Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706
aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 • illum 04 L-ewwel logħba tar-realtà virtwali multiplayer minn Malta ILENIA DEBONO Is-settur tal-logħob diġitali, dak li bl-Ingliż huwa magħruf bħala video games, huwa wieħed mis- setturi li qed jikber b'rata l-aktar mgħaġġla, inkluż f 'pajjiżna. Avolja akka fil-kwantità, l-industrija lokali tpatti għal dan bil-kwalità tal-logħob prodotti. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Ryan Camilleri, il-fundatur u l-Kap Eżekuttiv ta' Midow Studios, l-istudio li ppubblikat l-ewwel logħba diġitali multiplayer bbażata fuq ir-realtà virtwali. Ryan qasam il-vjaġġ tiegħu mal-gazzetta. "Minn dejjem kelli x-xewqa li niaħ studio tiegħi. Qabel ma wasalt s'hawn, l-għan tiegħi kien li naħdem ma' diversi kumpaniji biex nitgħallem proċessi u ideat differenti dwar kif għandu jsir ix- xogħol," fetaħ qalbu Ryan. Huwa spjega kif l-istudio fetħu bħala passatemp fl-2022, meta hu kien għad kellu biss 21 sena. Dan għamlu waqt li kellu impjieg full-time ieħor, u jieħu ħsieb li jaħdem fuq il-proġett tal-istudio. Imma Ryan baqa' determinat, "Kull filgħodu kont inqum fis-6:00, naħdem fuq il-proġett, immur ix- xogħol, u mbagħad nerġa' naħdem sal-lejl. Il-weekends u l-festi ma kinux jeżistu ... ma kinitx faċli, imma hekk kellu jkun biex nilħaq il-ħolma tiegħi." Ryan qal li l-akbar ostaklu li affaċċja kien lilu nnifsu. Avolja kien determinat u appassjonat, xorta kien iqatta' sigħat twal fuq proġett, jiddubita l-kapaċità tiegħu. Hu qal li għeleb din il-problema bid- dixxiplina, dejjem baqa' konsistenti u baqa' jaħdem, anke meta ma kellux aptit. Dan wasal sabiex sena wara, fl-2023, Ryan fetaħ il-kumpanija Midow Studios. Fil-bidu prova jsib investiment, imma kien fl-2024 li l-istudio kiseb l-akbar investiment. "Mingħajr fondi, ma stajtx inkabbar it-tim jew nieqaf mix-xogħol biex niffoka ħini kollu fuq il-proġett." Dan l-investiment ġie minn investitur Amerikan li emmen fl- idea tal-istudio. Bl-investiment ta' €5 miljuni, l-istudio kellu, mhux biss iċ-ċans li jkompli jikber, imma seta' jattratta iżjed investituri oħra. Il-Kap Eżekuttiv tana ħarsa fid- dinja tal-logħob diġitali f 'Malta, u qalilna li grazzi għall-ħidma ta' entitajiet bħall-Gaming Malta, kemm studios lokali u anke dawk barranin qed jiorixxu f 'Malta. Hu qal li qabel, kien hemm ħafna talent f 'dan il-qasam li kien qed jesporta ruħu minħabba n-nuqqas ta' opportunitajiet, inkluż Ryan stess li kellu impjieg f 'dan il-qasam fir-Repubblika Ċeka. Madanakollu, hu jemmen li s-settur għandu ħafna iżjed potenzjal biex jikber, bil-bażi kurrenti toffri pedament b'saħħtu. "Il-prodott tagħna bħalissa jinsab fl-istadju ta' Vertical Slice, jiġifieri qabel sew ma nistgħu noħorġu globalment. Minkejja dan, it ġimgħat ilu wrejna l-logħba lokalment fi Playcon għall-ewwel darba. L-iskop ewlieni kien li nittestjaw il-logħba u nkabbru l-udjenza fuq il-media soċjali, imma r-riżultat kien ferm iktar minn hekk," qal Ryan fuq il-logħba rinomata tagħhom 'Discovery of Magic'. 'Discovery of Magic' hija logħba b'xejn sabiex tilgħab, logħba bbażata fuq ir-realtà virtwali fejn iġġiegħlek tħossok qisek is-saħħar fittizju Harry Potter. Ryan qal li r-rispons għal-logħba kien wieħed inkredibbli, b'ċerti nies reġgħu ġew sabiex jilagħbu l-logħba għal ħames darbiet. Għalih, l-idea twieldet bejn amalgamazzjoni taż-żewġ affarijiet favoriti tiegħu, ir-realtà virtwali u stejjer ta' fantasija u maġija. "Minn hemm bdejt nibni l-logħba tal- ħolm tiegħi, ispirata minn logħob li kont inħobb nilgħab fi tfuliti." Fl-aħħar, Ryan tkellem fuq il-potenzjal li għandha Malta bħala attur fix-xena tal-logħob diġitali globali. "Malta għandha l-vantaġġ ta' edukazzjoni tajba, komunità żagħżugħa kreattiva, u l-interess dejjem qed jikber minn kumpaniji barranin. Jekk il- Gvern u l-istituzzjonijiet ikomplu jappoġġjaw din it-triq b'inċentivi u opportunitajiet, nistgħu noħolqu ambjent fejn il-kreattivi Maltin jieħdu riskji akbar, mingħajr biża'. Dan hu l-irwol li nemmen li Malta se sservi fis-snin li ġejjin; Ċentru ta' innovazzjoni, talent, u viżjoni fil- qasam tal-logħob diġitali," għalaq Ryan. Dan hu l-irwol li nemmen li Malta se sservi fis-snin li ġejjin; Ċentru ta' innovazzjoni, talent, u viżjoni fil- qasam tal-logħob diġitali," jgħid Ryan Camilleri Ryan Camilleri huwa l-fundatur u l-Kap Eżekuttiv ta' studio tal- logħob diġitali li ħoloq l-ewwel logħba VR minn Malta. Ma' Ryan niddiskutu x'wassal għall-iżvilupp ta' din il-logħba. ESPRESSJONI TA' INTERESS Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika qed jgħarraf li qed jilqa' espressjonijiet ta' interess għal waqt l-aavità 'Christmas in the Park' għal: Arrġjanat AAvitajiet u Logħob għat-Tfal Dekorazzjonijiet u/jew Rigali Sostenibbli Ikel, Ħelu u Xorb Din l-aavità se ella' fil-Park tas-Salini bejn it-12 u l-21 ta' Diċembru 2025, Din l-aavità se ella' fil-Park tas-Salini bejn it-12 u l-21 ta' Diċembru 2025, fil-ħinijiet indika hawn taħt: 12, 15, 16, 17, 18 u 19 ta' Diċembru: bejn il-17:00 u d-21:00. 13, 14, 20 u 21 ta' Diċembru: bejn in-12:30 u d-21:00. L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumen rilevan , jistgħu jitniżżlu minn www.sostenibilita.gov.mt/rizorsi/ Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 23316202 jew ibgħat imejl fuq Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 23316202 jew ibgħat imejl fuq infoscu.meec@gov.mt Id-data tal-għeluq ta' din l-espressjoni ta' interess hija nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Novembru 2025 fl-10:00. So omissjonijiet li jaslu wara d-data tal-għeluq ma jiġux ikkunsidra .

