Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530880
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Mir-rapport tal-inkjesta li l-gazzetta oħt MaltaToday ippubblikat rajna wkoll min-naħa l-oħra sparpaljar ta' fondi kbar – infatti miljuni kbar – f 'investigazzjonijiet u konklużjonijiet li ħafna drabi ma kinux denji ta' xjentist forensiku serju u professjonali. L-inkjesta Vitals wasslet ukoll li ħafna persuni, involuti fil-ehim tal-isptarijiet privati mill-qasam amministrattiv u tekniku, jitpoġġew taħt l-att tal-akkuża (mhux kollha imma l-biċċa l-kbira). U dan kollu kompla jimmina l-fiduċja taċ-ċivil fil-Gvern u min imexxi. Is-sena 2024 kienet sena fejn it-temi politiċi li ddominaw il-pajjiż kienu pjuttost l-istess: it-traffiku, il-barranin, l-ambjent, il-kostruzzjoni u l-għoli tal-ħajja. Kien hemm l-istess tip ta' diskussjoni fqira mingħajr xi soluzzjonijiet speċjali. L-ebda risposta drakonjana, ħlief għad- dikjarazzjonijiet ta' Bernard Grech u qisu hu biss kellu s-soluzzjoni għal din ir-realtà. Soluzzjoni bbażata fuq dikjarazzjonijiet li jixprunaw mudell ekonomiku nebuluż mill-Partit Nazzjonalista li skontu kien żgur jindirizza dawn il-problemi. Meta Malta ma kinitx qed tisma' garr fuq il-problemi kien hemm l-iskandli, fosthom dawk tal-benefiċċji soċjali u l-każ ta' Clayton Bartolo, il-Ministru tat-turiżmu. Imma aktar ma għadda żmien, aktar il-votant kien konvint li l-uniku mod kif l-elezzjoni tintrebaħ hi li tiġi lura Roberta Metsola li bħalissa tokkupa l-pożizzjoni tal- President tal-Parlament Ewropew. Min-naħa l-oħra, il-Labour għadhom jemmnu li minkejja kollox għandhom l-aħjar tim biex jirbħu l-elzzjoni li ġejja. U li Robert Abela jibqa', fiċ-ċirkustanzi, hu l-aħjar persuna li tmexxi l-PL għar-rebħa tagħhom. 'Il bogħod mit-temi lokali, kien hemm l-istejjer barra minn xtutna: Ir-rebħa ta' Donald Trump kontra Kamala Harris fl-Istati Uniti, id-dgħufija tal-Ewropa u r-rinaxximent tal-lemin, il-gwerra fl-Ukrajna. Imma iktar viċin tagħna kien hemm il-kriżi ta' vera fil-Lvant Nofsani. Il-gwerra krudili ta' Iżrael kontra n-nisa u t-tfal ġewwa Gaża, u mbagħad il-Libanu, u tista' tgħid il-mod kif id-dinja ħarset in-naħa l-oħra lejn l-Istat ta' Iżrael komplew joqtlu bla ħniena nies innoċenti, tikkonferma kif qed ngħixu f 'dinja bla regoli u rispett għad- dinjità tal-bniedem. Mhux kollox dwejjaq u dlam. Il-Maltin u l-Għawdxin jibqgħu, bħala poplu, fost l-aktar ġnus li għandhom kwalità ta' ħajja għolja fid-dinja. Ngħixu ħajja trankwilla, fejn kulħadd għandu opportunitajiet, għandna servizzi edukattivi u tas-saħħa għoljin u għandha l-flus fil-but. Propjetarji ta' darna, u sidien ta' karozzi u anke djar sekondarji. Impjiegi għandna kemm trid u l-ekonomija tidher li se tkompli kif kienet. Insiefru ħafna u l-familji Maltin u Għawdxin jafu jiddevertu. Fuq livell internazzjonali qed nagħmlu isem b'politiċi Maltin, fosthom Ian Borg u Roberta Metsola. U minkejja kollox, għandna diskussjoni f 'Malta li hija ħajja, dinamika, assertiva, demokratika u pluralista. L-2025 tista' tkun sena iebsa, tista' tkun waħda tajba. Għadu kmieni wisq, nawguraw li jiġri x'jiġri, nibqgħu niakru li aħna pajjiż wieħed, ġens wieħed u li flimkien kollox possibbli. Minkejja kollox il-poplu Malti mhux qed ħażin, anzi