MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kotba IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • illum Elena Cardona tesplora għall-ewwel darba lill-kittieba Rita Grech permezz tar- rumanz Ella (BDL Publishing, 2024). Ella: Vitma jew Rebbieħa? Filgħodu, hekk kif ikolli ftit tal-minuti għall-kwiet u l-ġurnata tkun għadha ma kkargatx bil-ħafna xogħol u taħbit li taf toffri, noqgħod napprezza r-riħa tfuħ ħierġa mill-istanjata tal-kafè. Il- kafè tat-tisjir, apparti li narah ħafna itjeb minn dak li nixtru fil-vażetti tal-ħġieġ, jimlieli d-dar kollha riħa ta' enerġija. Din ir-riħa mhux biex tinvadili kull rokna possibbli tad-dar imma tinvadili wkoll lil ġismi għax il- kafè nnifsu jqajjimni min-ngħas tqil u oħxon tal-lejl ta' qabel. Il-kafè għalija għandu ħin speċjali u partikolari – kikkra kafè ċkejkna filgħodu malli nqum. Hu rari li nieħu iktar kafè matul il-ġurnata. Dan ir-ritwal jiġi akkumpanjat mill-qari tal-aħbarijiet li jkunu għadhom kemm seħħew. Għandi għada li nidħol fuq Facebook biex nara l-powsts li jtellgħu l-kmamar tal- aħbarijiet jew il-gazzetti. Imma x'biċċa xogħol nieħu biex insib dawn l-imbierka aħbarijiet. Aktar min- nofs il-powsts li jkolli noqgħod inqalleb fihom kollha jittrattaw is-sbuħija u d-dehra tagħna bħala individwi. Sensiela sħiħa ta' ritratti ta' persuni li jew qegħdin imsefrin, inkella qed itellgħu ritratti throwbacks tal-aħħar safra tagħhom. Nibda nistaqsi lili nnifsi jekk lil dawn in-nies nafhomx jew inkella kontx żidthom bħala ħbieb xi darba bi żball. Tant ikunu nbidlu, jew għax irqaqu u kważi ġew illamtati, jew inkella għax użaw filters fir-ritratti, li nsibha diffiċli biex nagħrafhom. Barra minn hekk, nibda ninnota li ħafna jitfgħu ritratti partikolari għax sħabhom ikunu għamlu hekk u allura ħadd ma jrid jibqa' lura jew inkella ttimbrat differenti. Imbagħad jitilgħu powsts oħra kollha kwotazzjonijiet pożittivi biex qatt ma naqtgħu qalbna jiġri x'jiġri, li jagħmlu kuntrast ma' statistiċi dwar il-mard mentali u s-suwiċidji, li qegħdin jiżdiedu b'rata allarmanti f 'pajjiżna. F'waħda minn dawn ir-ritwali tal- kafè u l-qari tal-aħbarijiet, sibt post bi ftit kliem, li kien jgħid xi ħaġa hekk – illum il-kultura tagħna hija mibnija fuq dawn it-tliet pilastri: id-dehra, is-sess u l-konkrit. Fis ftakart fir-rumanz Ella, li kont għadni kemm lestejt ftit tal-ġranet qabel, ippubblikat dis-sena minn BDL Publishing. Dan il-ktieb, mill-pinna ta' Rita Grech jiġbor fih tnejn minn dawn il-tliet pilastri: id-dehra u s-sess. Grech, b'ħila kbira u b'mod impliċitu, twassal għand il-qarrejja l-effetti xejn sbieħ li d-dehra u s-sess, li huma parti integrali mid-dinja tal-karattri tal-istorja jħallu fuqhom. Ella, il-protagonista ta' dan il- ktieb, hija tfajla ta' sittax-il sena u tgħix ma' missierha Albert, ġo dar li tidher abbandunata. Hi titlef lil ommha xi snin qabel u l-mewt tal-omm