MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Artisti jesploraw l-irwol kritiku tal-arti bit-tema tal-ilma Shiing Contexts III huwa proġett ibbażat fuq ir-riċerka li għandu l-għan jesplora r-rwol kritiku tal-arti u l-kapaċità tagħha li tirrispondi għal dinja li qed tinbidel malajr u tikkontribwixxi għad-dibattitu kontemporanju. Din l-edizzjoni tħeġġeġ lill-artisti parteċipanti jiżviluppaw xogħol artistiku madwar it-tema ta' "ILMA". Il-kreattività tinvolvi li wieħed iħares lejn affarijiet familjari minn perspettiva kompletament ġdida u Shiing Context — għal darb'oħra jaspira li jinkoraġġixxi u jsostni dan l-approċċ filwaqt li fl-istess ħin ifittex ukoll li jippromovi prattiki kollaborattivi fl-arti. L-artisti u l-intrapriżi kollettivi parteċipanti jridu juru li wieġbu għat-tema permezz ta' riċerka bbażata fuq il-prattika li tesplora approċċi innovattivi għat-tfassil ta' tifsira li jippermettu li jitfaċċaw interpretazzjonijiet differenti. Il-kuratur tal-esebizzjoni huwa Trevor Borg, filwaqt li wħud mill-artisti huma Aden Cacciattolo, Clara Azzopardi, Francesca Mercieca u Sheldon Saliba. L-esebizzjoni se tkun qed tittella' fi Spazju Ċ, Spazju Kreattiv, matul ix-xahar kollu ta' Ġunju. Produttur tal-films li kontinwament tfittex li timbotta l-ambitu taċ-ċinema, bl-aħħar film tagħha, Alice Rohrwacher tagħmel l-istess. La Chimera joħloq taħlita tal-istorja, ir- rumanz u l-arkeoloġija – b'daqq sopranaturali – f 'toniku tal- ħolm magħmul għal dawk lesti li jidħlu f 'qasam ieħor. Issettjat fis-snin tmenin, fil-pajsaġġ Etrusk li qabel kien tal-Italja rurali, il- film isegwi karattru tat-tip vagabond imsejjaħ Arthur (Josh O'Connor); Ingliż li jinkorpora l-ispirtu tar-romantiċiżmu, fejn qed ifittex xi ħaġa li ma jistax jifhem. Bħala arkeologu, jagħmel użu mill-ħiliet uniċi tiegħu biex jgħin grupp ragtag ta' tomboroli – ħallelin lokali – biex isibu oqbra tal-qedem mimlija b'artefatti biex ibigħu fil-black market. Għan-nies tal-lokal dawn l-oqbra huma sagri, u jemmnu li s-saħtiet jimxu wara dawk li jidħlu. Iżda Arthur, li qed jibki t-telfa tal-imħabba tiegħu Beniamina, huwa inqas imħasseb bil-valur monetarju tal-oġġetti. Minflok juża t-tħaffir biex ifittex il-bieb għall-ħajja ta' wara – li dwaru jitkellmu l-miti – fejn jimmaġina li jerġa' jingħaqad magħha. Sħaba ta' misteru timxi warajh waqt li jimxi fuq il-linja bejn il- ħajjin u l-mejtin, bejn ir-realtà u l-qerq, bejn il-passat u l-preżent. Jidħol fil-preżent hemm Italia (Carol Duarte), omm waħedha li tipprova tagħmel ħbieb miegħu u tiftaħ għajnejh għad-dinja b'modi ġodda. B'referenzi stilistiċi għall- istorja taċ-ċinema, bħalma jiġri fix-xogħol kollu tagħha Rohrwacher tuża l-passat biex tistaqsi mistoqsijiet tal-preżent, u tisfidana biex nikkunsidraw kif dak li nagħmlu u dak li nirrispondu għalih issa jista' jkollu impatt fuq il-futur. Dan il-film se jintwera fi Spazju Kreattiv nhar il-Ġimgħa 14 ta' Ġunju fis-7:30pm. Il-Ħadd 16 ta' Ġunju fil-5pm, is-Sibt 22 ta' Ġunju fis-7:30, u l-Ġimgħa 28 ta' Ġunju fis-7:30. Il-biljetti jinqatgħu mis-sit ta' Spazju Kreattiv għall-prezz ta' €8. La Chimera: X'se jħaffru l-arkeoloġi fil-futur, u x'se jgħid dwarna u l-valuri ta' żmienna? Il-film isegwi karattru tat-tip vagabond imsejjaħ Arthur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024