Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530880
02 oroskopju IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Aries se jkun iż-żmien fejn trid tagħraf aktar lilek innifsek. Issa trid iddur dawra madwarek u tara x'inhu l-aħjar għalik. Agħraf li dan ikun biss fuq dak li tixtieq int. Analizza l-għarfien tal-bidla li rnexxielek twettaq ġewwa fik. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' MEJJU F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Taurus se jkun iż-żmien ta' aktar għarfien, kemm dwar il-pożizzjoni tiegħek, kif ukoll lejn liema direzzjoni hemm bżonn taqbad. Ma tistax tħares lura iżda 'l quddiem biss. Analizza sew issa li għażilt id-direzzjoni tiegħek. Kun lest li tkattar aktar. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Gemini se jkun iż-żmien li tkompli tissaħħaħ dwar dawk il-miri li qed twettaq ghalkemm qed tħoss ċerta pressjoni però huwa importanti li tkompli għaddej fit-twettiq tiegħek. Analizza tajjeb is-sejba ta' ħin ta' rilassament. Taf kemm kien diffiċli biex irnexxielek twettaq dan. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-Milied għalik, iż-żodjaku ta' Cancer se jkun iż-żmien għall-pawża sabiex tkun tista' tirrifletti u taħseb sew kif se tadatta lilek innifsek. Agħraf u ħu l-ħin tiegħek b'għaqal. Analizza b'aktar ħeġġa l-madwar komplut tiegħek. Huwa importanti li tkun komplut. Namaste. LEO (ID-DURBIES), MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Leo se jkun dak iż-żmien fejn trid turi aktar l-abiltà tiegħek għal dawk id-deċiżjonijiet li għandek quddiemek u żgur trid tagħraf l-aħjar soluzzjonijiet għalihom. Int persuna li tagħraf sew dak li huwa ideali għalik. Analizza t-tibdiliet li trid tadatta għalihom u kun ippreparat tajjeb. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Virgo se jkun iż-żmien fejn trid tagħraf aħjar minn issa dak li vera tixtieq. Tul dawn l-aħħar ġimgħat esperjenzajt diversi opinjonijiet u għalhekk issa huwa l-waqt għal direzzjonijiet. Analizza kif ħloqt tant tajjeb il-bilanċ fik. Issa l-waqt li tkattar lilek innifsek. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Libra se jkun iż- żmien fejn se twettaq ċerti kalkolazzjonijiet minn dawk li s'issa esperjenzajt. Trid tagħraf twettaq skeda sabiex tkun kapaċi tqassam dak kollu li għandek madwarek b'mod aktar bilanċjat. Analizza sew kif jirnexxilek tegħleb kull ostaklu sabiex tħejji lilek għal dak li hemm riesaq. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Scorpio se jkun iż-żmien ta' għarfien lejn dik il-kunfidenza fik innifsek u li s'issa għadek ma sibtx. Dan jista' jkun minħabba diversi raġunijiet li bħalissa qed tesperjenza iżda taf li se tasal fejn finalment tixtieq. Analizza dak li s'issa rnexxielek twettaq u emmen aktar fik innifsek. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Sagittarius se jkun iż-żmien fejn se torganizza aħjar lilek innifsek. Taf li issa għandek ħafna toroq li dawn kollha jistgħu jagħtuk dik l-opportunità li tant tixtieq. Analizza l-esperjenzi tiegħek sabiex minn dawn l-esperjenzi tibni dik l-istabbiltà. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Capricorn se jkun iż-żmien fejn taf eżatt kif se twettaq it-tqassim tal-pjanijiet tiegħek, għalkemm taf li għandek ħafna miri quddiemek iżda dan mhux se jkun qiegħed iżommok milli finalment tasal fejn tixtieq. Analizza t-twemmin komplut tiegħek u b'hekk biss tasal lejn il-miri tiegħek. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Aquarius se jkun iż-żmien fejn se tagħraf aktar l-għarfien lejn il-kapaċitajiet tiegħek. Din għandha tkun il-ġimgħa partikolari fejn turi kemm int kapaċi fil-qasam tiegħek u b'hekk tkun aktar rikonoxxut. Analizza tajjeb dan il-mument sabiex minn hawn tkattar l-abbiltà tiegħek. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL- 20 TA' MARZU F'dan il-Milied, għalik, iż-żodjaku ta' Pisces se jkun iż-żmien fejn se tagħraf kemm huwa importanti li d-deċiżjonijiet tibda toħodhom int u mhux aktar toqgħod fuq il-pariri tal-oħrajn. Issa huwa l-mument tiegħek. Analizza b'ghaqal lilek innifsek għax int kapaċi timxi fuq dak li tħoss ġewwa fik. Namaste. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju għal żmien il-Milied Mill-Ħadd 22 ta' Diċembru sas-Sibt 28 ta' Diċembru