Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536637
02 inħarsu lura 18 ' il sena IL-ĦADD 22 TA' ĠUNJU 2025 • illum Jekk l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari Tony Abela u l-uffiċċju notarili privat tiegħu humiex minnhom jew le għad irid ikun stabbilit mil-investigazzjoni li qed tagħmel il- pulizija. Hu minnu wkoll li kulħadd jista' jagħmel allegazzjoni kontra xi ħadd u l-pulizija jkollha d-dmir li tinvestiga anki jekk jista' jkun li l-allegazzjonijiet ikunu mhux minnhom. Għaldaqstant il-kwistjoni li qajmet din il- gazzetta l-Ħadd li għadda dwar dan il-każ ma kellhiex x'taqsam mal-allegazzjonijiet li saru. Lanqas biss dħalna fil-mertu tal- allegazzjonijiet serji li qed isiru. Il-kwistjoni kollha tikkonċerna l-valur tat- trasparenza fit-tmexxija tal-pajjiż. Tony Abela, minbarra li hu nutar, jokkupa wkoll kariga għolja fit-tmexxija ta' dan il-pajjiż. Hu fl-interess pubbliku li nkunu nafu jekk persuni pubbliċi humiex taħt investigazzjoni jew le anki jekk l-investigazzjoni hi frott ta' allegazzjonijiet li għad iridu jkunu ppruvati. Il-fatt li f 'Jannar li għadda Abela kien talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga ma jiskolpax lill-politiku mid- dmir li jinforma wkoll lill-pubbliku. Lanqas mhu biżżejjed li l-Prim Ministru jkun infurmat. Nimu li l-mod ġdid ta' kif issir il-politika li wiegħed Lawrence Gonzi meta laħaq Kap tal-PN kien jinkludi wkoll relazzjoni iktar miuħa mal-pubbliku fil- mod ta' kif jitmexxew l-affarijiet tal-Istat. Iżda jidher li għall-Gvern u l-aġenziji tiegħu, it-trasparenza mhix prijorità. F'Jannar li għadda, meta l-pulizija bdiet tinvestiga, Abela missu minn jeddu u bl- appoġġ tal-Prim Ministru ħabbar b'mod pubbliku l-fatti kif ġraw. Dawn il-fatti huma fl-interess pubbliku li jkunu magħrufa. Minn fejn? Il-valur tat-trasparenza japplika wkoll għall-partiti politiċi meta jiġu biex jiktbu l-manifesti elettorali tagħhom. Il-ġimgħa li għaddiet il-Partit Laburista vara l-pjan tiegħu għaż-żona ta' Buġibba u l-madwar. Hu pjan ambizzjuż u għall- ewwel darba l-MLP poġġa quddiemu wkoll miri ta' kemm-il turist irid jiġbed lejn Malta u kemm jeħtieġ li jonfqu. Il-pjan jinkludi numru ta' inċentivi fiskali, kif ukoll wegħda li jitnaqqas il-piż tal-VAT u s-soprataxxa fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Fl-istess nifs il-Partit Laburista qed iwiegħed li jneħħi l-VAT fuq servizzi edukattivi anki jekk għadu mhux ċar għal xiex qed jirreferi. Il-mistoqsija ewlenija tibqa' waħda. Gvern Laburista minn fejn se jġib il-flus biex jiffinanzja dawn il-wegħdiet? Meta l-Gvern jagħti inċentivi fiskali jew iraħħas it-taxxi jfisser li se jkollu spiża ikbar jew inqas dħul. Dan ifisser ukoll li biex iżomm l-iżbilanċ tal-pajjiż taħt kontroll, il-Gvern ikollu, jew jaqta' l-ispiża minn postijiet oħra, jew inkella idaħħal taxxi oħra biex ipatti għan- nuqqas ta' dħul. Illum ħadd mhu se jibla' l-lixka li l-Gvern, ikun min ikun, se jaqta' t-taxxi jew iżid l-inċentivi