MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • illum 04 OPPORTUNITAJIET GĦAL KARRIERA Sottomissjoni tal-Applikazzjoni JobsPlus Permit No.574/2023 Il-kandidati prospettivi għandu jkollhom: • Grad ta' Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 tal-MQF (soġġett għal minimu ta' 180 kreditu tal- ECTS/ECVET jew ekwivalenti) fil-Komunikazzjoni jew fil-Marketing flimkien ma' esperjenza ta' sena waħda (1) f'oqsma rilevanti għall-kariga; jew • Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (soġġetta għal minimu ta' 60 kreditu tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti) fil-Komunikazzjoni jew fil-Marketing flimkien ma' ħames (5) snin esperjenza f'oqsma rilevanti għall-kariga; jew • Tliet (3) suġġetti fil-Livell Avvanzat flimkien ma' ħames (5) snin esperjenza f'oqsma rilevanti għall-kariga; jew • Żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat u tliet (3) suġġetti fil-Livell Intermedju tal-Matrikulazzjoni flimkien ma' ħames (5) snin esperjenza f'oqsma relevanti għall-kariga; jew • Fil-pussess ta' ħmistax-il sena (15) esperjenza ta' xogħol rilevanti, li tmienja (8) minnhom għandhom ikunu relatati mad-dmirijiet ta' din il-kariga. Il-kandidati għandhom ukoll ikunu profiċjenti fil-Malti u l-Ingliż u għandhom ikunu ta' kondotta xierqa għall-kariga. Din il-kariga hija marbuta mal-Grad 3 tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati. Bir-rati tal-2024, dan huwa ekwivalenti għal €26,028 fis-sena, li jiżdied b'inkrementi annwali ta' €584 sa massimu ta' €31,284. Din il-kariga tattira wkoll Bonus Annwali tal-Prestazzjoni sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku, soġġett għal prestazzjoni sodisfaċenti. Il-kariga ta' Maniġer hija fuq bażi full-time indefinita u hija soġġetta għal perjodu ta' prova ta' sena. Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati Tista' tikseb aktar informazzjoni u deskrizzjoni tal-impjieg komprensiva billi tikkuntattja lill-Aġenzija dwar is- Servizzi tal-Qrati fuq recruitment.courts@courtservices.mt. Il-kandidati għandhom jissottomettu l-ittra ta' applikazzjoni tagħhom, il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom f'Format tal-Europass Curriculum Vitae, kopja taċ-ċertifikati skennjati rilevanti tagħhom u Ċertifikat validu tal- Kondotta tal-Pulizija permezz ta' email fuq recruitment.courts@courtservices.mt. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 10 ta' Mejju 2024 fis-13:00. MANIĠER (RELAZZJONIJIET PUBBLIĊI) Eliġibilita` LUIGI SGHENDO Statistika tal-Eurostat din il-ġimgħa żvelat rabta bejn l-edukazzjoni għolja u l-kuntentizza, kemm fir- relazzjonijiet li wieħed ikollu finanzjarjament u anke personali. Is-sodisfazzjon b'sitwazzjonijiet finanzjarji, skont din l-istatistika, fl-2022 varja minn 6% fost dawk b'edukazzjoni sekondarja, għal 7.1% fost dawk b'edukazzjoni terzjarja. Id-differenzi kienu inqas evidenti fis-sodisfazzjon tar- relazzjonijiet personali, b'punteġġi li jvarjaw minn 7.6% fost dawk li għandhom edukazzjoni sekondarja, għal 8% fost dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja. Mill-banda l-oħra, is- sodisfazzjon bl-użu tal-ħin liberu, wera xejra bil-maqlub hekk kif dawk b'kisbiet edukattivi aktar baxxi rrappurtaw sodisfazzjon it żgħira ogħla, b'punteġġ ta' 6.9% għall-edukazzjoni sekondarja, segwita minn 6.8% għall- edukazzjoni għolja, u 6.6% għall- edukazzjoni terzjarja. Fl-2022 ukoll, il-medja tas- sodisfazzjon ġenerali tal-ħajja fl- UE kien ta' 7.1%. Dan immarka tnaqqis żgħir meta mqabbel mal- 2018 (7.3%) u viċin dak tal-2013 (7%). Barra minn hekk, l-istħarriġ żvela li b'mod ġenerali, in- nies kienu iktar sodisfatti bir- relazzjonijiet personali tagħhom (7.8%) milli bil-pożizzjonijiet finanzjarji personali (6.6%). Is-sodisfazzjon bil-finanzi personali żdied b'mod sinifikanti bejn l-2013 (b'punteġġ ta' 6.0%) u l-2018, u baqa' stabbli sal- 2022 (6.6%). Is-sodisfazzjon bir-relazzjonijiet personali baqa' għoli u ġeneralment stabbli matul il-perjodu 2013-2022 b'żieda sostanzjali ta' 8.0% fl-2018. L-istħarriġ ġie bbażat fuq skala minn 0 (mhux sodisfatt xejn) għal 10 (sodisfatt għalkollox). Stħarriġ riċenti li sar mill- gazzetta oħt, MaltaToday, f 'Jannar li għadda ntweriet bidla fis- sentiment, b'sens ta' ottimiżmu li qed jikber gradwalment fil- kuxjenza pubblika. Filwaqt li l-maġġoranza sostanzjali għadha temmen li l-pajjiż ħa direzzjoni ħażina (60.5%), kien hemm żieda f 'dawk li jemmnu li l-pajjiż sejjer fid- direzzjoni t-tajba fejn telgħet minn 31% f 'Ottubru għal 39.5% sa Jannar li għadda. L-istħarriġ issuġġerixxa wkoll mewġa mġedda ta' pożittività, partikolarment fost demografiċi ta' età medja u anzjani. L-ottimiżmu żdied notevolment fost individwi ta' bejn is-36 u l-50 sena, li x'aktarx jinkludu professjonisti u ġenituri. Bl-istess mod, fost dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena, l-ottimiżmu ra żieda minn 34% għal 44%. Anke l-pensjonanti, filwaqt li huma it inqas ottimisti, iżommu prospetti favorevoli, b'46% għadhom jemmnu fid-direzzjoni pożittiva tal-pajjiż. Eurostat: Persuni b'edukazzjoni għolja huma iktar kuntenti finanzjarjament u personalment

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 April 2024