Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461
opinjoni illum • IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 09 "Bħala awtorità emminna li kulħadd għandu jkollu l-ikbar ċans jagħmel dan il-pass għax nemmnu li f 'din it- tranżizzjoni rridu ngħinu lil min jiflaħ l-inqas" Kap Eżekuttiv tal-Climate Action Authority ABIGAIL CUTAJAR S ikwit niltaqa' ma' per- suni li meta ssemmil- hom it-tibdil fil-klima jħarsu lejha bħala xi ħaġa astratta jew bħala xi ħaġa tal-akkademiċi u ta' dawk li jħobbu jagħmlu r-riċerka. Issib dawk li jemmnu li din xi ħaġa li tista' tkun 'il bogħod. Iktar minn hekk niltaqa' wkoll mal- ħsieb li hija xi ħaġa li ftit li xejn nistgħu nagħmlu dwarha. Dawn huma perċezzjonijiet żbaljati, u rrid ngħid li bl- istess mod niltaqa' ma' diversi persuni, speċjalment żgħażagħ u tfal li huma konxji mill- azzjoni li jeħtieġ li lkoll kemm aħna nieħdu. It-tibdil fil-klima hi xi ħaġa li nħossu fil-ħajja tagħna ta' kuljum, u qed inħossuha minn issa u mhux fil-ġejjieni. Taffettwa b'mod dirett il-mod kif ngħixu. Rajna ċirkostanzi fl-aħbarijiet, speċjalment dawk marbuta ma' temperaturi estremi, li forsi qatt ma ħsibna li se naraw qabel. Il-pajjiżi madwar id-dinja, inkluż Malta, għandhom miri li jridu jilħqu bil-għan li ntaffu mill-impatt ta' din l-isfida enormi u kemm jista' jkun nibdlu d-direzzjoni. Ta' spiss nisimgħu dwar dawn il-miri meta jkunu ppubblikati rapporti tekniċi u wieħed ikejjel is-sitwazzjoni x'inhi. Nidħku bina nfusna jekk naħsbu li din hi xi sfida faċli, u jekk naħsbu li hemm xi bakketta maġika biex niskbu r-riżultati. Dan għax qed nitkellmu fuq tema fejn biex ir-riżultat jinkiseb, il-gvernijiet iridu jwettqu proġetti importanti u jkollhom il-kuraġġ jieħdu ċerti deċiżjonijiet li jġibu bidla fil-mod kif naħsbu u ngħixu, l-industrija trid tagħmel il-parti kbira tagħha wkoll, u l-popli jridu jifhmu li huma wkoll għandhom rwol x'jilagħbu. Bil-għan li nimbottaw f 'din id-direzzjoni, ftit tax-xhur ilu f 'Malta twaqqfet il-Climate Action Authority u National Climate Action Council. L-Awtorità hija l-ewwel tat-tip tagħha fl-Ewropa u għandha diversi obbligi xi twettaq. Kif jixhed l-isem tal-Awtorità fiċ-ċentru tagħha, għandha wkoll l-azzjoni. Din il-ġimgħa, b'involviment dirett tal- Awtorità, tnediet waħda mill- inizjattivi li ġew pjanati fl-aħħar xhur. Inizjattiva li tfisser azzjoni konkreta li hi tajba għall-familji u għall-pajjiż. Problema li teżisti u li tħalli impatt negattiv ħafna fuq l-ambjent hija l-produzzjoni ta' plastik. Fl-aħħar snin pajjiżna imbarka fuq diversi inizjattivi biex dak il-plastik jirriċikla kemm jista' jkun minnu, u l-poplu qed jirrikorri, għalkemm dejjem jista' jsir iktar. Però m'hemmx aqwa milli fl-ewwel lok dak il-plastik ma nipproduċuhx. U llum dik l-alternattiva teżisti. L-investiment mill- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma