MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • illum 06 Executive Group LTD tiddikjara l-intenzjoni tagħha biex il-kumpanija tirreġistra għal Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjiegi, skont L.N. 270 tal-2023. L-ATT DWAR IR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (KAP. 452) Regolamenti tal-2023 tal-Aġenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet ipproponew li jkun hemm iffukar fuq il-provista ta' ħaddiema b'enfa- si li jagħmluhom disponibbli għal terzi kumpaniji. Dawn jinkludu: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju ma' terzi kumpaniji. 2. It-terzi kumpaniji jqassmu x-xogħol lit-tali ħaddiema temporanji. 3. Servizzi ta' esternalizzazzjoni li jistgħu jinvolvu provista ta' ħaddiema lil terzi kumpaniji. 4. Aġenzija ta' esternalizzazzjoni, inkluż kuntratturi u sottokuntratturi, u supervi- sors li jidderieġu u jikkontrollaw lill-ħaddiema. Indirizz Uffiċjali Reġistrat: Jolie Fleur, Alley 1, St Barbara Street, Rabat, Malta Numru tal-kumpanija reġistrata: C80156 MARIANNA CALLEJA Fil-ħames elezzjoni tagħha bħala membru tal-Unjoni Ewropea, Malta s-Sibt ivvotat biex jitilgħu jirrappreżentaw lill-pajjiż fil-Parlament Ewropew, sitt membri. Din is-sena Malta kellha l-itwal karta tal-vot għal din l-elezzjoni, b'39 kandidat jikkontesta għal siġġu. Minn dawn, disgħa huma tal-Partit Laburista, tmienja tal-Partit Nazzjonalista, erbgħa tal-ADPD, tnejn tal-Imperium Europa, u wieħed kull wieħed għall-Partit ABBA u l-Volt. Malta kellha l-akbar selezzjoni ta' kandidati indipendenti, bi 13 japplikaw f 'isem l-ebda partit, u wieħed jirriżenja mill-partit erbat ijiem qabel l-elezzjoni u jkompli b'mod indipendenti. Is-sitt membri eletti jagħmlu parti mis-720 responsabbli għal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea tal-leġiżlatura li jmiss, jiġifieri bejn l-2024 u l-2029. Fl-istess jum li Malta qed tivvota fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew, qed jivvotaw ukoll iċ-ċittadini ta' erba' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea; ir-Repubblika Ċeka, l-Italja, il-Latvja u s-Slovakkja. Huma 332,967, in-numru tal- persuni f 'Malta eliġibbli biex jivvotaw f 'din l-elezzjoni. Madankollu 10% ta' dawk eleġibbli ma ġabrux il-vot, b'San Pawl il-Baħar u Tas- Sliema jkunu l-iktar lokalitajiet li fihom ma nġabrux voti. L-aktar votanti reġistrati huma fit-13-il distrett, b'32,703 votanti, segwit mit-12-il distrett (31,614-il votant). L-inqas votanti reġistrati kienu fl-ewwel distrett, b'25,818-il votant. Skont il-Gazzetta tal-Gvern, kien hemm ukoll numru ta' dokumenti tal-votazzjoni li nżammu milli jingħataw. L-ikbar ammont kien fis- Siġġiewi b'99 vot, segwit minn San Ġiljan bi 11-il vot u San Pawl il-Baħar b'10 voti stampati imma li jinżammu milli jingħataw. L-elezzjonijiet Ewropej: In-numri li jiddeċiedu 'Qed nersqu lejn l-ewwel xelter kwir Persuni LGBTIQ li jiġu mkeċċija minn djarhom u dawk li waqt li jfittxu ażil isofru diskriminazzjoni f 'ċentri miftuħa abbażi tal- ġeneru jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom se jkunu jistgħu jsibu serħan f 'xelter ġdid li mistenni jinfetaħ daqt. Ix-xelter il-ġdid – Dar Qawsalla – huwa parti mill- isforzi tal-Malta LGBTIQ Rights Movement (MGRM) biex tappoġġja aktar nies fi ħdan il-komunità kwir. L-inizjattiva kienet tħabbret mill-MGRM u l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) flimkien mal- Ministru tal-Politika Soċjali Michael Falzon. It-tlieta ffirmaw ftehim jsegwi lill-gvern jagħti lill- MGRM €270,000 fuq medda ta' tliet snin biex jiftaħ ix-xelter għall-persuni bla dar u jkompli joffri servizzi lil persuni LGBTIQ u lill-familji tagħhom. Il-gazzetta ILLUM tpoġġi ma' MGRM biex issir taf aktar dwar 'Dar Qawsalla.' X'INHI L-IDEA WAR A 'DAR QAWSALLA'? Dar qawsalla bdiet mit- tieni kompetizzjoni li kien għamel l-Ministeru għall- Akkomodazzjoni Soċjali. Dawn kellhom ħames t'idjar li ma kienux jintużaw, u għamlu kompetizzjoni bejn l-għaqdiet non-governattivi, biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-post, b'kirja ta' għaxar snin. Kellna wkoll fondi min-naħa tal-ministeru, u bażikament il-proposta tal-NGO tagħna rebħet. APPARTI SAQAF FUQ R ASHOM, X'SE TKUN QED TOFFRI AKTAR 'DAR QAWSALLA'? L-għan tagħha hi li tkun "second-stage shelter," għal persuni kwir. X'iġġifieri? Bażikament xelter bħal dan jilqa' fih persuni, li għandhom bżonn saqaf fuq rashom, iżda jkunu indipendenti b'xi mod jew ieħor. Issa dawn normalment jiġu referuti għandna mill-Appoġġ, jew jiġu minn xelters ta' emerġenza oħra. Eżempju, tal- YMCA, ikunu għinu persuna biex timxi 'l quddiem b'ħajjitha, imbagħad meta ssib ftit saqajha, imma mhux lesta tmur lura fis- soċjetà, u tiġi għandna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024