MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 • illum opinjoni Sindku ta' San Pawl il-Baħar ĊENSU GALEA L -ewwel punt li rrid niċċara hu li meta nużaw il-kli- em San Pawl il-Baħar, inkunu qed nitkellmu fuq lokalità li għandha bosta realtajiet differenti. San Pawl il-Baħar hu magħmul minn parti mill-Bidnija, Buġibba, Burmarrad, il-Qawra, San Pawl il-Baħar stess (iċ-ċentru tal-lokalità) u x-Xemxija, flimkien ma' postijiet iżgħar bħal Għajn Nastas, il-Pwales, il-Limbordin, San Martin, l-Imdawra, u l-Wardi- ja. Nibda b'dan il-kliem għaliex ir-realtajiet kollha li għandna fil-lokalità jġibu magħhom sfidi differenti. Iġibu magħhom realtajiet li trid tkun qed taffaċċjahom kuljum biex tkun tista' tapprezzahom. Il-lokalità nbidlet drastikament matul l-aħħar ħamsin sena. Minn raħal tal-bdiewa u s-sajjieda, illum il-post kiber b'mod qawwi hafna. Minn it eluf ta' residenti (sa ħamsin sena ilu kważi kważi stajna nitkellmu dwar it mijiet ta' residenti), illum San Pawl il-Baħar sar l-ikbar lokalità li għandna f 'Malta. Il-popolazzjoni hi maħsuba li taqbeż il-50,000 ruħ matul is-sena kollha (li tkompli tiżdied matul ix-xhur tas-sajf). Illum għandna lokalità bi sfidi li jridu jiġu affaċċjati b'mod differenti milli sar sal-lum. Meta lokalità tikber bir-rata mgħaġġla li kiber biha San Pawl il-Baħar, jinħolqu sfidi mhux żgħar li jridu jiġu affaċċjati. Hemm l-isfida tal- popolazzjoni fiha nnifisha. Hemm l-isfida ta' żvilupp kontinwu li ma jħallix lir-residenti joqogħdu bi kwiethom. Hemm l-isfida tal- integrazzjoni soċjali li minnha nnifisha tkun kbira meta tant nies bi storja differenti jiġu joqogħdu fl-istess lokalità. Illum għandna l-isfida ta' numru kbir ta' persuni li mhumiex minn San Pawl il-Baħar, li ġew joqogħdu hawnhekk. Dan jgħodd għall-Maltin, kif ukoll għall-persuni li ġew joqogħdu Malta minn pajjiżi differenti. Ma' dan kollu, wieħed irid iżid ukoll l-isfidi tan-negozji li għandhom il-bżonnijiet tagħhom li huma differenti minn dawk tar-residenti. Kultant, dawn il-bżonnijiet ikunu wkoll ta' kontroversji bejn ir-residenti u n-nies tan-negozju. M'għandix dubju li fost l-isfidi l-kbar li għandna fil-lokalità hemm dawk maħluqa mit- turiżmu. Minn informazzjoni riċenti li ngħatat fil-Parlament jirriżulta li f 'San Pawl il-Baħar għandna 16,000 sodda fil-faċilitajiet turistiċi differenti li għandna fil-lokalità. Dan ifisser li minbarra r-residenti fit-toroq, fil-ħwienet, u fil-bajjiet tagħna, ikun hawn, f 'kull żmien tas-sena, eluf kbar ta' persuni li jkunu ġew Malta biex iqattgħu l-vaganzi tagħhom fostna. Dan kollu jġib miegħu n-negozju. Iġib miegħu attività fit- toroq tagħna. Iġib miegħu kuntatt bejn ir-residenti tal-lokalità u dawk li jkunu qed iżuruna. Minbarra t-turist tradizzjonali, dak li jiġi bil-familja tiegħu biex iqatta' it jiem ta' mistrieħ fil-lokalità, illum qed ikollna turiżmu li hu marbut mal-parties, li