stradikat mid- dinja lil Albert, tant li spiċċa jabbuża mix-xorb u jkollu relazzjonijiet ma' diversi nisa, mingħajr tant suċċess. Imbagħad hemm ukoll Bella l-qattusa u Jeanella z-zija. Min hi Jeanella jew aħjar Jean, kif issejħilha n-neputija? Fil-bidu tal-ktieb, il-qarrejja jsiru jafu li Jean kienet tħobb ġuvni iżda dan qatt ma ta kasha. X'jiġri minn din l-imħabba tagħha taż-żgħożija? Din l-imħabba tibqa' tixgħel fiha jew tmut maż-żmien? X'sorpiża hemm fl-aħħar tal-ktieb? F'vidjow li ġibdet Grech biex titkellem dwar il-pubblikazzjoni tal-ktieb Ella, tistqarr li f 'dan il-ktieb xtaqet tixħet dawl fuq l-abbuż. Tappella biex min għaddej minn xi tip ta' abbuż, kemm dak fiżiku, kif ukoll dak mentali, jagħmel kuraġġ biex isib l-għajnuna. Iżżid tgħid li ħafna drabi dan l-abbuż ikun ġej minn ġewwa d-dar stess. Dan jidher ċar fil-ktieb Ella. Il-ħajja mhix stabbli ta' Albert, tpoġġi lil Ella f 'sitwazzjonijiet antipatki, tant li tispiċċa vittma tat-tgħaffiġ ta' missierha. Albert iġib lil Soraya, il-maħbuba l-ġdida tiegħu u lit-tifel tagħha Axel, biex joqogħdu magħhom id-dar. Issa Ella mhux biss trid tagħmel ix-xogħol tad-dar li s-soltu kienet imdorrija tagħmel, iżda riedet issefter ukoll lil Soraya u lil Axel. Apparti li Soraya kienet tikkmanda kontinwament lil Ella biex taħsel il-ħwejjeġ, l-art u l-platti, tagħmel il-mogħdija u taħsel l-art, kienet tgħaddi diversi kummenti dispreġġjattivi fuqha minn wara daharha. Minkejja li Ella kienet konxja ta' dan kollu, kienet tibqa' b'fommha mitbugħ minħabba missierha. Imma l-abbuż ta' Axel kien agħar u poġġa lit-tfajla f 'pożizzjoni imbarazzanti. Però dan il-ktieb ma jiqafx mal-abbuż, iżda fl-opinjoni tiegħi, jilħaq il-qofol tiegħu meta kemm Ella u kemm missierha jirnexxilhom jirkupraw mit-trawmi tagħhom u jkomplu jibnu ħajjithom. Grech turi lill-qarrejja li ma jagħmilx ġid li teħel f 'punt partikolari f 'ħajtek iżda wieħed għandu jfittex l-għajnuna mingħand nies fdati u mingħand il- professjonisti. Ikolli nammetti li minkejja li Rita Grech għandha diversi kotba, dan kien l-ewwel kiteb li qrajt minn tagħha. Il- plott tan-narrazzjoni u t-temi diskussi jixbhu ħafna lis-serjejiet televiżivi li aħna mdawrin bihom, bid-differenza li l-plot ta' Grech mhux daqshekk iffullat b'episodji u karattri li jagħmlu l-istorja mġebbda. Madanakollu, l-istorja xorta waħda tilħaq il-klimaks tagħha. Barra minn hekk, il-fatt li hu miktub b'Malti mexxej u li jixbah ħafna t-taħdit tagħna ta' kuljum, iġiegħel lill-qarrejja jaqraw iktar minn kapitlu kuljum. X'intom tistennew? Aqbdu dan il- ktieb f 'idejkom u ibdew aqraw u qatt tħallu l-abbużi jibqgħu fis-silenzju. Dan il-ktieb ma jiqafx mal-abbuż, iżda fl-opinjoni tiegħi, jilħaq il-qofol tiegħu meta kemm Ella u kemm missierha jirnexxilhom jirkupraw mit- trawmi tagħhom u jkomplu jibnu ħajjithom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024