MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526408

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' SETTEMBRU 2024 Imħallef jipposponi s-sentenza ta' Trump għal wara l-elezzjoni Il-PN jallega li mal-140 persuna qegħdin reġistrati falsifikament f'sitt postijiet f'Għawdex Is-sentenza ta' Donald Trump fil-proċess tiegħu fi New York dwar ħasil tal-flus ġiet posposta għal wara l-elezzjoni presidenzjali ta' Novembru. Din hija kkunsidrata għal bosta bħala rebħa għall-Partit Repubblikan hekk kif Trump qed jiġġieled kontra Kamala Harris f 'kampanja li tinsab fuq xifer ta' sikkina. L-Eks President kellu jiġi ssentenzjat fit-18 ta' Settembru għal falsifikazzjoni fil-kotba tal- kumpanija tiegħu fi skema biex isikket stilla tal-films pornografiċi. Iżda l-Imħallef Juan Merchan ippospona s-sentenza għas-26 ta' Novembru – sew wara l-elezzjoni tal-5 ta' Novembru, kif talbu l-avukati ta' Trump. "Din mhix deċiżjoni li din il-Qorti tieħu ħafif imma hija d-deċiżjoni li f 'dan il-każ, l-aħjar tgħin fl-avvanz tal-ġustizzja," kiteb fid-deċiżjoni tiegħu. Trump ġie kkundannat f 'Mejju għal 34 każ ta' falsifikazzjoni tal-kotba tal-kumpanija biex jgħatti ħlasijiet lil stilla tal-films pornografiċi Stormy Daniels bl-għan li jsikkitha milli tiżvela relazzjoni sesswali allegata miegħu f 'lejliet tal-elezzjoni tal-2016. Il-posponiment ġej hekk kif it- tellieqa għall-White House issa tidħol f 'fażi ta' tensjoni, b'Harris u Trump jagħmlu l-ewwel dibattitu televiżiv tagħhom it-Tlieta li ġej. Ftit sigħat qabel id-deċiżjoni, minflok jindirizza kwistjonijiet ewlenin għall-votanti bħall- immigrazzjoni jew l-ekonomija, Trump kien fi New York jagħmel kummenti twal dwar il-problemi legali tiegħu, waqt li ċaħad l-akkużi ta' fastidju sesswali jew aggressjoni minn bosta nisa. Il-Partit Nazzjonalista kkonferma li għandu fil-pussess tiegħu ismijiet u dettalji ta' kważi 140 persuna li huma reġistrati b'karti tal-identità fuq diversi propjetajiet f 'Għawdex, partikolarment fir-Rabat u fix- Xagħra. Fi stqarrija s-Sibt filgħodu, il-partit żied ma' dak li kien diġà rrapportat fuq e Times of Malta l-Ġimgħa filgħodu. Il-midja żvelat kif numru mdaqqas ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi rreġistraw l-indirizzi tagħhom fi propjetajiet marbuta ma' żewġ magni tal-kostruzzjoni Għawdxin, minkejja li ma joqogħdux hemmhekk. Fil-lista maħruġa mill-Partit Nazzjonalista, hemm imniżżel: • 25 persuna rreġistrata fuq Janique House, Triq Marsalforn, ix-Xagħra Għawdex; • 19-il persuna fuq Flat 1, Agius Buildings, Triq Qasam, ir-Rabat Għawdex; • 26 persuna fuq Flat 2, Agius Buildings, Triq Qasam, ir-Rabat Għawdex; • 33 persuna fuq Flat 1, Agius Court, Triq Qasam, ir-Rabat Għawdex; • 16-il persuna fuq Flat 3, Agius Court, Triq Qasam, ir-Rabat Għawdex; • 20 persuna fuq Il-Merill, Flat 4, Triq il- Gajdoru, ix-Xagħra, Għawdex. "Hu impossibbli li fuq propjetà waħda jkollok dawn il-persuni kollha reġistrati bħala residenti f 'dawn il-postijiet. Allegatament, din hi parti minn dak li nafu dwar l-iskandlu li ħakem l-aġenzija Identità," il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi qal fl-istqarrija. Huwa wiegħed li din l-informazzjoni se tkun qed tinżamm u tifforma parti mill-ġbir ta' informazzjoni dwar l-iskandlu tal-karti tal- identità. Carabott fakkar fl-eżerċizzju li qed jagħmel ta' ġbir ta' informazzjoni b'kunfidenzjalità stretta u reġa' għamel appell biex tintbagħat kwalunkwe informazzjoni fuq pnsupport@ pn.org.mt flimkien ma' kwalunkwe dokument li persuna jkollha fil-pussess tagħha. Fakkar ukoll li bħalissa hemm talba għall-investigazzjoni quddiem l-Awditur Ġenerali, li saret mit-tliet membri tal-Partit Nazzjonalista fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, kif ukoll Inkjesta Maġisterjali dwar l-iskandlu tal-aġenzija Identità, li nbdiet mill-Avukat Jason Azzopardi. Fl-istess waqt, huwa rringrazzja lil kull persuna li diġà bagħtet informazzjoni lill- Partit Nazzjonalista dwar dan. Carabott tenna t-talba tal-Partit Nazzjonalista, sabiex tinħoloq sistema fejn is-sidien tal-propjetà jkollhom id-dritt ikunu jafu kemm-il persuna u min huma l-persuni rreġistrati li joqogħdu fil-propjetà tagħhom u li tiġi ppubblikata l-investigazzjoni interna li l-Gvern qal li qed jagħmel dwar l-allegat skandlu fl-aġenzija Identità. Hu temm isejjaħ għal darb'oħra għar- riżenja tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri. POST TA' 'SENIOR MANAGER' (RELAZZJONIJIET PUBBLIĊI) FL-UFFIĊĊJU TAL -AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed jilqa' applikazzjonijiet għall-post fil-grad ta' 'Senior Manager biex jaħdem fuq servizzi promozzjonali u ta' informazzjoni. Il-kandidati magħżula jiġu impjegati fuq bażi 'full-time' u jkunu meħtieġa jaħdmu minimu ta' erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-Applikanti għandu jkollhom fil-pussess tagħhom: a) kwalifika ta' LL.D jew 'Master of Arts in Advocacy'; jew b) kwalifika ta' Masters rikonoxxuta fil-Livell ta' MQF Livell 7 jew kwalifika indaqs fil-Liġi, Kommunikazzjoni; jew c) Degree ta' Baċċellerat fil-Livell ta' MQF Livell 6 jew kwalifika indaqs fil- Kommunikazzjoni u tliet snin esperjenza ta' xogħol fil-qasam tar- relazzjonijiet pubbliċi, ambjent legali jew xi post amministrattiv li jitqies relevanti għall-bord. Applikazzjonijiet flimkien ma' CV dettaljata għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 20 ta' Settembru 2024 f' dan l-indirizz: L-Amministrazzjoni Jobsplus Vak. Nru. 409782 Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali 53, Triq Nofsinhar Il-Belt Valletta VLT 1101

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 September 2024