MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 07 lejn it-tmiem! Il-proġett Dar il-Qawsalla, kwir f'Malta, qed joqrob lejn il-ftuħ' Aħna ħa nkunu qegħdin inkomplu ngħinuhom bil-pjan tagħhom, li jistudjaw, jaħdmu, filwaqt li nagħtu taħriġ fuq kif wieħed ikun indipendenti aktar. Eżempju kif tixtri mingħajr ma tonfoq iżżejjed, social skills, etc, skont xi jkollu bżonn b'mod individwali. Persuna tista' toqgħod f 'din id-dar għal massimu ta' sena u nofs. SE TKUN AĊĊESSIBBLI 'DAR QAWSALLA' GĦAL PERSUNI F'MINOR ANZ A BĦAL DAWK B'DIŻ ABILITÀ U REFUĠJATI? Iva, Dar il-Qawsalla se tkun qed tilqa' refuġjati, u hija wkoll aċċesibbli għal persuni b'diżabilità. Ħa tkun l-ewwel residenza aċċesibbli għal persuni b'siġġu tar-roti. KEMM QED TAR AW LI TILQA' NIES FIHA DAR QAWSALLA? Ovvjament ikun hemm limitazzjonijiet ukoll, il-post jilqa' biss fih sitt persuni. Ħa nilqgħu nies wara li nevalwaw il-każ tagħhom. Ma tantx għandna ħaddiema, allura se nimxu każ każ, biex inkunu ċerti li nistgħu nagħtu sostenn b'mod individwali lil kull persuna. SKONT KIF KONTU GĦIDTU, ID-DAR KELLHA TIBDA' TILQA' N-NIES QABEL DAN IX-XAHAR, KWAŻI FIL-BIDU TAS-SENA. X'ĠAR A? Ix-xogħol kważi lest, wasalna lejn l-aħħar. F'dawn il-proġġetti qisu diffiċli, kif taqbad tgħid... tipprova tagħmel li tista' imma bejn ħaddiema ma jiġux, u affarijiet oħra, ovvjament mhux dejjem jirnexxilek tlaħħaq mal- ħin SE JĦA GĦAD- DONAZZ JONIJIET Filwaqt li tirringrazzja għall- appoġġ kollu li rċieva dan il- proġett, l-MGRM fakkret mal- ILLUM li dan il-proġett jixrobu diversi riżorsu speċjalment finanzjarji. Għalhekk qed titlob lil kull min jixtieq jgħin f 'dan il-proġett, biex jikkuntattjahom permezz tal-midja soċjali tagħhom. Ir-ritratti juru x-xogħol ta' riġenerazzjoni ta' Dar Qawsalla f 'diversi fażijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024