MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • illum 04 L-ewwel elezzjoni Ewropea għall-mexxejja tal-pajjiż; Jimxu mat-tradizzjoni tas-soltu l-mexxejja politiċi jeħilsu mill-vot tagħhom qabel idoqqu t-tokki ta' nofsinhar tas-Sibt 8 ta' Ġunju Robert Abela u martu Lydia Abela vvotaw fiż-Żejtun, madwar l-10am. Il-Prim Ministru ddeskriva l-kampanja bħala waħda mill-isbaħ u qal li issa f 'idejn il-poplu biex jiddeċiedi. Il-familja Abela ġiet milqugħa mill-Kummissarju Elettorali Joseph Camilleri, fejn idderiġiehom għall- kamra fejn tefgħu l-voti tagħhom għaż- żewġ elezzjonijiet. Abela telaq mill-iskola primarja jieħu b'idejn il-votanti li kienu fl-akkwata. Tivvota fl-iskola primarja ta' Tas-Sliema, il-President tal-Parlament Ewropew, l-istilla tal-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola. Hi kienet akkumpanjata mir-raġel tagħha Ukko. Hija ddedikat it minuti lill-midja wara li tefgħet il-vot fil-kaxex rispettivi. Hija qalet lill-ġurnalisti li qed tittama "li tirbaħ id- demokrazija". Metsola allegatament qed tfittex it-tieni mandat tagħha bħala President tal-Parlament Ewropew, hekk kif il-partit PPE u partiti oħra tal-UE qed jittamaw fil-probabbiltà ta' ishma akbar ta' siġġijiet għall-partiti tal-lemin estrem madwar il-blokk. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, martu AnneMarie u binhom Neil, ivvotaw fl-iskola Primarja tal-Mosta għall-ħabta tal-11:30am. Huwa rringrazzja lill-voluntiera għall- għajnuna tagħhom "f 'din il-ġurnata importanti". Grech sellem lill-votanti li kienu l-iskola biex jivvutaw. Il-Prim Ministru Robert Abela daħal jivvota fiż-Żejtun, fl-10am Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola vvotat f 'Tas-Sliema madwar l-10:15am. (Ritratt: Matthew Farrugia) Abela kien akkumpanjat minn martu Lydia Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, flimkien ma' martu AnneMarie, u ibnu Neil, ivvotaw fl-iskola primarja tal-Mosta. (Ritratt: James Bianchi) Robert Abela: 'Id-deċiżjoni f'idejn il-poplu' Roberta Metsola: 'Qed nittama li tirbaħ id-demokrazija' Bernard Grech: 'Ġurnata importanti għal pajjiż'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024