MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 05 SEJĦIET MIFTUĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI AVVIŻ IMPORTANTI Estensjoni tad-Data tal-Għeluq għall-Proposti ta' Proġetti taħt il-Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tavża lill-applikanti interessati li d-data tal-għeluq għas- sejħa taħt Prijorità 3 – Edukazzjoni ta' kwalità u ta' inklussività u tagħlim tul il-ħajja qed tiġi estiża skont kif indikat hawn taħt: • Sejħa 7 – Għan Speċifiku: 4.7 - Tagħlim tul il-ħajja u tranżizzjonijiet fil-karriera miftuħa għal Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi, imsieħba soċjali, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u organizzazzjonijiet volontarji qed tiġi estiża mis-17 ta' Ġunju 2024 sal-15 ta' Lulju 2024, f'nofsinhar. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata fuq fondi.eu@gov.mt. Abela, Grech, u Spiteri Debono fost dawk li jivvotaw Il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono vvotat flimkien mar-raġel tagħha fl- iskola primarja ta' Birkirkara. Din hija l-ewwel elezzjoni tagħha bħala President. Spiteri Debono sellmet bosta votanti li ta' kull sena jiakruha tivvota Birkirkara. Hija ma tatx kummenti lill-midja. Il-kandidat Indipendenti Arnold Cassola kien fost kandidati oħra li qasam fuq il-midja soċjali ritratt tiegħu jżomm il-vot. Fid-deskrizzjoni qasira hu talab lin-nies ikunu koawturi ta' "dan il-jum storiku," filwaqt li fakkar li bil-vot tal-lum, "flimkien se nħarsu, nindukraw u nsaħħu l-kwalità tad-demokrazija f 'dan il- pajjiż". Cassola daħal jivvota kmieni filgħodu, fl-iskola primarja ta' Pembroke. Sandra Gauci, iċ-Chairperson tal-Partit tal-Ħodor, ADPD, flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-partit, Ralph Cassar, ivvotaw ġewwa l-Qawra kmieni s-Sibt filgħodu. Gauci qed tikkontesta hi stess fiż-żewġ elezzjonijiet, kemm dik tal-Parlament Ewropew, u dik tal- Kunsilli Lokali. Il-President tar-Repubblika u żewġha vvotaw f 'Birkirkara għall-ħabta tal-11am. (Ritratt: DOI) Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola jmur jivvota ġewwa Pembroke. (Ritratt: Facebook / Arnold Cassola) Iċ-chairperson tal-ADPD ġiet akkumpanjata mis-Segretarju Ġenerali tal-partit tal-Ħodor, fil-Qawra fejn hi vvotat kmieni filgħodu. (Ritratt: ADPD) L-ewwel elezzjoni tal-President Myriam Spiteri Debono Arnold Cassola: 'Kun koawtur f'dan il-jum storiku' Iċ-Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci tivvota l-Qawra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024