Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544605
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 T'APRIL 2026 Politiċi siekta fuq il-legalita' tal-każ PILLOLI TAL-ABORT F'KATNAZZI MADWAR MALTA IKOMPLI MINN PAĠNA 1 F'temp ta' ġimgħa inizjattiva minn Women on Waves fetħet diskussjoni nazzjonali dwar il-liġi, is-saħħa u l-infurzar f 'Malta, wara li l-għaqda qalet li poġġiet mad- war 15-il safe b'pilloli tal-abort f 'postijiet sigrieti madwar Malta u Għawdex. Madankollu, dak li beda bħala attiviżmu qed jiġi interpretat ukoll bħala sfida diretta għal-liġi. Din il-gazzetta kienet minn tal-ew- wel li tkellmet mal-Life Network Foundation, li sostniet li l-inizjat- tiva tista' tikkostitwixxi ksur tal- liġi Maltija, partikolarment fejn tidħol l-importazzjoni u t-tqassim tal-pilloli tal-abort. F'kummenti mogħtija lil din il-gazzetta, l-għaq- da qalet li għandha ssir investi- gazzjoni mill-awtoritajiet sabiex jiġi stabbilit jekk sarx reat. F'dan il-kuntest, il-liġi Maltija tibqa' ċara: taħt il-kodiċi krim- inali ta' Malta, l-abort huwa illegali fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, b'eċċezzjoni limitata introdotta fl-2023 meta l-ħajja tal-mara tkun f 'riskju immedjat jew saħħitha tkun f 'periklu serju li jista' jwassal għall-mewt. Il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista Din il-gazzetta tkellmet mal-Par- tit Nazzjonalista, li kkonferma l-pożizzjoni tiegħu kontra l-abort u favur il-ħajja, filwaqt li kkun- danna kull azzjoni illegali. Il-PN saħaq li ħadd mhu 'l fuq mil- liġi u li l-Gvern għandu jieħu passi kontra min jikser il-liġi. Madankollu, minkejja numru ta' mistoqsijiet aktar speċifiċi li saru minn din il-gazzetta, xi punti baqgħu mingħajr tweġiba diretta, b'reazzjonijiet li kienu aktar ġen- erali milli konkreti. B'mod separat, tkellimna wkoll mal-ispokesperson tas-saħħa tal- PN, Stephen Spiteri, li wissa dwar riskji mediċi li jistgħu jinqalgħu jekk dawn il-pilloli jintużaw barra sistema medika. Huwa semma kumplikazzjonijiet possibbli bħal fsada qawwija emorraġija u riskji oħra relatati mal-ormoni. Fl-istess ħin huwa enfasizza li l-informazzjoni qatt mhi biżżejj- ed u hemm bżonn aktar edukazz- joni dwar is-saħħa sesswali minn età żgħira u hemm bżonn aktar appoġġ għan-nisa f 'sitwazzjoniji- et diffiċli. Huwa saħaq ukoll fuq il-ħtieġa li l-edukazzjoni tibda minn età żgħira, partikolarment fl-iskejj- el, fejn skontu hemm lok għal aktar investiment fl-għarfien dwar is-saħħa sesswali. Spjega li l-għan għandu jkun li jinħoloq aktar għarfien, mhux biss dwar l-abort, iżda dwar is-saħħa sess- wali b'mod usa', filwaqt li nnota li f 'pajjiżna l-input f 'dan il-qasam kien limitat. Il-pożizzjoni tal-Labour Din il-gazzetta tkellmet ukoll mal-Ministru tal-Ġustizzja Jona- than Attard, li qal li s-suġġett għan- du jiġi trattat b'maturità u mhux ibbażat fuq opinjonijiet personali. Huwa wissa kontra li kwistjoni sensittiva tinbidel f '"ballun politi- ku" jew tintuża biex jiġu ġġudikati n-nisa, u saħaq li, kif tenna l-Prim Ministru, il-Gvern ma jemminx li n-nisa għandhom jintbagħtu l-ħabs għax iwettqu abort. Madankollu, minkejja tentattivi minn din il-gazzetta biex tikseb ċarezza dwar jekk dan il-każ hux qed jiġi trattat bħala att ta' protesta jew bħala azzjoni li potenzjal- ment tikser il-liġijiet eżistenti, din il-mistoqsija baqgħet mingħajr tweġiba. Mistoqsijiet intbagħtu wkoll lill-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela, iżda sal-ħin tal-pubblikazz- joni ma waslet l-ebda risposta, u dan iħalli mistoqsijiet importanti dwar kif l-awtoritajiet qed jinter- pretaw u beħsiebhom jittrattaw din l-inizjattiva. Stephen Spiteri, Jonathan Attard u Jo Etienne Abela

