MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Robin Hood hu eroj, maħrub mil-liġi tal-folklor Ingliż li skont il-leġġenda kien arċier li ma jfallix u anki ġellied gwapp bix-xabla. Tradizzjonalment hu mpinġi bħala wieħed liebes l-aħdar li mal-grupp tiegħu ta' persuni ferħanin kien "jisraq lis- sinjuri biex iqassam lill- fqar u batuti". Robin Hood sar eroj popolari tal-klassi fqira u baxxa lejn l-aħħar tal-perjodu Medjevali u fil- preżent għadu popolari fil- letteratura, fil-films u fuq it-televiżjoni. Infatti, dan il- leġġendarju ikona ta' żmien ir-rejiet Plantagenets Ingliżi hu wieħed mill-iżjed karattri letterarji li dehru fuq il-liżar il-kbir. L-ewwel referenzi ċari għal dan il-bniedem kienu f 'ballati sa mill-1377 u fil-poeżija Piers Plocoman ta' lejn l-aħħar tas- seklu 14. Imma l-aktar kopji ta' ballati bin-narrattiva li jirrakkontaw l-istorja tiegħu u li baqgħu jeżistu kienu dawk tat-tieni nofs tas-seklu 15 (is-snin 1400), jew dawk tal-bidu tas-seklu 16. F'dawn ir-rakkonti, il-fanatiċiżmu ta' Robin Hood għall-klassi baxxa, kif kien iħobb iġib ruħu tajjeb man-nisa, il-kapaċità tiegħu kif jispara l-vleġeġ, l-antiklerikaliżmu tiegħu u l-mibegħda li kellu għax-Xeriff ta' Nottingham, kienu diġà ovvji. Il-ħbieb tiegħu, Little John, Much it-tifel tat-taħħan u Will Scarlett diġà kienu jidhru, imma għalissa, la Maid Marian, u lanqas Friar Tuck ma jissemmew. Fil-kultura popolari Robin Hood tipikament jidher bħala kontemporanju u partitarju tar-Re Richard the Lionheart li kien jgħix lejn l-aħħar tas- seklu 12. Robin sar bniedem ta' kontra l-liġi minħabba li ħu r-Re Richard, John, ma kienx qed jiggverna sewwa meta Richard kien Ġerusalemm fit- Tielet Kruċjata. Din il-veduta ħadet il-popolarità fis-seklu 16. Fil-ballati tal-bidu, jidher ovvju li Robin Hood kien aristokratiku u kellu wkoll xi ftit artijiet tiegħu. F'reċti ta' madwar 500 sena ilu saru attentati biex lil dan l-eroj jgħolluh man-nobbiltà. Fi tnejn minn dawn tal- influwenti Anthony Munday, dan ippreżentah bħala l-Baruni ta' Huntington. The Merry Adventures of Robin Hood of Great Renown in Nottinghamshire hija novella tal-1883 tal-illustratur Amerikan u kittieb Howard Pyle. Din tikkonsisti minn serje ta' episodji fl-istorja ta' dan il-maħrub mil-liġi u ċ-ċorma tiegħu ta' Nies Ferrieħa. Din in-novella tiġbor materjal tradizzjonali f 'narrattiva li tagħmel sens, b'idjomi tal-lingwa antika Ingliża u taddattahom għat- tfal. L-istorja timxi wara l-avventuri ta' Robin Hood li jsir maħrub mil-liġi wara konflitt ma' dawk li jaqtgħu s-siġar, l-avventuri tiegħu u kemm-il darba jaħbat difrejh mal-liġi. Kull kapitlu jispjega storja differenti hekk kif iħarreġ lill-grupp tiegħu, jirreżisti l-awtoritajiet u jgħin lill-fqar u lil dawk fil-periklu. L-inċidenti popolari ta' kif Little John (faħal ta' raġel) rebaħ lil Robin Hood fi ġlieda biz-zkuk u kif anki tilef mal-ajk, Friar Tuck u dwar l-argumenti tiegħu ma' Alan-a-Dale jinsabu kollha mniżżlin. Fl-aħħar, Robin u sħabu jinħafru minn King Richard the Lionheart meta jerġa' lura mill-Kruċjata u anki jibdew jaħdmu għar-Re. Dan ix-xogħol ta' Pyle sebbaħ l-immaġini ta' Robin Hood bħala ruffjan/eroj li beda bil-ktieb ta' qabel ta' Sir Walter Scott, Ivanhoe tal-1819. In- novella ta' Pyle għenet ħafna biex fl-Istati Uniti l-popolarità ta' Robin Hood żdiedet sewwa. Bis-saħħa ta' Pyle, wara nkitbu kotba tassew popolari għat- tfal. Ukoll, il-kittieb famuż Franċiż, Alexandre Dumas ħareġ The Prince of Thieves fl- 1872 u fis-sena ta' wara Robin Hood the Outlaw. L-invenzjoni taċ-ċinema għenet ħafna biex dan il- leġġendarju wisq maħbub jikseb aktar għarfien. Verżjonijiet bikrin taċ-ċinema mutu dwar dan l-eroj ta' Sherwood Forest dehru fl- 1907 (Gran Brittanja), fl-1912 (G.B.), fl-1912 (Stati Uniti), fl-1913 (USA) u fl-istess sena produzzjoni oħra Brittanika. Il-popolari Douglas Fairbanks ħadem il-film tiegħu Robin Hood fuq skala kbira fl-1922, b'Wallace Beery bħala r-Re Richard. Fl-1938 wasal forsi l-isbaħ xogħol, The Adventures of Robin Hood, film imfawwar b'azzjoni u avventuri gwappi b'Errol Flynn bħala dan l-eroj, Claude Rains ikun Prince John u Basil Rathbone l-kattiv Guy of Gisbourne. Dan kien dirett minn William Keighley u Michael Curtiz. Minkejja li għadda ħafna żmien minn fuqu, il-film għadu sod. 14 films IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • illum Carmel Bonnici Robin Hood – L-eroj/ruffjan tal-folklor Ingliż (L-ewwel parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Errol Flynn (fuq nett) u Russell Crowe fil-parti ta' Robin Hood

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024