Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708
13 kultura IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Mill-Belliegħa sal-Gawgaw, iltaqa' mal-karattri tal-fantasija Maltin fil-Palazz tal-Inkwiżitur Il-pubbliku mistieden jingħaqad mal- atturi għal produzzjoni teatrali, bil-Malti, ispirata mill-karattri tal-fantasija Maltin. Il-produzzjoni, tal-attur veteran Joseph Galea, se sseħħ ġewwa s-swali tal-Palazz tal- Inkwiżitur fil-Birgu. Jilqagħna t-Tork tat-Taraġ li se jdawwarna mal-palazz sabiex jirrakkuntalna ġrajja tal- waħx. Fost il-karattri se niltaqgħu mal-Belliegħa li tgħix fil-bir li jinstab f 'waħda mill-btieħi. Ġewwa ċ-ċelel tal-palazz insibu s-Saħħara, ikkundannata għall-mewt mill-inkwiżitur. Nisimgħu t-tnegħid ta' Waħx il-Baqar u l-Gawgaw ikaxkar warajh xatba bl-imsiemer. Din il-produzzjoni teatrali tiġbor flimkien il-karattri tal-fantasija Maltin f 'narrattiva informattiva u divertenti. Il-produzzjoni se ssir fis-16 ta' Ġunju fil- Palazz tal-Inkwiżitur fit-8:30pm. Il-biljetti jistgħu jinqatgħu mis-sit uffiċjali ta' Festivals Malta. Filwaqt li jirrifletti fuq il-post tal-periferiji ġewwa l-Ewropa, u l-possibbiltà li jagħti vuċi lill-komunitajiet lokali, dan l-ispettaklu għandu l-għan li jinterroga l-kunċett tal-paċi fir-rigward tal-kunflitti attwali u tal-passat tal- Ewropa. Mélodie Lasselin u Simon Capelle jirrispondu għat-teatru tal-operazzjonijiet tal- kunflitti b'teatru anatomiku li jipprova jdawwar il-magna xokkanti tal-immaġini tal-gwerra. Immexxi minn ħidma estensiva fuq il-post fil-Balkani, laqgħa ma' dawk li ilhom jaħdmu għal tletin sena biex jerġgħu jistabbilixxu r-rabtiet ta' paċi bejn il-komunitajiet, iżda wkoll laqgħa ma' suldati Franċiżi u Taljani li intervjenew f 'dik li kienet il-Jugoslavja, ENEMY (konferenza tal-paċi) jipproponi triq paradossali; fejn il-korpi jsibu, permezz tan- nifs u l-vuċi, mod kif jikkonfrontaw it-trawmi tal-kunflitt. Għall-kapitlu li jmiss u l-aħħar tiegħu, ENEMY (iliads) se jkun qed jiffoka fuq il- konsegwenzi ekoloġiċi tal-gwerra fl-Ewropa, żfin u prestazzjoni li qed tiżviluppa bħalissa dwar il-ħtieġa ontoloġika għal-libertà u s-sbuħija. Mélodie Lasselin u Léa Pérat, koreografi u żeffiena tar-rappreżentazzjoni, ħolqu djalogu mal-komunitajiet lokali permezz taż-żfin, li joffru narrattiva ibrida li tħallat it-tradizzjoni mal-futur, il-wirt u l-finzjoni, u jitkellmu favur id-diversità bħala pont bejn il-popli. ENEMY (konferenza tal-paċi): L-ewwel parti ta' triloġija b'rabta mal-gwerer fl-Ewropa Dan l-ispettaklu għandu l-għan li jinterroga l-kunċett tal-paċi fir-rigward tal-kunflitti attwali u tal-passat tal-Ewropa