MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536637

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' ĠUNJU 2025 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Madankollu, 44% tal-membri, jew għadhom indeċiżi (40%), jew irriutaw li jwieġbu (4%), element li jagħmel l-elezzjoni waħda miuħa għal kull riżultat. L-appoġġ għall-kandidati l-oħra huwa frammentat: 5.5% għażlu lil Franco Debono, 3.7% lil Mark Anthony Falzon, 3.7% lil Darren Carabott, u 1.8% lil Roberta Metsola minkejja li hi diġà rtirat mit-tiġrija. Id- differenza bejn Franco Debono, Mark Anthony Falzon u Darren Carabott tinsab fil-marġni ta' żball tal-istħarriġ li hu ta' 4 punti perċentwali. Kandidati oħra li ssemmew inqas kisbu l-appoġġ ta' 7.1%. B'kollox, 22% tal-membri jappoġġjaw għażliet oħra barra Borg u Delia. L-istħarriġ juri wkoll kif l-appoġġ għal Borg jinbidel skont l-età. Huwa l-aktar b'saħħtu fost dawk taħt il-50 sena: 32% fost is-16–35 sena u 38% fost is- 36–50 sena. L-appoġġ għalih imbagħad jonqos għal 26% fost dawk bejn 51 u 65 sena u għal 15% fost dawk 'il fuq minn 65 sena. Delia, min-naħa l-oħra, jidher l-aktar b'saħħtu fost il- pensjonanti, fejn kważi jilħaq lil Borg fil-popolarità. Il-livell ta' indeċiżjoni huwa partikolarment għoli fost il- pensjonanti, b'49% li għadhom ma jafux lil min se jagħżlu. Fost il-membri nisa, 45% għadhom indeċiżi, meta mqabbla ma' 36% fost l-irġiel. L-edukazzjoni tagħmel differenza wkoll: Borg għandu appoġġ qawwi fost dawk b'edukazzjoni postsekondarja (30%) u terzjarja (28%), filwaqt li Delia hu iktar b'saħħtu fost dawk b'livell ta' edukazzjoni primarja jew sekondarja (13%). Franco Debono (8.2%) u Mark Anthony Falzon (5.7%) huma aktar popolari fost il-membri b'edukazzjoni terzjarja. 44% tal-membri tal-PN jew għadhom indeċiżi jew irrifjutaw li jgħidu lil min iridu bħala Kap Lil min trid li jilħaq Kap tal-PN?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 June 2025