Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536637
X'ħajjarkom biex tagħmlu dat-tip ta' xogħol? U x'jimmotivakom biex tibqgħu tagħmluh? Wara ż-żmien il-COVID ġew flimkien diversi entitajiet li jaħdmu fil-komunità u, għalkemm kulħadd kien qed jara l-bżonn, flimkien stajna nirrispondu aħjar. Bis-sostenn ta' Alf Mizzi Foundation u ħafna volontiera rajna li nistgħu nkomplu nirrispondu għall-bżonn ta' madwarna. Skont studju riċenti li ħareġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika, in-numru ta' nies li huma fir-riskju tal-faqar żdied. Dawn jammontaw għal 92,690. Qed tarawha diż- żieda fl-esperjenza tagħkom? Tgħinu nies li jiġu bżonn tas- servizzi tagħkom minkejja li huma impjegati? Iż-żieda narawha u mmissuha, speċjalment fejn jidħlu nies li jaffaċċjaw sitwazzjonijiet ta' diffikultajiet kumplessi imma li jaffettwaw anke l-affarijiet bażiċi ta' kuljum bħall-ikel, l-ilbies, u l-kiri tad-djar. Fl-istatistika ma kien hemm xejn miktub dwar faqar assolut. Fl-esperjenza personali tagħkom, qegħdin taraw il-faqar assolut fil- pajjiż jiżdied jew jonqos? Aħna dejjem naħdmu ma' professjonisti li jaraw il-bżonn u jirreferu għas-servizzi tagħna, u għalkemm naraw żieda fin-numri huma l-professjonisti li jevalwaw il-bżonn u kif nistgħu nimxu ma' dak li jkun biex jerġa' jqum fuq saqajh. Ovvjament mhux dejjem sempliċi daqs kif tinstema'. Qed taraw xi demografika ġdida jew żieda f'demografika partikolari li jiġu bżonn is- servizzi tagħkom? Jidher li qed jikber in-numru ta' nies li jbatu biex ikollhom post fejn jistgħu jgħixu b'dinjità. Il-kirjiet żgur li huma parti importanti mill-problemi li jiġu ppreżentati lilna regolarment. Apparti minn hekk, hemm perjodi fis-sena fejn taraw żieda fil-bżonn għas-servizzi tagħkom? Is-servizzi tagħna huma fil- analiżi IL-ĦADD 22 TA' ĠUNJU 2025 • illum 04 'Is-sinjur jistagħna u l-fqir Wara bosta rapporti ta' żieda fil-faqar, il-gazzetta ILLUM iddeċidiet titkellem mal-Fondazzjoni għall-Opri Soċjali fl-Arċidjoċesi ta' Malta (FOSAM) rigward l-inizjattiva tagħhom imsejħa LOOP, li tgħin lil min hu materjalment nieqes b'diversi modi. Weġbitna Helen Zammit, assistenta amministrattiva fi ħdan il-FOSAM. SEJĦA MIFTUĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI Estensjoni tat-Terminu għas-Sottomissjoni B'referenza għall-pubblikazzjoni tas-Sejħa 28 li tiffoka fuq Investiment fis-Settur Pubbliku fir-Riċerka u l-Innovazzjoni mnedija taħt Prijorità 1. PO 1 - Ewropa aktar kompetittiva u intelliġenti billi tippromwovi t- trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva u l-konnettività reġjonali tal-ICT, RSO1.1. Żvilupp u tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l- innovazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati (FEŻR) tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, imħabbra fis-6 ta' April 2025, l- Awtorità ta' Ġestjoni responsabbli għall-programm ERDF/CF/JTF 2021- 2027 qed testendi t-terminu għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti. It-terminu qed jiġi estiż mill-Ġimgħa 4 ta' Lulju 2025 għall- Ġimgħa 1 ta' Awwissu 2025 fl-16.00. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi milħuqa permezz ta' posta elettronika fuq fondi.eu@gov.mt. Nies jaffaċċjaw sitwazzjonijiet ta' diffikultajiet kumplessi imma li jaffettwaw anke l-affarijiet bażiċi ta' kuljum bħall-ikel, l-ilbies, u l-kiri tad-djar