assigura li Malta mhux ikollha ilma sigur kif dejjem kien, iżda jkun tal- ogħla kwalità b'mod konsistenti mal-pajjiż kollu. Miljuni ġew investiti fl-infrastruttura u sistemi ġodda bħall-użu tal- Intelliġenza Artifiċjali. Iżda, ma waqafniex hemm. Jeżistu prodotti li għandhom l-għan li jtejbu t-togħma għal min jixtieq togħma differenti, u n-nies qed tkun megħjuna tagħmel dik l-għażla. Bħala awtorità emminna li kulħadd għandu jkollu l-ikbar ċans jagħmel dan il-pass għax nemmnu li f 'din it-tranżizzjoni rridu ngħinu lil min jiflaħ l-inqas, għax daqskemm ambjentali trid tkun bidla b'kunsiderazzjonijiet soċjali. Għalhekk l-awtorità ffinanzjat b'mod sostanzjali parti minn inizjattiva li permezz tagħha 13,000 familja li llum diġà jirċievu l-benefiċċju tal- enerġija se jintbagħtilhom id-dar voucher ta' €100 biex ikunu jistgħu jmorru f 'ħanut tal-għażla tagħhom fost dawk irreġistrati u jiġbru activated carbon filter. Dan l-apparat żgħir u li jkun installat b'mod faċli ħafna qed isir għażla ta' ħafna, u ma' kull min iltqajt li investa fih, kien sodisfatt immens. Bil- pass li ħadna dawn il-familji ma jkollhomx joħorġu flus mill-but biex jagħmlu din l-għażla. Għażla li hi tajba għalihom — għax jiffrankaw il-flus u l-iskariġġ — tajba għal saħħithom għax ma jixorbux mill-plastik, kif ukoll tajba għall-ambjent tagħna għax nipproduċu inqas plastik. Vantaġġ ieħor hu l-effiċjenza tal-ilma, għax il-fatt li wieħed ikun qed inaqqas il-proċess biex l-ilma jiġi manifatturat, dik se tkun qed ittejjeb, kemm l-effiċjenza tal-ilma, kif ukoll l-effiċjenza fl-enerġija. U rridu nżommu f 'moħħna meta għażla tkun tajba għall-ambjent, hi għażla li hi tajba għalina, għax l-ambjent hu fejn ngħixu, l-ispazji ta' madwarna u l-arja li nieħdu. Din hi inizjattiva konkreta li ngħaqadna fiha bħala awtorità, flimkien ma' entitajiet oħra u b'kordinament importanti ħafna tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, biex ngħinu ċ-ċittadini jagħmlu l-bidla. U jekk int fost dawk il-familji li se tirċievi dawn il-vouchers fil-jiem li ġejjin, inħeġġek issib il-lista tal-ħwienet u tmur issarrfu. Saħansitra l-€100 jistgħu ikopru l-ispiża sħiħa. Għal kumplament tas-soċjetà hemm ukoll skema ta' rifużjoni li wkoll tista' tlaħħaq sa €100. Bħal din hemm ferm inizjattivi oħra li jgħinu n-nies jipproduċu ilma u enerġija iktar nodfa, ikollhom bini iktar effiċjenti fl-enerġija, u jirriċiklaw fost oħrajn. Fix-xhur li ġejjin l-Awtorità se tkun qed tħabbar azzjonijiet oħra, maħsubin biex inkomplu nħejju lil pajjiżna jkun wieħed iktar sostenibbli għal kwalità ta' ħajja aħjar. Hemm ħafna xogħol xi jsir, iżda kull pass, żgħir jew kbir, jista' jagħmel id-differenza. Aħna se nkomplu ngħinu biex il-bidla nagħmluha flimkien. Ngħinu l-bidla ssir It-tibdil fil-klima hi xi ħaġa li nħossu fil-ħajja tagħna ta' kuljum, u qed inħossuha minn issa u mhux fil-ġejjieni