ħafna drabi jiġbdu magħhom eluf ta' żgħażagħ lejn il-lokalità (kemm dawk li jkunu residenti hawnhekk, kif ukoll dawk li jiġu għall-attivitajiet u jerġgħu lura lejn ir-residenza tagħhom f 'xi lokalità oħra). Li San Pawl il-Baħar, minbarra li hu post residenzjali, hu wkoll post turistiku hu aċċettat minn kulħadd. Fil-parti l-kbira tat-toroq hemm bars, restoranti, garaxxijiet tal-karozzi tal-kiri, u appartamenti li huma mikrija għat-turiżmu. Minħabba f 'hekk, l-isfida li tinħoloq mit-turiżmu mhix ikkonċentrata f 'xi parti biss tal-lokalità. Hi mifruxa fit-toroq kważi kollha. B'hekk, l-isfida tal-kontroll hi ikbar minn ta' lokalitajiet oħra. L-attività turistika tolqot kullimkien. Dan, naturalment iġib miegħu sfidi ikbar minn meta jkollok l-attività li hi kkonċentrata f 'toroq partikolari. Minbarra l-lukandi u l-guesthouses li jlaħħqu sa 48, hemm ukoll 850 holiday furnished premises. Minbarra dawn hemm ukoll mijiet ta' bars, restoranti, ħwienet li jbigħu x-xorb, u numru ieħor kbir ta' garaxxijiet tal-karozzi tal-kiri. Kull attività kummerċjali għandha bżonn l-ispazju tagħha. Imma l-ispazju ċkien bil- kbir. L-ispazju kompla jiċkien minħabba l-fatt li llum il-parkeġġ sar problema kbira. Il-karozzi tal- kiri jkomplu jżidu l-pressjoni fuq l-inħawi, minħabba l-fatt li huma it il-parkeġġi li għandna meta mqabbla mal-bżonnijiet li hawn. Sfida oħra li llum irridu naffaċċjaw tikkonċerna l-istorbju. Filwaqt li tradizzjonalment it-turist kien jiġi fil-lokalità għall-mistrieħ tiegħu, illum parti sostanzjali mit-turisti huma żgħażagħ li jiġu hawn biex igawdu. Allura, uħud mil-lukandi, illum qed jiddependu fuq attivitajiet turistiċi li huma differenti għalkollox minn dawk li kienu l-attivitajiet tal-passat. Parties kbar iġibu magħhom storbju kbir. L-istorbju li joriġina minn uħud mil-lukandi, tant kemm ikun qawwi, li l-inħawi jkunu storbjużi ħafna. Il-lukandi ta' San Pawl il-Baħar huma kollha f 'partijiet residenzjali tal-lokalità. Allura meta jkun hemm storbju fl-istabbilimenti kummerċjali, ikunu bosta r-residenti li jilmentaw. Sfortunatament l-istorbju jsir insapportabbli, u n-nies kontinwament iwasslu l-ilmenti tagħhom. Iwassluhom għand il-Kunsill, u jwassluhom fiq il-media soċjali. Naturalment, il-Kunsill it li xejn jista' jagħmel biex jikkontrolla tali storbju. Il- pulizija wkoll għandhom limitu ta' kemm jistgħu jieħdu azzjoni. Dan (bir-raġun) mhux aċċettabbli għar-residenti. Imbagħad hemm realtà oħra. Minbarra l-istorbju tal-venues infushom, l-istess storbju qed jinfirex fit-toroq tal-madwar. Wara li jispiċċaw l-attivitajiet li jkun hemm, ħafna minn dawk preżenti jispiċċaw fit-toroq tagħna. Hawn jinħolqu żewġ sfidi oħra. Waħda tikkonċerna l-istorbju kbir u l-għeluq tat-toroq billi dawk li joħorġu barra jispiċċaw f 'nofs it-triq, u mbagħad hemm il-problema l-oħra li tikkonċerna l-indiċenza. Ħafna minn dawk li