MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 intervista IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 • illum 'Qatt f'Malta ma ntilfet omm,' Edwin GĦALIEX KANDIDAT INDIPENDENTI U MHUX MAL- PARTIT NAZZ JONALISTA? Ir-riżultat tal-elezzjoni li għaddiet kien għeluq ta' kapitlu. Iżda jien kont wegħedt li se nibqa' leali lejn il-partit u qabel kollox lejn it-twemmin tiegħi. Niftakar, artiklu tal-ġurnalist James Debono, ftit wara l-elezzjoni, kien ikkwotani ngħid dan. Ma kontx naf x'inhu ġej, iżda l-idea tiegħi kienet li nibqa' ngħin lil-partit. Imma dejjem għidt, li l-fidi tiegħi tiġi l-ewwel. Il-prinċipju jiġi l-ewwel. Il-partit, importanti minħabba l-valuri tiegħu. Partit tneħħilu l-valuri, jibqa' fih biss l-arma, in-nies, u l-indirizz tad-dar ċentrali tiegħu. Illum, 26 sena ta' esperjenza politika, insarrafha f 'kelma waħda: konsistenza... Il-prinċipju ma ġie jiswa' xejn? Iġġudikawni kemm tridu. Jekk tkun temmen f 'xi ħaġa, illum trid tbaxxi rasek illum? Jiena Nisrani fil-politika, hekk kont ngħid, u hekk għadni. Iċċensurat... għaliex? FIL-FATT INTI TGĦID LI L-PN U L-PL SARU STABILLIMENT WIEĦED... Il-PN, bħal l-PL, illum iddeċidew ma jibqgħux ankrati mal-valuri kif nafhom jien, kif nixtieqhom jien u jippruvaw jimirhu jkunu aktar liberali... Anke l-Partit Laburista, lanqas għadu x-xellug li kien fiż-żmien Mintoff. Għalhekk għandna l-ħniżrijiet li għandna f 'dan il-pajjiż... jien hekk nixtiequ, jerġa lura għal dawk il-valuri li kellu. Stajt ma taqbilx ma' Mintoff, bħal ma tista ma taqbilx ma' Eddie Fenech Adami għax ħadd mhu perfett u żbalji jsiru, imma kienu jingħarfu minn xulxin. Kien hemm alternanza politika, mhux bħal-lum. M'hemm ħadd li jippreżentani fil- parlament bħalissa... It-tnejn ġew liberali. It-tnejn jgħidu li huma xellugin. Imma kieku l-PL għadu l-istess, jimpurtah miż-żgħir, mill-ħaddiem, min- newtralità, minn Malta l-ewwel u qabel kollox, kieku Malta għandna tmexxija aħjar milli għandna. Għaliex għandna l-ġid li ngħidu li għandna, u safrattant il-faqar qed jiżdied? Fi żmien Mintoff konna qtajnihom nies li jittalbu, u issa erġajna żdiedna. U l-istess il-PN. M'għadhux il-partit li jiddefendi b'saħħtu lil familja, id-dritt tal- ħajja. Spiċċaw partiti, li meta tinqala kwistjoni, l-ewwel jagħmlu ftit ħin f 'silenzju, jaraw fejn sejrin in-nies, u fejn tmur il-folla, imorru huma. Fil-każ ta' Jean Paul Sofia; Robert Abela jgħid lill-sħabu biex jivvottaw kontra, u għax ra l-folla quddiem Kastilja, idawwar it-triq... Il-Partit Nazzjonalista; il-PL joħroġ il-proposti tal-liġi tal-abort. L-ewwel silenzju, imbagħad iqumu l-esperti tal-Knisja u oħrajn jagħtu l-proposti tagħhom, u l-PN jagħmel dawk il- proposti tiegħu. Id-dritt tal-ħajja hu iktar mill-abort. Din il-kampanja, ftit tal-ġimgħat ilu, ma kontx nemmen li nidħol għaliha, imma wara li Joseph Muscat beda' jsemmi l-abort u d-dritt tal-mara fuq ġisimha, u Cyrus Engerer ħareġ ukoll. Ħadd ma jitkellem. kulħadd sab il- ħin jiddefendi lil Roberta Metsola mill- attakki fuqha, imma għat-tarbija fil-ġuf ħadd ma sab il-ħin. Għidt le, jien mhux se nħalli minn ikasbar, min ikisser, dak li nemmen fih, għax qed nirrovinaw pajjiż. TIRRIKONOXXI LI HEMM ĊIRKOSTANZI FE JN L-ABORT JISTA' JKUN PROĊEDURA MEDIKA? Qatt ma tlifna omm, qatt f 'Malta ma ntilfet omm. Il-mediċina kienet diġà qed tieħu ħsiebha. Illum dħalna f 'inkwiet ikbar għax ktibna dak li kien diġà fil- prattika. Illum dħalna bi problema akbar, illum b'dak li ktibna fil-liġi tal-abort, jien insostni ftaħna l-konsentura. Il-bieb bexxaqnieh. Kemm kien hawn li ma ridx jibexxaq il-bieb? Illum il-bieb imbexxaq, għax illum hemm liġi, li kull ma jonqosha jiġi gvern, dan jew ieħor, għada, pitgħada, jew f 'numru ta' snin, u jagħmel emenda, biex il-bieb niftħulu. Mill-esperjenza kollha tal-ħajja, tal- mediċina, qatt ma ntilfet omm, għax kellha xi problema. U F'ĊIRKOSTANZI... F'ċirkostanzi ta' stupru, l-istess ħaġa. Qatt ma kellna problema ta' barra minn hawn. Hemm ċirkostanzi bijoloġiċi, fejn l-istupru ma jirriflettiex fit-tqala. LANQAS JEKK IT-TQALA TAFFET WA L-OMM? MENTALMENT EŻEMPJU? Dawk diġà l-mediċina kienet tieħu ħsieb. Aħna daħħalna l-liġi tal-abort, li għandna fil-preżent... din il-liġi, tant kemm fiha inċertezzi li se toħloq ċirkostanzi fejn l-abort jista' jkun prattikat minn tabib, meta "mara tkun fil-periklu," u ma jirraporta lil ħadd dan, m'hemmx fejn. Lawrence Gonzi, f 'intervista li kellu Il-kandidat Indipendenti Edwin Vassallo jgħid li kienu "l-attakk" mill-eks prim ministru Joseph Muscat, u l-MPE Cyrus Engerer fuq it-tarbija fil-ġuf li "ġegħlu" joħroġ għall-elezzjoni tal-Parlment Ewropew. Qatt ma tlifna omm, qatt f'Malta ma ntilfet omm. Il-mediċina kienet diġà qed tieħu ħsiebha. Illum dħalna f'inkwiet ikbar għax ktibna dak li kien diġà fil-prattika. Edwin Vassallo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 April 2024