Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706
Permezz tad- dibattitu, l-istudent għandu spazju fil-ħin edukattiv tiegħu biex jesprimi l-pożizzjoni soċjali tiegħu, u jitrawwem sens ta' responsabbiltà għal ta' madwaru. Huwa dritt tal-istudenti li jesprimu dan, u anki li jinstemgħu." 10 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 • illum opinjoni Għalliem tal-Etika, attivist, u lettur każwali LUKE FENECH E dukazzjoni tajba tfisser garanzija; garanzija mhux biss ekonomika (jiġifieri li jkollna aktar ħaddiema aġġornati), iżda garan- zija ċivika — demokratika. Dan ifisser li jkollna, kemm ġenerazzjonijiet ta' nies ħassieba, attivi ċivikament, kif ukoll etiċi lejn dawk ta' madwarhom. Biex nassiguraw din it-tip ta' garanzija, irridu nbiddlu l-ħarsien tagħna lejn l-istudent. Ma rridux narawh biss bħala "il- ħaddiem ta' għada" jew inkella "a cog in a machine", sabiex dan jaqdi biss il-ħtiġijiet ekonomiċi. Minflok, irridu nħarsu lejn l-istudent bħala uman. Bħala bniedem f 'soċjetà li mhux biss ħa jiggwadanja minnha, iżda wkoll ħa jikkontribwixxi fiha. U mod wieħed kif l-istudent jista' jitrawwem ċivikament fil-klassi hu permezz tad-dibattitu. Ħa naqsam ħsibijieti mill- esperjenza tiegħi ta' għalliem tal-Etika, kif ukoll bħala organizzatur tad-Debate Club fl-iskola. Il-ġid li nara għall-istudenti permezz tad- dibattitu huwa kbir. Nibda billi nsemmi l-għodod li l-istudenti jitħarrġu fihom: Il-ħsieb kritiku, l-empatija (li wieħed jiem opinjonijiet mill-perspettiva ta' ħaddieħor), ir-rispett, is- smigħ, il-komunikazzjoni, il- persważjoni, u l-kollaborazzjoni. Inżid ukoll l-impatt personali li jħalli d-dibattitu, bħal ngħidu aħna l-kunfidenza fik innifsek, u riflessjoni morali fuq dak li wieħed jemmen li hu tajjeb jew ħażin. Apparti, id-dibattiti jrawmu spirtu soċjali fl-istudent, speċjalment jekk ikunu qed jiġu diskussi realtijiet soċjo-politiċi, bħal ngħidu aħna l-ambjent, il-ġustizzja, l-edukazzjoni, u l-governanza. Niakru li l-istudenti tagħna huma wkoll parti mis-soċjetà. Ilkoll għandhom xi jgħidu, x'jikkritikaw, u x'jissuġġerixxu. Permezz tad-dibattitu, l-istudent għandu spazju fil-ħin edukattiv tiegħu biex jesprimi l-pożizzjoni soċjali tiegħu, u jitrawwem sens ta' responsabbiltà għal ta' madwaru. Huwa dritt tal- istudenti li jesprimu dan, u anki li jinstemgħu. Niakru wkoll li mas-sittax-il sena, l-istudent ħa jsir parti mill-elettorat (kif ukoll parti mit-tmexxija politika). Għalhekk, studenti li qed jitħarrġu fid-dibattiti huma studenti aktar preparati sabiex jużaw il-vot tagħhom b'mod kawt — u kritiku. Biex nagħti kuntest ta' kif isir dibattitu strutturat (fil-każ tal-klassi tiegħi), dan isir xi ħaġa hekk: A. Tinħareġ mozzjoni relatata ma' dak li nkunu qegħdin nagħmlu fil-klassi jew fuq affarijiet kurrenti (eż: "il-mezzi soċjali għandhom iwaqqfu kontenut politiku minn 16-il sena 'l isfel"). B. L-istudenti jinqasmu f 'żewġ gruppi (dawk kontra u favur), u jkollhom madwar 5-10 minuti sabiex jiktbu l-punti tagħhom (sabiex ukoll jikkonvinċu lil sħabhom). Jistgħu wkoll jaċċessaw il-kompjuter tal-klassi biex isibu informazzjoni relatata mal-argumenti tagħhom (eż. statistiċi). L-istudenti mhux bilfors irid ikollhom opinjoni favur jew kontra, speċjalment jekk tkun mozzjoni taħraq. Mill-udjenza, jistgħu jistaqsu mistoqsijiet liż-żewġ gruppi. L-għażla tkun f 'idejhom. C. Jinħarġu tliet siġġijiet fuq quddiem tal-klassi: wieħed għalija bħala moderatur, u ieħor għal rappreżentant minn kull grupp. D. Permezz tar-rappreżentant, kull grupp jibda billi jistqarr il-punti ewlenin tiegħu. Wara l-ewwel round, l-udjenza (il- kumplament tal-klassi) ikollha ċ-ċans tirribatti lill-grupp oppost fuq dak li jkun intqal. L-istudenti jkollhom ukoll iċ-ċans li jbiddlu bejniethom ir-rappreżentant tal-grupp. E. Lejn l-aħħar tal-lezzjoni, "jinħareġ vot biex naraw jekk hux ħa ngħaddu l-mozzjoni jew le. Tibqa' meraviljat kif xi studenti li kienu favur isiru kontra — jew bil-maqlub. Dan ifisser li kellek studenti li kienu aktar konvinċenti, u oħrajn li fehmu li mhux tagħhom biss huwa neċessarjament l-aħjar. Tibqa' wkoll meraviljat bil- proposti u l-ideat li joħorġu bihom l-istudenti; ideat li huma żgur denji li jiġu mismugħa mill- politikanti. Biex nagħlaq, xtaqt niktiblek kemm id-dibattiti huma ta' ġid kbir. Huma għodod għalina l-għalliema sabiex inrawmu spirtu ta' ħsieb ħieles. U dan bit- tama li dak il-ħsieb ħieles, maż- żmien jinbidel f 'azzjoni soċjali." L-importanza tad-dibattiti fl-edukazzjoni Mas-sittax-il sena, l-istudent ħa jsir parti mill-elettorat

