennjati rilevanti tagħhom u Ċertifikat validu tal-Kondotta tal-Pulizija permezz ta' email fuq recruitment.courts@courtservices.mt. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 10 ta' Mejju 2024 fis-13:00. SKRIVANI TAL-QORTI (IL-QRATI TA' MALTA) Eliġibilita` LUIGI SGHENDO Gruppi ta' residenti u organizzazzjonijiet soċjo- ambjentali mhux governattivi (NGOs) f 'Malta u Għawdex ingħaqdu fil-Belt Valletta filgħodu biex iwasslu l-messaġġ kontra t-teħid ta' art pubblika minn interessi kummerċjali. Il-kampanja hija mmirata biex tindirizza l-espansjoni ta' stabbilimenti tal-catering li jokkupaw art pubblika bl-għan li jittrasformawhom f 'żoni li xi darba kienu aċċessibbli liberament. Waqt il-konferenza tal- aħbarijiet huma qalu li l-ispazji pubbliċi, inklużi bankini, pjazez, u l-kosta, ta' kuljum qed jiżdiedu fin-numri; minn imwejjed, siġġijiet, u tined fost oħrajn. Din l-invażjoni jgħidu, mhux biss tfixkel il-ħajja ta' kuljum tar- residenti, iżda wkoll tikser id- drittijiet tagħhom li jutilizzaw l-ispazji pubbliċi b'mod ħieles. Barra minn hekk saħqu li din qed toħloq tħassib dwar is- sigurtà, tirrestrinġi l-mobbiltà għall-persuni li għandhom bżonn l-ispazju, u tinterferixxi mas- servizzi ta' emerġenza, simili għal dak li ġara f 'Marzu li għadda meta ambulanza ma setgħetx tgħaddi minħabba li t-triq kienet mimlija siġġijiet, imwejjed u tined. Minkejja l-eżistenza ta' linji gwida u standards deskritti fil- Policy for Outdoor Catering Areas in Public Open Spaces, attivisti qed jgħidu li dawn ir-regolamenti qed jiġu injorati. Huma saħqu li bosta stabbilimenti tal-catering qed jokkupaw art pubblika mingħajr ma jiksbu l-permessi meħtieġa, u anke meta jiġu rrappurtati ksur, ħafna drabi l-awtoritajiet qed jagħlqu għajnejhom. Addizzjonalment enfasizzaw li r-residenti li jippruvaw jirrappurtaw ksur qed jiltaqgħu ma' ostakli burokratiċi, bir- responsabbiltà għall-infurzar, 'bħal ballun tat-table tennis', qed tgħaddi bejn awtorità u oħra fosthom: l-Awtorità tal- Ippjanar, l-Awtorità tal-Artijiet, u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Dan in-nuqqas ta' responsabbiltà, jgħidu li qed iqajjem frustrazzjoni fost ir- residenti. "Il-gruppi kollha f 'Malta u Għawdex, kemm formali, kif ukoll informali, jistgħu japprovaw din l-inizjattiva billi jikkuntattjawna bl-email," tgħid il-koalizzjoni, filwaqt li tistieden lill-NGOs, residenti, studenti, u ħaddiema biex jingħaqdu mal-kampanja tagħhom. Preżenti għal konferenza kien hemm l-MP Nazzjonalista Albert Buttigieg, kandidati għall- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fosthom Billie McBee, kandidati għall-elezzjonijiet Ewoprej inkluż Arnold Cassola u c-Chairman tal-ADPD Sandra Gauci. Il-koalizzjoni ressqet sett ta' talbiet biex tindirizza l-kwistjoni: Reviżjoni tal-Leġislazzjoni: Il- koalizzjoni tappella għal reviżjoni bir-reqqa tal-leġiżlazzjoni eżistenti li tirregola ż-żoni tal- catering fuq barra fi spazji pubbliċi. Huma jirrakkomandaw infurzar aktar strett tar- regolamenti u l-introduzzjoni ta' pieni aktar ħorox għal min jiksirhom. Rilaxx ta' Informazzjoni: Biex ittejjeb it-trasparenza, il-koalizzjoni titlob li l-applikazzjonijiet fuq art pubblika jkunu disponibbli għall-pubbliku qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet. Jappellaw ukoll għall-pubblikazzjoni tal- kundizzjonijiet tal-permessi u d-dritt għal partijiet terzi li joġġezzjonaw għalihom. Dritt ta' Azzjoni: Il-koalizzjoni tipproponi l-introduzzjoni ta' dritt ta' azzjoni, li jippermetti lil kull persuna tħarrek għar-revoka ta' permessi ta' invażjoni f 'każ ta' ksur tal-kundizzjonijiet. Dan jagħti s-setgħa lill-individwi biex jikkontestaw l-okkupazzjoni illegali ta' art pubblika mingħajr il-bżonn li juru interess personali fil-kwistjoni. Residenti, NGOs u partiti politiċi jingħaqdu kontra l-indħil fuq art pubblika Waqt konferenza stampa fil-Belt Valletta, residenti talbu għal infurzar aktar strett tar-regolamenti biex titrażżan l-okkupazzjoni illegali ta' art pubblika minn imwejjed u siġġijiet Attivisti waqt il-konferenza stampa