mingħajr ma jara kif se jżomm id-dħul fl-istess livelli speċjalment meta qed nitkellmu fuq spiża dejjem tielgħa fil- qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni. S'issa l-MLP għadu ma qalx kif se jsostni l-wegħdiet tiegħu. L-argument prinċipali hu li se jkun hemm tkabbir ekonomiku li jwassal għal iktar dħul għall-Gvern mingħajr il-ħtieġa li jżid it-taxxi. Dan hu l-istess argument li għamlet is-Soċjalista Segolene Royal fi Franza u li l-elettorat ma aċċettax għax hu argument vag ħafna. Migdum għal darba darbtejn, il-poplu jrid ikun jaf il-kontromiżuri għal dawk li qed jipproponi l-MLP. X'se jkunu s-sagrifiċċji li se jintalbu jagħmlu n-nies biex tiżdied il-kompetittività? Jekk se jonqsu t-taxxi fuq il-klassi medja u t'isfel se jiżdiedu t-taxxi fuq is-sinjur u l-profitti esaġerati tal-kumpaniji kbar? Jekk is-servizz tas-saħħa se jibqa' jkun spiża fuq il-Kaxxa tal-pajjiż, kif se jkun finanzjat? Dawn huma mistoqsijiet li jeħtieġu tweġiba ċara fl-interess ta' kulħadd. Trasparenza Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela bl-isem 'Mawra fil-memorja' fejn qed inħarsu xi nkiteb fl-istess gazzetta fil-passat. F'dil-edizzjoni, qed nipproduċu l-editorjal tal-24 ta' Ġunju 2007 bit- titlu 'Trasparenza'. Il-faċċata tal-gazzetta ILLUM fl-24 ta' Ġunju, 2007 'Il fuq minn 1,000 persuna mħarrkin għal sewqan mingħajr liċenzja valida fl-2024 Kien hemm 1,104 persuni li tressqu l-Qorti fis-sena 2024 għax kienu qed isuqu mingħajr liċenzja valida. Dan jiġifieri li jew kienu qed isuqu mingħajr liċenzja għalkollox jew inkella kienu qed isuqu b'liċenzja skaduta. Din iċ-ċifra tkopri, kemm nies li nqabdu f 'Malta, kemm dawk li nqabdu Għawdex, skont kliem il- Ministru Byron Camilleri, li qal li ċ-ċifra tirrappreżenta "n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti f 'dawn il- gżejjer". Camilleri kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari magħmula mill-Kelliem tal- Oppożizzjoni Ivan Bartolo. Il-Ministru ta wkoll iċ- ċifra ta' persuni li tressqu l-Qorti għall-istess reat fl- 2025 — preċiżament bejn Jannar u t-28 ta' Mejju 2025. Skont il-figura li ta Camilleri, in-numru ta' nies li nqabdu jsuqu mingħajr liċenzja valida fl-ewwel sitt xhur tal-2025 huwa ta' 531. Allura, bejn wieħed u ieħor, ir-rata ta' nies li jinqabdu jsuqu mingħajr liċenżja hija l-istess bejn dawn is-sentejn. Iżda meta dil-gazzetta ppruvat tistħarreġ iktar dwar is-suġġett, jidher li għalissa m'hemmx informazzjoni disponibbli dwar kemm-il persuna tressqet il-Qorti fuq l-istess reat qabel l-2024. Barra li Bartolo staqsa lill-Ministru dwar kemm tressqu l-Qorti nies għar- reat ta' sewqan mingħajr liċenzja valida, talbu wkoll biex jagħti kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin. Iżda Camilleri ma sseparax il-figuri skont kif talab il- Kelliem tal-Oppożizzjoni u kemm ta l-figuri kif inhuma kkwotati iktar 'il fuq. Fl-2024 inqabdu 1,104 persuni u bejn Jannar u t-28 ta' Mejju 2025 inqabdu 531 isuqu mingħajr liċenzja