Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529156
Tema oħra li tinfiltra kemm fix- show u aktar fil-film hija dik tat- transvestiżmu fejn il-karattru prinċipali, Dr Frank N. Furter ikun dejjem liebes bħan-nisa, saħansitra bis-suspenders u bil-fishnet. Meta beda jintwera f 'teatri akbar, e Rocky Horror Show kompla jimpressjona lil aktar kritiċi tant li e Guardian kiteb hekk: "dan jikseb il-prestazzjoni rari li jkun intelliġenti u erotiku fl-istess ħin." Din il-wirja akkwistat tifħir kritiku u fl-1973 rebħet l-unur tal-Evening Standard għall-Aqwa Mużikali. Dan ix-show baqa' jdur ħafna pajjiżi u fl-2012 produzzjoni ġdida ta' e Rocky Horror Show daret mar-Renju Unit tiċċelebra l-40 anniversarju. Fl-1975 ħareġ il-film e Rocky Horror Picture Show, dirett minn Jim Sharman, bl-atturi Tim Curry bħala Dr Frank N. Furter, xjentist dejjem liebes ta' mara; Susan Sarandon u Barry Bostwick, il- maħbubin Janet Weiss u Brad Major, Richard O'Brien ikun Riff Raff, is- seur ħotbi u eċċentriku tax-xjentist, Patricia Quinn bħala Magenta, seura u oħt Riff Raff, Little Nell hija Columbia li tħobb issus wara xi ċelebrità, Jonathan Adams bħala Dr Everett Scott, xjentist rival ta' Furter, Peter Hinwood ikun Rocky Horror il-kreatura maħluqa minn Furter, Meat Loaf bħala Eddie, kantant tar- rock n roll li jsuq mutur u Charles Gray bħala espert kriminoloġista. e Rocky Horror Picture Show jibda b'par xuejn bil-lipstick li jimlew l-iskrin kollu jkantaw Science Fiction/Double Feature, bix-xuejn ikunu ta' Magenta li tkanta, imma l-vokali jkunu ta' Riff Raff, ħuha. F'din il-kanzunetta jinstema' t-titlu ta' diversi films tax- xjenza fittizja u tal-biża' mis-snin 30 sas-snin 60. L-ewwel żewġ strofi jibdew hekk: (ismijiet ta' films u atturi jidhru b'tipi skuri). Michael Rennie was ill e Day e Earth Stood Still But he told us where we stand And Flash Gordon was there In silver underwear Claude Rains was e Invisible Man en something went wrong For Fay Wray and King Kong ey were caught in a celluloid jam en at a deadly pace It Came From Outer Space And this is what the message ran Science fiction double feature ..... Il-films kollha li jinstemgħu f 'din il-kanzunetta huma dawn: e Day e Earth Stood Still (1950); Flash Gordon (1936); e Invisible Man (1933); King Kong (1933); It Came From Outer Space (1953); Doctor X (1932); Forbidden Planet (1956); Tarantula (1953); e Day Of e Triffids (1962); Curse (Night) Of e Demon (1957) u When Worlds Collide (1951). L-istorja fil-qosor hi din: Koppja żagħżugħa, Brad Majors u Janet Weiss wara li jattendu tieġ fil-belt ta' Denton, isiru għarajjes u jkomplu triqithom biex jiċċelebraw ma' Dr Everett Scott, l-għalliem tagħhom tax-xjenza. Meta f 'nofs triq, bix- xita nieżla, il-karozza tagħhom tiġrilha l-ħsara, isibu kenn f 'kastell fil-qrib fejn kien hemm deħlin xi nies strambi għal xi ċelebrazzjoni. Jintlaqgħu fil-bieb mis-seur ħotbi Riff Raff. Dr Frank N. Furter, is-sid, jilqagħhom u jistedinhom jgħaddu l-lejl hemm. Frank (sinonimu ma' Frankenstein) iqajjem raġel sabiħ, bjond li hu stess ħoloq u jsemmih Rocky Horror. Matul il-lejl iseħħu ħafna affarijiet mhux normali fejn Frank, dejjem liebes ta' mara, jidher li jħobb mhux biss lin-nisa imma anki lill-irġiel. Anki joqtol lil Eddie, kantant tar-rock n roll, li jistenbaħ mill-friża riekeb mutur. Hu jkollu apparat bir-raġġi li kapaċi jbiddel lill-umani fi statwi tal-ġebel. Meta jisbaħ, hu jerġa' jtihom il-ħajja u jistedinhom għall-wirja cabaret fuq palk kompluta bl-antenna (logo) tal-RKO (kumpanija tal-films li spiċċat fl-1958). Din l-estravaganza tkun il-kataklist biex Riff Raff, minn bniedem ħotbi, jinbidel f 'eroj bħal Flash Gordon u flimkien ma' Magenta, oħtu jirribellaw, joqtlu lil Frank u Columbia biex jirritornaw lejn il-pjaneta tagħhom, Transsexual Transylvania (il-post fejn fin-novella kien jgħix Dracula). Il-kastell jinqata' mill-art u jħalli lil Brad, Janet u Dr Scott jitkaxkru mal- art waqt li tinstema' l-kanzunetta Super Heroes bil-kliem dak il-ħin "and crawling upon the planets face some insects called the human race, lost in time, lost in space and meaning". e Rocky Horror Picture Show b'mod ġenwin jagħti omaġġ dinjituż lil dawk il-produzzjonijiet, uħud minnhom saru kulti, ta' dawk is- snin fejn anki kienu popolari fid- drive-ins. Il-film mimli b'xi 16-il kanzunetta kważi kollha tal-widna b'Time Warp tkun l-aktar popolari. e Rocky Horror Picture Show huwa kkunsidrat l-iżjed film li baqa' jintwera kontinwament fl-istorja taċ-ċinema. It-20th Century Fox qatt ma neħħew miċ-ċirkolazzjoni u Disney, li fl-2019 xtraw lil din il- Kumpanija (issa msemmija 20th Century Studio), żammew lilu biss, jintwera ġeneralment fit-tard. 18 films IL-ĦADD 10 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Il-film klassiku kult pereċċellenza – The Rocky Horror Picture Show IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Riff Raff, Brad, Janet, Magenta Columbia, Magenta, Frank N. Furter, Riff Raff