joħorġu minn dawn il-parties jistgħu jitqiesu li huma għarwenin iktar milli mlibbsin. Dan qed iġib miegħu reazzjoni negattiva mir- residenti tal-lokalità. Meta jkun hemm persuni storbjużi, kważi mneżżgħa u li jaġixxu b'mod ħażin, bilfors ikun hemm l-ilmenti tar-residenti. L-argumenti dwar dan is-suġġett huma kontinwi. Ma tgħaddix ġurnata li ma nirċevix xi forma ta' lment. Għal dak li jikkonċerna l-ilbies indiċenti, il-problema tmur lil hinn mill-inħawi ta' ħdejn l-attivitajiet il-kbar. Saret ħaġa ta' kuljum li persuni bi lbies mhux xieraq iduru fit-toroq tagħna, jidħlu fis-supermarkets, jistennew fuq il-bus stops … insomma jkunu kullimkien. Dawn il-fatti qed iġibu magħhom problemi mhux żgħar. Hemm ukoll realtà oħra li rridu naffaċċjaw. F'San Pawl il-Baħar, u f 'postijiet oħra fejn hemm attivitajiet kummerċjali bħal tagħna, hemm l-isfida tal-iskart mormi meta mhux suppost. Għalkemm hemm residenti li b'mod irresponsabbli jarmu kullimkien kull ħin, (u għandna sistema tal-ġbir tal-iskart li mhix sodisfaċenti għal lokalitajiet bħal tagħna), il-fatt li għandna 850 holiday accomodation li naturalment ir-residenti tagħhom jitilqu matul kull jum tal-ġimgħa, qed ukoll iwassal biex bosta boroż tal-iskart jinħarġu barra fil-ġranet meta ma jkunx hemm il-ġabra. Dan iwassal għal ilmenti kbar. Kif ġejna llum, il-Kunsill ma jistax iżid il-ġabriet tal-iskart. Dan hu kkontrollat minn tender maħruġ żmien ilu li beda jitħaddem f 'Jannar 2023, u li mhux tajjeb għal postijiet bħal San Pawl il-Baħar. Dan il-fatt ikompli jikkomplika l-ħajja tar-residenti. Ikompli jikkomplika l-ħajja tal- Kunsill Lokali. Ikompli joħloq sfidi kbar. M'għandix dubju li t-turiżmu hu attività kummerċjali kbira. Hu attività li jġib miegħu dħul qawwi fil-pajjiż. It-turiżmu jgħin biex joħloq eluf ta' impjiegi. Mit-turisti jinġabru t-taxxi tar-room tax: 50 ċenteżnu għal kull lejl għal kull persuna, sa massimu ta' €5 għal kull żjara. Bl-eluf ta' sodod li għandna f 'San Pawl il-Baħar, qed jinġabru eluf kbar ta' ewro kuljum mill-attività turistika. Nikkalkula li jinġabru bejn €7,000 u €8,000 kuljum minn San Pawl il-Baħar biss. Nemmen li wasal iż-żmien li almenu nofs dawn il-fondi jiġu għand il-Kunsill Lokali biex jintefqu fil-lokalità. Jekk dan jibqa' ma jsirx għandna naraw kif il-fondi jintefqu fuq proġetti maqbula bejn dawk li jiġbruhom, il-Kunsill lokali u l-Gvern Ċentrali. Dan nagħmluh biex isiru l-investimenti kbar li għadhom meħtieġa fil-lokalità tagħna, u jsiru wkoll biex ir-residenti li jsofru l-konsegwenzi ta' dan kollu, almenu jgawdu l-benefiċċju ta' investimenti neċessarji. B'hekk, kif jingħad, mit-turiżmu jgawdi kulħadd. Ejja l-isfida li għandna ndawruha f 'opportunità għal-lokalità. L-isfidi ta' San Pawl il-Baħar San Pawl il-Baħar, minbarra li hu post residenzjali, hu wkoll post turistiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 July 2025