MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519724

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 28 TA' APRIL 2024 Vassallo jgħid dwar l-abort ma' Andrew Azzopardi fuq Newsbook, kien qal li din hija liġi taċ-chewing gum... imperfetta ħafna. Nispera li issa l-abort ma jidħolx, għax jiġi mitlub mill-qorti biex jidħol. Robert Abela missu jistħi li jdaħħal din il-ħtieġa għall-amendi, jew il-liġi tal- abort kif kien ried li jagħmel, billi juża l-gidba ta' Andrea Prudente. Dan Prim Ministru ta! Kif jista jersaq quddiem il- poplu u ma jgħidx il-verità? Għax il-każ ta' Prudenti, fil-qorti ħarġet li kienet qegħda tigdeb. It-tobba qalu li ma kinitx fil-periklu tal-mewt. ALLURA MALTIN. VOTANTI MALTIN, LI DIĠÀ GĦAMLU L-ABORT. DIĠA ORDNAW IL- PIRMLA, U GĦAMLU L-ABORT. SE NARRESTAWHOM? Le jien m'għidtx hekk, u mhux se ngħid hekk. Jien mhux se niġġudika lil dawk li għamlu hekk. Il-liġi ma tiġġudikahomx, jien mhux se niġġudikahom, għax jien ma rridx nilgħabha t'Alla. Ejja nuża, il-kelma li qatt ħadd ma uża, il-kelma "responsabbilità." Libertà mhux libertaġġ. Min se jġorr responsabbilità? INTI KONT ATTUR PRINĊIPALI FL-ISBUĦIJA TA' MALTA FL- UNJONI EWROPEA. FUQ IL- KARTI, L-UE SERVIET GĦALL- AKTAR DIRETTIVI, GĦAL DRITTIJIET UGWALI, DRITTIJIET GĦAL MARA, U GĦAL AKTAR. JIDDISPJEĊIK LI DĦALNA? Le. Bħal ma jiddispjaċinhiex li hawn il-PL u l-PN f 'pajjizna. Jiddispjaċini li dawn it-tnejn tilfu ruħhom. Jiddispjaċini li dawn it-tnejn tilfu ruħ dan il-pajjiż, għax illum il-flus imexxu kollox. Illum għal-flus dawn jagħmlu kollox. Illum dan il-pajjiż tlifnilhu ruħu. Anke l-UE tilfet ruħha illum. Meta dħalt jien [fil-politika], niftakar lil Fenech Adami, kont ġdid dak iż-żmien, nitkellmu fuq UE tas-sussidjarjetà, tad-diċentralizazzjoni, għax l-Ewropa trid li d-deċiżjonijiet jittieħdu l-eqreb taċ-ċittadin... Niftakarni, s-segretarju parlamentari għas-self employed, niffirma kontra l-burokrazija. Ilbieraħ kont qed nitkellem ma' sid ta' negozju, qalli illum l-UE tfisser burokrazija. WAĦDA MILL-PRIJORITAJIET TIEGĦEK HIJA L-FAMIL JA. PERO' L-FAMIL JA M'GĦADHIEX BISS DIK TRADIZZ JONALI, HEMM FAMIL JI B'ĠENITURI TAL-ISTESS SESS. KUNĊETT LI MIEGĦU INT MA TAQBILX. X'SE NAGĦMLU BIHOM SKONT INT DAWN IL- FAMIL JI? Jien nemmen li familja hi raġel u mara. Taqbilx miegħi, ma ġara xejn. Imma għaliex nemmen hekk? Il-familja bħala kunċett maż-żmien evolviet kif nafuha illum, bħala raġel u mara, għax fil-familja t-tfal, maskil jew femminil jitwieldu. Il-familja ġiet imsaħħa maż-żminijiet, għal dak il-kunċett ta' dak li hu, b'kuntratt li suppost ma jinħal qatt, mhux għal ġid tal-adulti, għal ġid tat-tfal. Imma illum, fir-realtà li nafu llum, it-tfal, li huma l-aktar dagħjfa, dawk m'għadhomx aktar importanti fis-somma. Nafu aħna li ħerġin minn realtà, fejn it- tfal kellu d-dritt fundamentali tagħhom? U dawn id-drittijiet, id-dinja m'għadhiex titkellem fuqhom. Għax ladarba kissirt il-familja, kissirt id-dritt fundamentali tat-tfal. Id-dritt prinċipali tat-tfal huwa li t-tfal jgħarfu l-ġenituri tagħhom. Jgħixu mal- ġenituri tagħhom. Kienet dinja differenti minn tal-lum, imma illum minħabba l-ibusija tar-ras, it-tfal mhux parti mid- deċiżjonijiet. Konsegwenzi. Min jitkellem fuqhom illum? Nitkellmu fuq il-libertà sesswali. Il-mard trassmess sesswalment. Min hu responsabbli għal dan illum? L-intervista sħiħa DAN HUMA BISS SILTIET MILL-INTERVISTA LI SARET MAL- KANDIDAT INDIPENDENTI EDWIN VASSALLO. L-INTERVISTA SĦIĦA TISTA' TINSTAB FUQ IS-SIT TAL-ILLUM U FUQ IL-MIDJA SOĊJALI FIL-JIEM LI ĠEJJIN.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 April 2024