MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 05 Il-Membru Parlamentari Laburista Cyrus Engerer mhux se jkun qed jikkontesta fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew f 'Ġunju li ġej. Jikkonferma dan fuq il-midja soċjali tiegħu, Engerer qal li se jibqa' attiv fil- ħajja pubblika, filwaqt li jieħu rwol aktar attivist. L-MPE Laburista li daħal fil-Parlament Ewropew fl-2020, qal li ħafna nies bil- valuri tiegħu bħalissa qed iħossuhom "orfni" mis-sistema politika ta' Malta. Engerer irringrazzja lill-Mexxej Laburista Robert Abela għall-fidi li wera fih. Qal li Abela kien imbuttah biex jikkontesta għall-elezzjonijiet ta' Ġunju "sewwasew sal-bieraħ [sal-Ġimgħa]." Iżda l-Ġimgħa wkoll, Engerer ħabbar li huwa ngħaqad mal-pjattaforma politika 'Il-Kollettiv.' Skont il-kitba tiegħu fuq Instagram, il- Ħamis filgħodu, "Il-Kollettiv" tiġbor fiha persuni fi ġlieda għall-ġustizzja soċjali, ugwaljanza u l-ġid komuni. Iżda din mhux l-ewwel darba li Engerer biddel fehmtu fuq partit politiku. Ma ninsewx li Engerer ħawwel l-għeruq politiċi tiegħu fil-Partit Nazzjonalista. L-ewwel daħal bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista, fil-kunsill lokali ta' Tas- Sliema. Iżda l-pożizzjonijiet progressivi tiegħu dwar kwistjonijiet bħad-drittijiet LGBT u d-divorzju ħallewh f 'diffikultà mal- partit u fl-2011 biddel il-lealtà meta ngħaqad mal-Partit Laburista ta' Joseph Muscat. Engerer mexxa lill-PL biex jirriforma l-liġijiet LGBT f 'Malta waqt li kien impjegat minn Ian Borg, dak iż-żmien Segretarju Parlamentari għall-Fondi tal- UE. Huwa fittex jerġa' lura għall-kariga pubblika u ħabbar li se jikkontesta bħala kandidat Laburista fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew tal-2014. Ftit wara, kien prattikament imġiegħel jabbanduna l-ħajra tiegħu, wara li beda jaffaċċja akkużi kriminali relatati ma' porn vendikattiv. Wara ħames snin jintbagħat minn Muscat fl-Unjoni Ewropea, Engerer reġa' ħareġ għal MPE fl-elezzjonijiet tal-2019. Poġġa fil-ħames post fost il-kandidati Laburisti iżda rnexxielu jikseb siġġu meta Miriam Dalli ġiet co-opted fil-Parlament ta' Malta s-sena ta' wara. Snin wara, b'suppervja li ma ħax post Marlene Bonnici f 'Dar Malta, Cyrus qed iħossu "orfni". Cyrus Engerer mhux se jikkontesta f'Ġunju Imlaqqam bħala "pinnur" min-Nazzjonalisti, u "mhux leali" mil-Laburisti, Cyrus Engerer issa jgħid li bħala progressiv iħossu "orfni" mis-sistema politika Maltija Christian Zammit Cyrus Engerer F'mossa deskritta mill-partitarji Laburisti bħala "teatrini biss," l-Eks Sindku tax-Xagħra Christian Zammit, reġa' tefa' ismu għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, f 'isem il-Partit Laburista. Zammit kien irreżenja mill- kariga tiegħu ta' Sindku u bħala president tal-Kumitat Reġjonali Laburista Għawdxi wara karriera ta' 23 sena fil-politika, fl-iktar żmien turbolenti tal-amministrazzjoni ta' Robert Abela. Fl-istess żmien, Malta rat ir- riżenja tas-Sindku tal-Gżira mill- PL, u bosta sindki oħra tkellmu fuq il-qerda ambjentali u l-iżvilupp żejjed fil-lokalitajiet tagħhom. Sindki bħal Josef Masini Vento ta' Ħal Qormi kienu saħansitra tfaċċaw fi protesta massiva organizzata mill-NGOs bħal Moviment Graffitti, kontra l-istess żvilupp eċċessiv. Meta rriżenja kien spjega fil- qosor li kien wasal għal din id- deċiżjoni sabiex ma jkunx ta' piż għal ħaddieħor. Issa, però, Zammit qal li ġie avviċinat minn bosta ċittadini li ħeġġuh jirritorna għall-politika. Waqt li jipprova jiġġustifika l-u- turn li għamel, huwa qal li dak iż-żmien ried jieħu "pożizzjoni b'saħħitha" biex jenfasizza l-ħtieġa ta' riforma fil-pajjiż għall-ħarsien tal-ambjent u x-xewqa li jara bidla fil-mod kif in-negozju u l-politika jinteraġixxu. Żied jgħid li ried ukoll jara aktar poter u fondi devjati lejn il-Kunsilli Lokali. Zammit qal li ried jibqa' vuċi attiva li tinsisti fuq bidla fil-politika lokali, u għalhekk iddeċieda li jerġa' jikkontesta f 'isem il-Partit Laburista. Ftit wara li Zammit irriżenja s-sena l-oħra, il-Prim Ministru Robert Abela qal li żamm komunikazzjoni mal-Eks Sindku u qed jaħdem biex isolvi l-kwistjonijiet li qanqlet fih il- bżonn ta' riżenja. 'Teatrini biss': L-Eks Sindku tax- Xagħra se jerġa' jikkontesta mal-PL L-Eks Sindku tax-Xagħra, Christian Zammit se jikkontesta fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta' Ġunju li ġej mal-istess partit li sena ilu akkużah bi sfreġju ambjentali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 April 2024