MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536637

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

bżonn is-sena kollha, iżda l-għajnuna spiss tkun ikbar madwar żmien il-festi. Teżisti xi tip ta' stigma soċjali li taffettwa lil dawk li jfittxu s-servizzi tagħkom? Jekk iva, x'jista' jsir biex tinqata' dil- istigma? Illum ħadd ma jieħu gost jippreżenta ruħu bħala fqir. U forsi din ħaġa tajba għax tippreżenta l-ewwel pass biex xi ħadd ikun jista' jerġa' lura fuq saqajh bis-saħħa tal- kontribuzzjoni komunitarja. Irridu nemmnu lkoll li, anke jekk wieħed għaddej minn żmien diffiċli, bl- għajnuna tal-komunità, mhux biss jista' jqum fuq saqajh imma jsib mod kif anke hu jew hi tipparteċipa b'mod attiv fil-komunità u ssib fejn tħaddem il-potenzjal tiegħu/ tagħha. X'inhuma l-ikbar sfidi li taffaċċjaw biex twettqu xogħolkom? Partikolarment minn aspett ta' riżorsi, fondi, eċċ.? Riżorsi u fondi dejjem jidhru limitati imma l-providenza kbira wkoll. Ma nistgħux ngħidu li ma nsibux għajnuna għax iva, hemm min jgħin, u kull qatra tgħodd. Però kif diġà għedna, il-fatt li anke l-orħos kirjiet jispiċċaw jieħdu proporzjon kbir mill-paga minima jew viċin tagħha, ma jgħinx fejn jidħlu r-riżorsi tan-nies li ngħinu. Fuq kollox ukoll, it-taħriġ u l-edukazzjoni jridu jkunu iktar stmati bħala dawk l-aspetti ċentrali fejn tidħol l-għajnuna, dik li tassew twassal għall-parteċipazzjoni attiva u d-dinjità. Minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż, il-faqar għadu magħna. Għalfejn taħsbu li dan huwa l-każ? Sfortunatament, it-tkabbir ekonomiku mhux dejjem ifisser tqassim ġust tal-ġid. U kif jiġri spiss, is-sinjur jistagħna u l-fqir jiaqar. Jeħtieġ li nkunu aktar soċjetà ġusta fit-tqassim tal-ġid. Taħsbu li l-politiki preżenti tal-gvern huma adegwati biżżejjed biex jgħinu lill-foqra u l-emarġinati? X'taħsbu li għandu jsir biex il-gvern jieħu iktar ħsiebhom lil nies hekk? Kulħadd għandu jġorr ir- responsabbiltà tiegħu u jagħmel mill-aħjar li jista' biex jagħti sehmu għal soċjetà aktar ġusta. Ovvjament min iġorr awtorità ikbar, iġorr ukoll responsabbiltà ikbar. Iżda kulħadd irid jagħmel il-kontijiet u jkun akkontabbli, kemm mal-istrutturi soċjali, kif ukoll mal-kuxjenza tiegħu jew tagħha. Issibu appoġġ mill-Gvern fix- xogħol li tagħmlu? L-appoġġ tal-istat huwa dejjem ċentrali u ħadd ma jista' jeħodlu postu. Bl-istess mod is-sehem tas- soċjetà ċivili. Għal min jixtieq jgħin lill- foqra, x'jista' jagħmel? Min jixtieq jingħaqad ma' dan il- proġett, jista' jibgħat applikazzjoni fuq is-sit tagħna billi jsegwi l-ħolqa loop.mt/join Tixtiequ tagħlqu b'xi esperjenza sabiħa li kellkom f'dax-xogħol? Kull esperjenza fejn issib mod dinjituż biex tgħin persuna li tkun fil-bżonn hija waħda li tagħti sodisfazzjon u sens ta' komunità ħajja. Madankollu, l-isbaħ ħaġa hija meta nħarsu lura u nagħrfu li mill-bżonn ta' persuna u mill-kuraġġ ta' xi ħadd li jitlob l-għajnuna, igawdi, jitgħallem u jikber kulħadd: min jgħin, min jiġi megħjun, u kull min ikollu x-xorti jaqsam l-esperjenza tal- komunità magħhom. analiżi illum • IL-ĦADD 22 TA' ĠUNJU 2025 05 l-fqir jiftaqar' L-isbaħ ħaġa hija meta nħarsu lura u nagħrfu li mill- bżonn ta' persuna u mill-kuraġġ ta' xi ħadd li jitlob l-għajnuna, igawdi, jitgħallem u jikber kulħadd Konsultazzjoni Pubblika dwar il-Fond Soċjali tal-Klima Esprimi l-opinjoni tiegħek!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 June 2025