MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 Executive Group LTD tiddikjara l-intenzjoni tagħha biex il-kumpanija tirreġistra għal Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjiegi, skont L.N. 270 tal- 2023. L-ATT DWAR IR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (KAP. 452) Regolamenti tal-2023 tal-Aġenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet ipproponew li jkun hemm iffukar fuq il-provista ta' ħaddiema b'enfasi li jagħmluhom disponibbli għal terzi kumpaniji. Dawn jinkludu: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju ma' terzi kumpaniji. 2. It-terzi kumpaniji jqassmu x-xogħol lit-tali ħaddiema temporanji. 3. Servizzi ta' esternalizzazzjoni li jistgħu jinvolvu provista ta' ħaddiema lil terzi kumpaniji. 4. Aġenzija ta' esternalizzazzjoni, inkluż kuntratturi u sottokuntratturi, u supervisors li jidderieġu u jikkontrollaw lill-ħaddiema. Indirizz Uffiċjali Reġistrat: Jolie Fleur, Alley 1, St Barbara Street, Rabat, Malta Numru tal-kumpanija reġistrata: C80156 Iktar minn 300,000 turist iżur Malta f'April Bis-sħana tagħmel tagħha, Malta diġà nnutat żieda fit-turisti tant li f 'April li għadda Malta kellha żieda ta' 14.8% meta mqabbla mal-istess xahar fl-2023. Skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), l-għadd sħiħ ta' turisti li waslu Malta f 'April 2024 laħħaq it- 306,279. Mill-ammont kollu, 281,665 turist żar Malta għal btala, mentri 16,800 turist ġie Malta għal raġunijiet ta' xogħol. L-akbar għadd ta' turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena (35.1%); warajhom kien hemm dawk fl-età ta' bejn il-45 u l-64 sena (32.1%). Residenti mir-Renju Unit, mill-Italja u minn Franza kienu jammontaw għal 48.5% tat-turisti kollha li waslu Malta. L-istatistika turi wkoll li meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta' qabel, l-għadd sħiħ tal-iljieli mqattgħin Malta tela' wkoll, bi 3.8%, li jiġu b'kollox 1.7 miljun lejl. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-iljieli (88%) kienu mgħoddijin fi stabbilimenti ta' akkomodazzjoni mikrija. It-tul medju ta' dawn iż-żjarat kien jammonta għal 5.5 iljieli. F'April 2024, in-nefqa sħiħa tat-turisti kważi laħqet il-€239.6 miljun. Din tfisser żieda ta' 19.7% fuq l-istess xahar tas-sena ta' qabel. L-infiq medju kull lejl kien stmat €142.9. Mit-total kollu, 159,391 (52%) żaru jew raqdu Għawdex u Kemmuna. 888,118-IL TURIST IŻUR MALTA FL-EWWEL KWART TAS-SENA Dan ir-ritmu tajjeb seta' jiġi nnutat ukoll fl-ewwel tliet xhur tas-sena. Fil-fatt ħarsa lejn l-ewwel kwart tas-sena, inkluż April, l-istatistika turi żieda ta' 25.1% fuq l-istess perjodu tal-2023. B'kollox 888,118-il turist wasal Malta bejn Jannar u April. L-għadd sħiħ tal-iljieli mgħoddijin tela' bi 12.7% u b'hekk kważi laħaq il-5.1 miljun lejl. L-infiq sħiħ mit-turisti kien stmat li laħaq is-€646.8 miljun, 26.2% ogħla minn dak li kien irreġistrat fl-istess perjodu tal- 2023. L-infiq sħiħ għal kull ras tela' għal €728 mis-€722 li kien fl-istess perjodu tal-2023. It-turisti li żaru Għawdex u Kemmuna, kemm dawk li qagħdu għal ġurnata, kif ukoll dawk li raqdu hemm, ammontaw għal 431,367, jew 48.6% tat-turisti kollha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024